ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA AKP-UE ASSEMBLÉE PARLEMENTAIRE PARITAIRE ACP-UE Kumitat għall-iżvilupp Ekonomiku, il-finanzi u l-kummerċ ACP_PV(2017)0323-24_01 MINUTI tal-laqgħa tat-23 ta' Marzu 2017, 15.00-18.30, u tal-24 ta' Marzu 2017, 9.00-12.30 Brussell Il-laqgħa bdiet nhar il-ħamis, 23 ta' Marzu 2017 fit-15.10, ippreseduta minn Laura Ferrara (Kopresident tal-pe). 1. Adozzjoni tal-aġenda (OJ AP102.274v01-00) Il-Kopresident ħabbret ir-reġim tal-lingwa u informat lill-membri li l-laqgħa kienet qed tixxandar fuq l-internet. L-aġenda ġiet adottata kif tidher f'dawn il-minuti. 2. Approvazzjoni tal-minuti tal-laqgħa tas-17 ta' Diċembru 2016(PV AP102.175v01-00) Il-minuti ġew approvati. 3. Avviżi tal-kopresidenti Il-Kopresident informat lill-kumitat li l-bureau kien iddeċieda dan li ġej għat-33 Sessjoni li għandha ssir mid-19 sal-21 ta' Ġunju 2017 f'san Ġiljan (Malta): Ingħalqu s-suġġetti li ġejjin: 1) għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni urġenti: Issitwazzjoni ta' sigurtà fir-reġjun tas-saħel u s-saħara u s-sitwazzjoni fil-burundi; għaddibattitu prinċipali: It-tkabbir demografiku: sfidi u opportunitajiet; għad-dibattiti mingħajr riżoluzzjoni: Ir-riskju tal-emerġenza tal-iktar karestija u kriżi umanitarja severi fl-istorja; Il-Migrazzjoni: is-sitwazzjoni attwali, u l-impunità għal delitti kontra l- umanità; PV\1113708.docx AP102.275v01-00
L-iskadenza għat-tressiq ta' mistoqsijiet għal tweġiba orali lill-kummissjoni u lill- Kunsill ġiet stipulata għall-31 ta' Marzu 2017 f'nofsinhar. L-iskadenza għat-tressiq ta' mozzjonijiet urġenti ġiet stipulata għas-16 ta' Mejju 2017 f'nofsinhar. Il-Kopresident ħabbret li anke l-bureau ddeċieda li l-laqgħa reġjonali fil-paċifiku ser isseħħ f'vanuatu mid-19 sal-21 ta' Lulju 2017. 4. L-impatt tal-kummerċ internazzjonali u tal-politiki kummerċjali tal-ue fuq ilkatini ta' valur mondjali Skambju ta' fehmiet ma' Maria Arena, rapporteur tal-pe Maria Arena, rapporteur tal-pe, ippreżentat id-dokument ta' ħidma tagħha filwaqt li nnotat li aktar minn 70 % tal-pdg mondjali huwa magħmul minn katini ta' valur mondjali, u ssottolinjat l-impatt kruċjali tagħhom fuq il-kummerċ internazzjonali u l- politiki kummerċjali. Kelliema: Sangeet Fowdar (Mauritius), il-kummissjoni Ewropea u Maria Arena. Il-Membri enfasizzaw il-bżonn ta' bini ta' kapaċità, u appellaw biex l-istati jispeċjalizzaw u jinvolvu ruħhom f'parti mill-katina ta' valur minflok ma jkollhom jipproduċu l-prodott sħiħ. 5. Titjib fl-effikaċja tal-għajnuna u tal-iżvilupp fil-kooperazzjoni AKP-UE Korapporteurs: Sebastian C. Kopulande (iż-żambja) u Neoklis Sylikiotis Eżami tal-abbozz ta' rapport (DR AP102.276v01-00) Skambju ta' fehmiet Sebastian C. Kopulande (iż-żambja) u Neoklis Sylikiotis ippreżentaw l-abbozz ta' rapport. Huma talbu rispett tas-sjieda u s-sovranità tal-pajjiż riċevitur fiddeterminazzjoni tal-prijoritajiet, sabiex jiġu żgurati fondi ta' żvilupp suffiċjenti u tiġi promossa żieda fil-valur fl-istati AKP. Kelliema: Il-Kummissjoni Ewropea, Andre Misiekaba (is-suriname), Maria Arena, Oumouri Mmadi Hassani (Comoros), Michel Kamano (il-guinea), Phel Parkies (l- Afrika t'isfel), Jean Bosco Rwigemera (il-burundi), Emanuel Barbosa (Cape Verde), Louis-Joseph Manscour, Sadvi Sidi Mohamed Samba (il-mauritania), Mario Saiegh (il- Guinea-Bissau), Neoklis Sylikiotis u Sebastian C. Kopulande (iż-żambja). Deċiżjoni: L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi ġiet stabbilita għal nhar l-erbgħa, l- 10 ta' Mejju 2017 f'nofsinhar. 6. L-indirizzar tal-isfidi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fl-implimentazzjoni talkummerċ ħieles Preżentazzjoni ta' studju minn Christopher Stevens, Assoċjat Superjuri tar-riċerka, Overseas Development Institute (ODI) Skambju ta' fehmiet AP102.275v01-00 2/9 PV\1113708.docx
Christopher Stevens, Assoċjat Superjuri tar-riċerka, Overseas Development Institute, ippreżenta l-istudju dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u t- telf tad-dħul fiskali bħala rieżami tal-letteratura tal-istudji u d-data disponibbli. L- istudju jitlob li jiġu identifikati l-pajjiżi l-iktar fir-riskju; li l-ue tipprovdi għajnuna tranżitorja għal telf ta' dħul u għajnuna fit-tul għal riformi tat-taxxa; li jkun hemm monitoraġġ tal-progress u l-implimentazzjonijiet ikkawżati mid-dħul fis-seħħ tal-fse u mill-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali li għaddejjin. Il-laqgħa kompliet u kienet preseduta minn Joyce Laboso, il-kenja, (Kopresident AKP). Kelliema: Phel Parkies (l-afrika t'isfel), Michel Kamano (il-guinea), Maria Arena, Fernand Paulin Joumas dit Salamba (il-gabon), Joyce Laboso (il-kenja) u l- Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat li hija lesta tipprovdi għajnuna lill-pajjiżi li għandhom bżonn u li jitolbu assistenza. 7. Segwitu mill-kummissjoni dwar ir-riżoluzzjoni adottata mill-assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar l-impatt tal-flussi finanzjarji illeċiti fuq ilfinanzjament għall-iżvilupp Skambju ta' fehmiet mal-kummissjoni Ewropea Il-laqgħa giet sospiża fis-17.38 u kompliet fis-17.47. Il-Kummissjoni Ewropea rrapportat dwar is-segwitu mogħti għar-riżoluzzjoni. Kelliema: Sangeet Fowdar (Mauritius), Pally Iriase (in-niġerja), Esmond Edmund Forde (Trinidad u Tobago), Phel Parkies (l-afrika t'isfel), Jean Bosco Rwigemera (il- Burundi), Bradley Felix (Saint Lucia), Mara Thompson (Barbados), Joyce Laboso (il- Kenja), il-kummissjoni Ewropea u Michel Kamano (il-guinea). Il-Membri enfasizzaw li l-atturi kollha, inklużi pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp, għandhom jipparteċipaw fuq bażi ugwali f'aġenda inklużiva; speċifikament, id-data trid tinġabar b'mod kontinwu u tkun dejjem disponibbli. Il-Kummissjoni Ewropea, uriet ir-rieda tagħha li tgħin fil-bini ta' kapaċità biex din ilproblema globali tiġi indirizzata fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. 8. L-ekonomija blu: opportunitajiet u sfidi għall-istati AKP Ħatra ta' korapporteurs Skambju ta' fehmiet ma' esperti David Kerr, Espert dwar kwistjonijiet Marittimiu u ta' Trasport, Presidenza Maltija tal- Unjoni Ewropea, għamel preżentazzjoni dwar l-ekonomija blu, l-approċċ tal-ue mill- 2012 l hawn, u l-prijoritajiet tal-presidenza: enerġija rinnovabbli, bijoteknoloġija, turiżmu kostali u marittimu sostenibbli, ekokultura u estrazzjoni tal-minerali. Huwa ħeġġeġ governanza regjonali u internazzjonali tajba biex jinħolqu standards internazzjonali għal implimentazzjoni effettiva tal-ekonomija blu. PV\1113708.docx 3/9 AP102.275v01-00
Oumouri Mmadi Hassani (Comoros), ippreżenta l-ekonomija blu bħala l-iktar soluzzjoni effettiva u sostenibbli għall-futur tat-tkabbir tad-dinja. Huwa esprima x- xewqa tiegħu li l-pajjiżi AKP jibbenefikaw ukoll minnha u enfasizza l-għarfien espert storiku tal-akp dwar l-oċeani. Kelliema: Mara Thompson (Barbados), Oumouri Mmadi Hassani (Comoros) u l- Kummissjoni Ewropea. Deċiżjoni: Oumouri Mmadi Hassani (Comoros) u Marielle de Sarnez inħatru korapporteurs. Il-laqgħa ġiet aġġornata fis-19.00 u tkompliet l-għada filgħodu fid-9.15 ippreseduta minn Joyce Laboso (Kopresident tal-akp). Il-Kopresident Joyce Laboso nnutat in-nuqqas ta' Membri tal-parlament Ewropew filkamra. Phel Parkies (l-afrika t'isfel), qajjem punt ta' ordni dwar il-bidu tardiv tal-laqgħa u n- nuqqas ta' kontropartijiet tal-ue fil-kamra. Kelliema: Louis-Joseph Manscour, Joyce Laboso (il-kenja), Michel Kamano (il- Guinea), Oumouri Mmadi Hassani (Comoros), Spès-Caritas Njebarikanuye (il- Burundi), Segretarjat tal-akp, segretarjat tal-pe u Sebastian Kopulande (iż-żambja). Il-Membri esprimew nuqqas ta' sodisfazzjon dwar il-parteċipazzjoni limitata tal-membri tal-pe waqt il-laqgħat li jsiru fi Brussell. Il-Membri ddiskutew jekk ikomplux il-laqgħa. Skont ir-regoli ta' proċedura, kworum huwa meħtieġ biss għall-votazzjonijiet. Deċiżjoni: Il-Kumitat iddeċieda li jinforma lill-kopresidenti tal-akp-ue u l-laqgħa titkompla bl-involviment tal-esperti. F'każ li l-istess sitwazzjoni sseħħ mill-ġdid filfutur, il-laqgħa tkun aġġornata. 9. Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika: L-istat attwali tan-negozjati u talimplimentazzjoni Skambju ta' fehmiet Il-Kummissjoni Ewropea għamlet preżentazzjoni dwar l-evoluzzjoni tan-negozjati u l- proċessi ta' implimentazzjoni tal-fse: 28 pajjiż AKP attwalment qed jimplimentaw il- FSE, inklużi 12 fl-afrika, u 21 pajjiż ieħor ikkonkludew in-negozjati tagħhom. Kelliema: Il-Kummissjoni Ewropea, Joe Koim (Papua New Guinea), Michel Kamano (il-guinea), Sebastian Kopulande (iż-żambja), Pally Iriase (in-niġerja), Spès-Caritas Njebarikanuye (il-burundi), Maria Arena, Joyce Laboso (il-kenja), Esmond Edmund Forde (Trinidad u Tobago), Sangeet Fowdar (Mauritius), Mangone Sall (is-senegal) u l- Kummissjoni Ewropea. Il-Membri enfasizzaw il-ħtieġa li jerġgħu jibdew bin-negozjati mwaqqfa mal-pajjiżi u r- reġjuni fejn dawn huma pendenti. Huma esprimew il-ħtieġa li jkun hemm investiment, jiġu indirizzati l-limiti fuq in-naħa tal-provvista u jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet li jrendu fil-kompetittività u jiġi mmitigat it-telf tad-dħul fiskali li se jirriżulta mil- AP102.275v01-00 4/9 PV\1113708.docx
liberalizzazzjoni. L-effettività tal-finanzjament u l-għajnuna addizzjonali għandha twassal għal ħolqien ta' impjiegi u żvilupp sostenibbli fir-reġjuni. Il-Membri talbu monitoraġġ u evalwazzjoni tal-impatt regolari tal-implimentazzjoni tal-fse. 10. L-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-kummerċ tad-wto Skambju ta' fehmiet mal-kummissjoni Ewropea Il-Kummissjoni Ewropea għamlet preżentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-kummerċ tad-wto, filwaqt li enfasizzat l-importanza tal-involviment tal-pajjiżi AKP fil-katini ta' valur mondjali. L-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-kummerċ tad-wto tista' tnaqqas l-ispejjeż tal-kummerċ ma' pajjiżi Afrikani u dawk l-anqas żviluppati. Kelliema: Joyce Laboso (il-kenja). Il-Membri laqgħu l-ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-kummerċ tad-wto u enfasizzaw il-fatt li l-ftehim inkluda dispożizzjonijiet għal assistenza teknika u bini ta' kapaċità. 11. It-tieni Laqgħa ta' Livell Għoli tas-sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-iżvilupp (GPEDC) Nairobi l-1 ta' Diċembru 2016 Skambju ta' fehmiet ma' esperti Nadine Gbossa, Kap tad-diviżjoni għall-politiki u s-sħab Globali, Direttorat għall- Iżvilupp u Hanna-Mari Kilpeläinen, kap ta' tim tas-sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-iżvilupp (OECD) ippreżentaw l-eżitu tat-tieni Laqgħa ta' Livell Għoli għas-sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-iżvilupp, li saret f'nairobi fl- 1 ta' Diċembru 2016. Huma enfasizzaw l-importanza ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp aktar effettiva. Sabiex tkompli tissaħħaħ l-effettività, ġew innutati l-prinċipji li ġejjin: sjieda tal-pajjiż, riżultati li jistgħu jitkejlu, inklużjoni tal-atturi kollha involuti fuq livell ugwali, trasparenza, responsabbiltà konġunta, u l-assigurazzjoni tad-disponibbiltà ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea indikat li l-gpedc għandha mandat biex twettaq skrutinju u evalwazzjoni ta' kif il-flus qed jintefqu u jekk humiex qegħdin jintużaw għall-iskopijiet previsti. Kelliema: Sebastian Kopulande (iż-żambja), May Ibrahim Hassan Babikir (is-sudan), Emanuel Barbosa (Cape Verde), Hanna-Mari Kilpeläinen (OECD) u Nadine Gbossa (OECD). 12. Il-Fondi Ewropej għall-iżvilupp: Is-sitwazzjoni finanzjarja attwali Skambju ta' fehmiet mal-kummissjoni Ewropea Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat lill-membri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-11-il programm FEŻ, l-implimentazzjoni tagħhom u l-modalitajiet użati. PV\1113708.docx 5/9 AP102.275v01-00
Kelliema: Joyce Laboso (il-kenja), Michel Kamano (il-guinea), Louis-Joseph Manscour, Mara Thompson (Barbados), Jeanne d'arc Uwimanimpaye (ir-rwanda) u Oumouri Mmadi Hassani (Comoros) u l-kummissjoni Ewropea. Il-Membri qablu li l-parlamenti jeħtieġ ikollhom aċċess għall-informazzjoni u għandhom ikunu aktar effikaċi fis-sorveljanza u l-monitoraġġ tagħhom tal-użu ta' dawn il-fondi mill-gvernijiet. 13. Kwistjonijiet varji Suġġetti urġenti u topiċi Kelliema: Tarik Mohamed Elshaikh Saeed (is-sudan), Spès-Caritas Njebarikanuye (il- Burundi), Andre Misiekaba (is-suriname) u Oumouri Mmadi Hassani (Comoros). Il-Membri qajmu s-suġġetti tal-assistenza tal-ue, l-agrikoltura, l-epidemiji tas-saħħa, ilpussess tal-kunċett tal-ekonomija blu u tal-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-aċċessibilità tal-fondi u l-limiti implikati mir-regoli rilevanti. 14. Data u post tal-laqgħa li jmiss Il-laqgħa li jmiss se ssir fis-17 ta' Ġunju 2017 f'san Ġiljan (Malta). Il-laqgħa ntemmet f'12.10. AP102.275v01-00 6/9 PV\1113708.docx
ПРИСЪСТВЕН ЛИСТ/LISTA DE ASISTENCIA/PREZENČNÍ LISTINA/DELTAGERLISTE/ ANWESENHEITSLISTE/KOHALOLIJATE NIMEKIRI/ΚΑΤΑΣΤΑΣΗ ΠΑΡΟΝΤΩΝ/RECORD OF ATTENDANCE/ LISTE DE PRÉSENCE/POPIS NAZOČNIH/ELENCO DI PRESENZA/APMEKLĒJUMU REĢISTRS/DALYVIŲ SĄRAŠAS/ JELENLÉTI ÍV/REĠISTRU TA' ATTENDENZA/PRESENTIELIJST/LISTA OBECNOŚCI/LISTA DE PRESENÇAS/ LISTĂ DE PREZENŢĂ/PREZENČNÁ LISTINA/SEZNAM NAVZOČIH/LÄSNÄOLOLISTA/DELTAGARLISTA Бюро/Mesa/Předsednictvo/Formandskabet/Vorstand/Juhatus/Προεδρείο/Bureau/Predsjedništvo/Ufficio di presidenza/prezidijs/ Biuras/Elnökség/ Prezydium/Birou/Predsedníctvo/Predsedstvo/Puheenjohtajisto/Presidiet (*) EP/PE Laura Ferrara (P) 1, Louis-Joseph Manscour (VP) ACP Joyce Laboso (Kenya) Членове/Diputados/Poslanci/Medlemmer/Mitglieder/Parlamendiliikmed/Μέλη/Members/Zastupnici/Députés/Deputati/Deputāti/Nariai/ Képviselõk/ Membri/Leden/Posłowie/Deputados/Deputaţi/Jäsenet/Ledamöter EP/PE Maria Arena, Nicolas Bay 2, Dimitrios Papadimoulis 1, Theodor Dumitru Stolojan 1 ACP Mara Thompson (Barbados), Spès-Caritas Njebarikanuye (Burundi), Emanuel Barbosa (Cape Verde), Oumouri Mmadi Hassani (Comoros), David Nguema Manana (Equatorial Guinea), Lucie Milebou Aubusson ép Mboussou (Gabon), Michel Kamano (Guinea), Mario Saiegh (Guinea Bissau), Neo J. Bulane (Lesotho), Sangeet Fowdar (Mauritius), Alberto Vaquina (Mozambique), Pally Iriase (Nigeria), Joe Koim (Papua New Guinea), Jeanne d Arc Uwimanimpaye (Rwanda), Anthony Michael Perkins (Saint Kitts and Nevis), Bradley Felix (Saint Lucia), Carlos Manuel Cassandra Correia (São Tomé and Príncipe), Mangone Sall (Senegal), Silas Tausinga (Solomon Islands), Phel Parkies (South Africa), Andre Misiekaba (Suriname), Lord Tu'ivakano (Tonga), Esmond Edmund Forde (Trinidad and Tobago), Sebastian C. Kopulande (Zambia) Заместници/Suplentes/Náhradníci/Stedfortrædere/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Substitutes/Zamjenici/Suppléants/ Supplenti/Aizstājēji/Pavaduojantysnariai/Póttagok/Sostituti/Plaatsvervangers/Zastępcy/Membros suplentes/supleanţi/náhradníci/ Namestniki/Varajäsenet/Suppleanter EP/PE Neena Gill 1, Gabriel Mato 1, Neoklis Sylikiotis 1 (1) Present 23 March 2017 (2) Present 24 March 2017 Наблюдатели/Observadores/Pozorovatelé/Observatører/Beobachter/Vaatlejad/Παρατηρητές/Observers/Observateurs/Promatrači/ Osservatori/Novērotāji/Stebėtojai/Megfigyelők/Osservaturi/Waarnemers/Obserwatorzy/Observadores/Observatori/Pozorovatelia/ Opazovalci/Tarkkailijat/Observatörer По покана на председателя/por invitación del presidente/na pozvání předsedy/efter indbydelse fra formanden/auf Einladung des Vorsitzenden/Esimehe kutsel/με πρόσκληση του Προέδρου/At the invitation of the Chair(wo)man/Sur l'invitation du président/ Na poziv predsjednika/su invito del presidente/pēc priekšsēdētāja uzaicinājuma/pirmininkui pakvietus/az elnök meghívására/ Fuq stedina taċ-'chairman'/op uitnodiging van de voorzitter/na zaproszenie Przewodniczącego/A convite do Presidente/La invitaţia preşedintelui/na pozvanie predsedu/na povabilo predsednika/puheenjohtajan kutsusta/på ordförandens inbjudan Hanna-Mari Kilpeläinen and Nadine Gbossa (OECD) PV\1113708.docx 7/9 AP102.275v01-00
Christopher Stevens (Overseas Development Institute (ODI)) Съвет/Consejo/Rada/Rådet/Rat/Nõukogu/Συμβούλιο/Council/Conseil/Vijeće/Consiglio/Padome/Taryba/Tanács/Kunsill/Raad/ Conselho/Consiliu/Svet/Neuvosto/Rådet (*) Kerr Комисия/Comisión/Komise/Kommissionen/Kommission/Euroopa Komisjon/Επιτροπή/Commission/Komisija/Commissione/Bizottság/ Kummissjoni/Commissie/Komisja/Comissão/Comisie/Komisia/Komissio/Kommissionen (*) Askola, Cristini, Duliere, Henderson, Leinemann, Ljungquist, Merlo, Osterlund, Perr, Pinto, Pougin de la Maisonneuve, Wattellier Европейска служба за външна дейност/servicio Europeo de Acción Exterior/Evropská služba pro vnější činnost/ EU-Udenrigstjenesten/Europäischer Auswärtiger Dienst/Euroopa välisteenistus/ευρωπαϊκή Υπηρεσία Εξωτερικής Δράσης/European External Action service/service européen pour l'action extérieure/europska služba za vanjsko djelovanje/servizio europeo per l azione esterna/eiropas Ārējās darbības dienests/europos išorės veiksmų tarnyba/európai Külügyi Szolgálat/Servizz Ewropew għall-azzjoni Esterna/Europese dienst voor extern optreden/europejska Służba Działań Zewnętrznych/Serviço Europeu para a Acção Externa/ Serviciul european pentru acţiune externă/európska služba pre vonkajšiu činnosť/evropska služba za zunanje delovanje/euroopan ulkosuhdehallinto/europeiska avdelningen för yttre åtgärd (*) Други участници/otros participantes/ostatní účastníci/endvidere deltog/andere Teilnehmer/Muud osalejad/επίσης Παρόντες/Other participants/autres participants/drugi sudionici/altri partecipanti/citi klātesošie/kiti dalyviai/más résztvevők/parteċipanti ohra/andere aanwezigen/inni uczestnicy/outros participantes/alţi participanţi/iní účastníci/drugi udeleženci/muut osallistujat/övriga deltagare Jonas Hemou (ECOWAS), Jean Ndeye (UEMOA), Gervais Nkanagu (COMESA) Embassies in Brussels: Martin Phatsimo Ntongana (Botswana), Jean Bosco Rwigemera (Burundi), Grégoire Moloumba (Republic of the Congo), Marie and Mandary (Mauritius), Ana Nemba Uaiene (Mozambique), Lucas Manduru (Papua New Guinea), Juliet Sutherland (Saint Lucia), Américo Afonso Lima Viegas (São Tomé and Príncipe), D. Moodley (South Africa), May Ibrahim Hassan Babikir and Tarik Mohamed Elshaikh Saeed (Sudan), Milton A. Castelen (Suriname), Geoffrey B. Kabakaki (Tanzania), Colin Connelly (Trininad and Tobago), Grace M. Mutale Kabwe, Mukuka Kangwa and Chimese Chibula (Zambia) Angola (dos Santos), Burkina Faso (Banse), Burundi (Hakizimana and Havyarimana), Democratic Republic of the Congo (Pika Mabaya and Mukendi Kabambi), Gabon (Mba Alloumba, Joumas dit Salamba and Ditengou), Ghana (Azure), Guinea (Diallo, Kourouma and Sylla), Kenya (Minaywa), Mauritania (Mohamed Samba), Mozambique (Dava), Nigeria (Abdullahi and Eseke), Saint Kitts and Nevis (Boddie), Senegal (Balla Lo, Seck, Tall), Seychelles (William), Sudan (Abdel Motaal), Tonga (Tupou and Pole o), Zimbabwe (Zindi and Kanonge) Секретариат на политическите групи/secretaría de los Grupos políticos/sekretariát politických skupin/gruppernes sekretariat/ Sekretariat der Fraktionen/Fraktsioonide sekretariaat/γραμματεία των Πολιτικών Ομάδων/Secretariats of political groups/secrétariat des groupes politiques/tajništva klubova zastupnika/segreteria gruppi politici/politisko grupu sekretariāts/frakcijų sekretoriai/ Képviselőcsoportok titkársága/segretarjat gruppi politiċi/fractiesecretariaten/sekretariat Grup Politycznych/Secr. dos grupos políticos/secretariate grupuri politice/sekretariát politických skupín/sekretariat političnih skupin/poliittisten ryhmien sihteeristöt/ Gruppernas sekretariat AP102.275v01-00 8/9 PV\1113708.docx
PPE S&D ECR ALDE Verts/ALE GUE/NGL EFDD ENF NI Kraft Williams Pondelek Кабинет на председателя/gabinete del Presidente/Kancelář předsedy/formandens Kabinet/Kabinett des Präsidenten/Presidendi kantselei/γραφείο Προέδρου/President's Office/Cabinet du Président/Ured predsjednika/gabinetto del Presidente/Priekšsēdētāja kabinets/pirmininko kabinetas/elnöki hivatal/kabinett tal-president/kabinet van de Voorzitter/Gabinet Przewodniczącego/Gabinete do Presidente/Cabinet Preşedinte/Kancelária predsedu/urad predsednika/puhemiehen kabinetti/talmannens kansli Кабинет на генералния секретар/gabinete del Secretario General/Kancelář generálního tajemníka/generalsekretærens Kabinet/ Kabinett des Generalsekretärs/Peasekretäri büroo/γραφείο Γενικού Γραμματέα/Secretary-General's Office/Cabinet du Secrétaire général/ured glavnog tajnika/gabinetto del Segretario generale/ģenerālsekretāra kabinets/generalinio sekretoriaus kabinetas/ Főtitkári hivatal/kabinett tas-segretarju Ġenerali/Kabinet van de secretaris-generaal/gabinet Sekretarza Generalnego/Gabinete do Secretário-Geral/Cabinet Secretar General/Kancelária generálneho tajomníka/urad generalnega sekretarja/pääsihteerin kabinetti/ Generalsekreterarens kansli Секретариат на Асамблеята/Secretaría de la Asamblea/Sekretariát shromáždění/forsamlingens sekretariat/sekretariat der Versammlung/Assamblee sekretariaat/γραμματεία της Συνέλευσης/Assembly secretariat/secrétariat de l'assemblée/tajništvo skupštine/segretariato dell'assemblea/asamblejas sekretariāts/asamblėjos sekretoriatas/a Közgyűlés titkársága/segretarjat tal- Assemblea/Secretariaat van de Vergadering/Sekretariat Zgromadzenia/Secretariado da assembleia/secretariatul adunării/sekretariát zhromaždenia/sekretariat skupščine/edustajakokouksen sihteeristö/församlingens sekretariat EP/PE Pribaz, Peijnenburg, Azpiri Lejardi ACP Githinji Сътрудник/Asistente/Asistent/Assistent/Assistenz/Βοηθός/Assistant/Assistente/Palīgs/Padėjėjas/Asszisztens/Asystent/Pomočnik/ Avustaja/Assistenter Costello, Väänänen * (P) = Председател/Presidente/Předseda/Formand/Vorsitzender/Esimees/Πρόεδρος/Chair(wo)man/Président/Predsjednik/Priekšsēdētājs/ Pirmininkas/Elnök/'Chairman'/Voorzitter/Przewodniczący/Preşedinte/Predseda/Predsednik/Puheenjohtaja/Ordförande (VP) = Заместник-председател/Vicepresidente/Místopředseda/Næstformand/Stellvertretender Vorsitzender/Aseesimees/Αντιπρόεδρος/ Vice-Chair(wo)man/Potpredsjednik/Vice-Président/Potpredsjednik/Priekšsēdētāja vietnieks/pirmininko pavaduotojas/alelnök/ Viċi 'Chairman'/Ondervoorzitter/Wiceprzewodniczący/Vice-Presidente/Vicepreşedinte/Podpredseda/Podpredsednik/ Varapuheenjohtaja/Vice ordförande (M) = Член/Miembro/Člen/Medlem./Mitglied/Parlamendiliige/Μέλος/Member/Membre/Član/Membro/Deputāts/Narys/Képviselő/ Membru/Lid/Członek/Membro/Membru/Člen/Poslanec/Jäsen/Ledamot (F) = Длъжностно лице/funcionario/úředník/tjenestemand/beamter/ametnik/υπάλληλος/official/fonctionnaire/dužnosnik/ Funzionario/Ierēdnis/Pareigūnas/Tisztviselő/Uffiċjal/Ambtenaar/Urzędnik/Funcionário/Funcţionar/Úradník/Uradnik/Virkamies/ Tjänsteman PV\1113708.docx 9/9 AP102.275v01-00