KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA Brussell, 15 ta' Lulju 2011 (18.07) (OR. en) 12987/11 TRANS 216 NOTA TA' TIFSIR minn: Kummissjoni Ewropea data meta waslet: 14 ta' Lulju 2011 lil: Segretarjat Ġenerali tal-kunsill Nru dok. Cion: D011724/02 Suġġett: DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI.../ /UE ta [ ] li temenda d- Direttiva 2006/126/KE tal-parlament Ewropew u tal-kunsill dwar illiċenzji tas-sewqan Id-delegazzjonijiet għandhom isibu mehmuż dokument tal-kummissjoni D011724/02. Mehmuż: D011724/02 12987/11 /mc DG C I C MT
IL-KUMMISSJONI EWROPEA XXX [ ]([ ]) [ ] DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI.../ /UE ta XXX li temenda d-direttiva 2006/126/KE tal-parlament Ewropew u tal-kunsill dwar illiċenzji tas-sewqan D011724/02 MT MT
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI.../ /UE ta XXX li temenda d-direttiva 2006/126/KE tal-parlament Ewropew u tal-kunsill dwar illiċenzji tas-sewqan IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-trattat dwar il-funzjonament tal-unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat id-direttiva 2006/126/KE tal-parlament Ewropew u tal-kunsill tal- 20 ta Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan 1, u b mod partikolari l-artikolu 8 tagħha, Billi: (1) L-Anness I għad-direttiva 2006/126/KE jistabbilixxi l-mudell li abbażi tiegħu l-istati Membri għandhom jintroduċu l-liċenzji nazzjonali tas-sewqan. Bid-dħul fis-seħħ tat- Trattat ta Liżbona fl-1 ta Diċembru 2009, ir-referenza għall-komunità fil-liċenzja tas-sewqan għandha tinbidel b referenza għall-unjoni Ewropea. Il-mudell għandu wkoll jiġi aġġornat biex jirrifletti l-adeżjoni tal-bulgarija u r-rumanija mal-unjoni Ewropea. (2) Skont l-anness I għad-direttiva 2006/126/KE, il-mudell tal-unjoni Ewropea għalliċenzji tas-sewqan għandu jindika l-kategorija tal-vetturi li d-detentur huwa intitolat li jsuq. (3) Hu neċessarju li l-mudell tal-unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan jiġi aġġornat fid-dawl tal-kategoriji l-ġodda tal-vetturi introdotti bid-direttiva 2006/126/KE. B mod partikolari, ġew introdotti l-liċenzji tas-sewqan għall-kategorija AM (mopeds) u l- kategorija A2 (muturi) u dawn ser ikunu applikabbli mid-19 ta Jannar 2013. Għaldaqstant, il-mudell tal-unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi aġġustat. (4) Għaldaqstant, id-direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata skont dan. (5) L-Istati Membri huma inkorraġġiti biex ifasslu għalihom infushom u fl-interess tal- Unjoni, it-tabelli tagħhom infushom li, safejn ikun possibbli, għandhom juru l- korrelazzjoni bejn din id-direttiva u l-miżuri ta transpożizzjoni, u li dawn it-tabelli jsiru pubbliċi. (6) Il-miżuri pprovduti f din id-deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat tal-liċenzji tas-sewqan. 1 ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18. MT 1 MT
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I għad-direttiva 2006/126/KE ġie emendat kif muri fl-anness. Artikolu 2 Transpożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit- 30 ta Ġunju 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-kummissjoni dwar dan. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mid- 19 ta' Jannar 2013. Meta l-istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt ilpubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-kummissjoni t-test taddispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b din id-direttiva. Artikolu 3 Din id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-direttiva hija indirizzata lill-istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kummissjoni Il-President MT 2 MT
ANNESS L-Anness I għad-direttiva 2006/126/KE hu emendat kif ġej: 1. It-titolu huwa sostitwit b'li ġej: 'DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL- LIĊENZJA TAS-SEWQAN' 2. Fil-punt (1), il-kliem 'mudell tal-komunità tal-liċenzja tas-sewqan' qed jiġu sostitwiti bil-kliem 'mudell tal-unjoni Ewropea tal-liċenzja tas-sewqan'. 3. Fil-punt (3), il-punt (c) hu sostitwit b li ġej: '(c) il-marka distintiva tal-istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampata fin-negattiv f'rettangolu ikħal u mdawwar b'ċirku ta' tnax-il stilla safra; il-marki distintivi għandhom ikunu kif ġejjin: B : Il-Belġju BG : Il-Bulgarija CZ : Ir-Repubblika Ċeka DK : Id-Danimarka D : Il-Ġermanja EST : L-Estonja GR : Il-Greċja E : Spanja F : Franza IRL : L-Irlanda I : L-Italja CY : Ċipru LV : Il-Latvja LT : Il-Litwanja L : Il-Lussemburgu H : L-Ungerija M : Malta NL : Il-Pajjiżi l-baxxi MT 3 MT
A : L-Awstrija PL : Il-Polonja P : Il-Portugall RO: Ir-Rumanija SLO: Is-Slovenja SK : Is-Slovakkja FIN : Il-Finlandja S : L-Isvezja UK : Ir-Renju Unit'. 4. Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 1 tal-liċenzja tas-sewqan, il-punt (e) qed jiġi sostitwit b dan li ġej: '(e) il-kliem "Mudell tal-unjoni Ewropea" fil-lingwa(i) tal-istat Membru li joħroġ il-liċenzja u l-kliem "Liċenzja tas-sewqan" fil-lingwi l-oħra tal-unjoni Ewropea, stampati bir-roża biex jiffurmaw l-isfond tal-liċenzja: Свидетелство за управление на МПС Permiso de Conducción Řidičský průkaz Kørekort Führerschein Juhiluba Άδεια Οδήγησης Driving Licence Permis de conduire Ceadúas Tiomána Patente di guida Vadītāja apliecība Vairuotojo pažymėjimas Vezetői engedély MT 4 MT
Liċenzja tas-sewqan Rijbewijs Prawo Jazdy Carta de Condução Permis de conducere Vodičský preukaz Vozniško dovoljenje Ajokortti Körkort; 5. Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 2 tal-liċenzja tas-sewqan: Il-punti (a)10 u (a)11 għandhom jiġu sostitwiti b dan li ġej: 10. id-data tal-ewwel ħruġ għal kull kategorija (din id-data għandha tiġi ripetuta fuq il-liċenzja l-ġdida fil-każ ta bidliet jew skambji sussegwenti); kull parti tad-data għandha tinkiteb b żewġ ċifri u bis-sekwenza li ġejja: jum.xahar.sena (JJ.XX.SS); 11. data tal-iskadenza għal kull kategorija kull parti tad-data għandha tinkiteb b żewġ ċifri u fis-sekwenza li ġejja: jum.xahar.sena (JJ.XX.SS); Fil-punt (a)(12), l-ewwel inċiż, il-kliem 'kodiċi armonizzati tal-komunità' qed jiġu sostitwiti bil-kliem 'kodiċi armonizzati tal-unjoni Ewropea'. Fil-punt (a)(12), il-kodiċi 95 qed tiġu sostitwita b dan li ġej: Sewwieq li hu d-detentur ta CPC li jissodisfa l-obbligu ta kompetenza professjonali msemmi fid-direttiva 2003/59/KE sa [pereżempju.: 95(01.01.12)] Il-punt (b) qed jiġi sostitwit b dan li ġej: (b) spjegazzjoni tal-punti numerati li ġejjin li jidhru fil-paġni 1 u 2 tal-liċenzja: 1, 2, 3, 4(a), 4(b), 4(c), 5, 10, 11 u 12; Jekk Stat Membru jkun jixtieq li jdaħħal l-entrati b lingwa nazzjonali li ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Il-Bulgaru, iċ-ċek, l-olandiż, l-ingliż, l-estonjan, il- Finlandiż, il-franċiż, il-ġermaniż, il-griek, l-ungeriż, it-taljan, il-latvjan, il- Litwan, il-malti, il-pollakk, il-portugiż, ir-rumen, is-slovakk, is-sloven, l-ispanjol jew l-isvediż, dan għandu jifformola verżjoni bilingwa tal-liċenzja billi juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l- Anness;' Fil-punt (c), il-kliem 'mudell tal-liċenzji tal-komunità' qed jiġu sostitwiti bil-kliem 'mudell tal-unjoni Ewropea tal-liċenzji tas-sewqan '. MT 5 MT
6. Fil-punt 4, qed jiżdied il-punt (c) li ġej: (c) L-informazzjoni miġbura fuq quddiem u fuq in-naħa ta wara tal-karta għandha tkun tinqara sew, u għall-punti 9 sa 12 fuq in-naħa ta wara għandu jintuża karattru li jkollu għoli minimu ta 5 punti. 7. Il-mudell tal-komunità tal-liċenzji tas-sewqan huwa sostitwit b'dan li ġej: Paġna 1 'MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN Paġna 2 8. Il-kampjun tal-mudell tal-liċenzja jiġi mħassar. ' MT 6 MT