Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Awwissu 2010 li hija t-53 ħarġa ta din issensiela.

Σχετικά έγγραφα
Ι Ο Λ Ο Γ Ι Μ Ο - Α Π Ο Λ Ο Γ Ι Μ Ο Μ Η Ν Ο Γ Δ Κ Δ Μ Β Ρ Ι Ο Υ

Struzzjonijiet għall-installazzjoni u linji gwida għall-manutenzjoni

ΥΧΡΩΜΑ ΜΟΛΥΒΙΑ. «Γ λ υ κ ό κ α λ ο κ α ι ρ ά κ ι» της Γ ω γ ώ ς Α γ γ ε λ ο π ο ύ λ ο υ

Ftehim bejn il-pajjiωi dwar id-drittijiet tal-persuni b DiΩabilità

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea. (Atti mhux leġiżlattivi) DEĊIŻJONIJIET

ΕΚΛΟΓΙΚΑ ΤΜΗΜΑΤΑ ΚΑΙ ΚΑΤΑΣΤΗΜΑΤΑ ΨΗΦΟΦΟΡΙΑΣ ΒΟΥΛΕΥΤΙΚΩΝ ΕΚΛΟΓΩΝ ΤΗΣ 6 ης ΜΑΪΟΥ 2012

ΕΠΙΤΥΧΟΝΤΕΣ ΑΕΙ 2009 Αρχιτεκτόνων Μηχανικών Κρήτης

Π Ι Ν Α Κ Α Σ Α Μ Ο Ι Β Ω Ν Ε Π Ι Δ Ο Σ Ε Ω Ν

ΑΝΑΡΤΗΤΕΑ ΣΤΟ ΔΙΑΔΙΚΤΥΟ ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ ΥΠΟΥΡΓΕΙΟ ΑΝΑΠΤΥΞΗΣ, ΑΝΤΑΓΩΝΙΣΤΙΚΟΤΗΤΑΣ ΚΑΙ ΝΑΥΤΙΛΙΑΣ ΠΛΑΤΕΙΑ ΣΥΝΤΑΓΜΑΤΟΣ, ΑΘΗΝΑ Α Π Ο Φ Α Σ Η

ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ 1 η Υ.ΠΕ ΑΤΤΙΚΗΣ Γ.Ν.Α. «Ο ΕΥΑΓΓΕΛΙΣΜΟΣ- ΟΦΘΑΛΜΙΑΤΡΕΙΟ ΑΘΗΝΩΝ- ΠΟΛΥΚΛΙΝΙΚΗ»-Ν.Π.Δ.Δ. ΑΘΗΝΑ ΕΤΟΣ ΙΔΡΥΣΗΣ 1884

Σχηματισμός Υποτακτικής Παρακειμένου Ενεργητικής Φωνής. Ο Παρακείμενος σχηματίζει την Υποτακτική έγκλιση με δύο τρόπους:

Αθήνα, 4 Φεβρουαρίου 2013 Αριθ. πρωτ.: 130

Copyright 2019 Servizz Helsien Emozzjonali, Fondazzjoni St Jeanne Antide, 51 Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien; tel

ΚέντροΠεριβαλλοντικήςΕκπαίδευσης Σουφλίου. Πρόγραμμα: Διαχείρισηαπορριμμάτων-Ανακύκλωση

Αξιολόγηση των Επιδράσεων του Σχεδίου Τοποθέτησης Άνεργων Νέων Αποφοίτων Γυμνασίων, Λυκείων, Τεχνικών Σχολών και Μεταλυκειακής Εκπαίδευσης μέχρι και

Ἡ Ἁγία μεγαλομάρτυς Μαρίνα

ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ 1 η Υ.ΠΕ ΑΤΤΙΚΗΣ Γ.Ν.Α. «Ο ΕΥΑΓΓΕΛΙΣΜΟΣ- ΟΦΘΑΛΜΙΑΤΡΕΙΟ ΑΘΗΝΩΝ- ΠΟΛΥΚΛΙΝΙΚΗ»-Ν.Π.Δ.Δ. ΑΘΗΝΑ ΕΤΟΣ ΙΔΡΥΣΗΣ 1884

ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΗΜΟΚΡΑΤΙΑ 1 η Υ.ΠΕ ΑΤΤΙΚΗΣ Γ.Ν.Α. «Ο ΕΥΑΓΓΕΛΙΣΜΟΣ- ΟΦΘΑΛΜΙΑΤΡΕΙΟ ΑΘΗΝΩΝ- ΠΟΛΥΚΛΙΝΙΚΗ»-Ν.Π... ΑΘΗΝΑ ΕΤΟΣ Ι ΡΥΣΗΣ 1884

Ref. Ares(2016) /02/2016. Gwida għall-utent. għad-definizzjoni ta SME. Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

Kriterji tal-ue għall-akkwist Pubbliku Ekoloġiku (GPP) għal Ħiters Idroniċi

Κρυπτογραφία ΑΠΟ ΤΗΝ ΑΡΧΑΙΟΤΗΤΑ ΩΣ ΣΗΜΕΡΑ ΝΙΚΟΣ ΚΥΡΛΟΓΛΟΥ ( NIKOKY@GMAIL.COM)

ΕΥΡΩΠΑΙΚΗ ΕΝΩΣΗ ΕΥΡΩΠΑΙΚΟ ΚΟΙΝΩΝΙΚΟ ΤΑΜΕΙΟ

Kunsill tal-unjoni Ewropea Brussell, 19 ta Ġunju 2015 (OR. en)

ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ ΝΟΜΟΣ ΕΥΒΟΙΑΣ ΣΧΟΛΙΚΗ ΕΠΙΤΡΟΠΗ ΜΟΝΑΔΩΝ Α ΒΑΘΜΙΑΣ ΕΚΠ/ΣΗΣ ΕΡΓΑΣΙΑ:

ΠΡΟΧΕΙΡΟΣ ΔΙΑΓΩΝΙΣΜΟΣ

15414/14 ADD 1 grx/cug/vp 1 DG D 2A. Kunsill tal-unjoni Ewropea. Brussell, 20 ta' Novembru 2014 (OR. en) 15414/14 ADD 1

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Ι Ο Υ Ν Ι Ο Σ

ΠΤΤΧΙΑΚΗ ΕΡΓΑΣΙΑ ΜΕ ΘΕΜΑ

(Test b relevanza għaż-żee) (6) Teknoloġiji ġodda li qed ifiġġu fis-suq, bħal-leds, għandhom ikunu suġġetti għal dan ir-regolament.

Τεύχος 3ο Δεκέμβριος Περιοδική έκδοση των μαθητών του 6ου Δημοτικού Σχολείου Π. Φαλήρου

JASON JUÛA S-SIÌÌU TAR-ROTI. Carmel G. Cauchi Tpin ijiet ta Adam Apap

Kοντά στόν Xριστό Δ I M H N I A I O Φ Y Λ Λ A Δ I O Π A I Δ I K Ω N E N O P I A K Ω N Σ Y N A Ξ E Ω N

ΠΡΩΤΟΔΙΚΕΙΟ ΠΕΙΡΑΙΩΣ ΤΜΗΜΑ Εκλογικών

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

ΟΙ ΕΜΦΥΛΙΕΣ ΔΙΑΜΑΧΕΣ ΚΑΙ ΣΥΓΚΡΟΥΣΕΙΣ

ΓΙΑ ΕΦΗΒΟΥΣ ΚΑΙ ΕΝΗΛΙΚΟΥΣ Π Ι Σ Τ Ο Π Ο Ι Η Σ Η Ε Π Α Ρ Κ Ε Ι Α Σ Τ Η Σ ΕΛΛΗΝΟΜΑΘΕΙΑΣ Κ Α Τ Α Ν Ο Η Σ Η Γ Ρ Α Π Τ Ο Υ Λ Ο Γ Ο Υ ΔΕΥΤΕΡΗ ΣΕΙΡΑ

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

L-Atti b titoli b tipa ċara relatati mal-ġestjoni ta kuljum ta affarijiet agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perjodu limitat.

ΘΕΜΑ : Κώδικας Ορθής Γεωργικής Πρακτικής για την Προστασία των Νερών από τη Νιτρορύπανση Γεωργικής Προέλευσης.

ΑΡΙΘΜΟΣ 0769/ ΣΥΜΒΑΣΗ ΧΡΗΜΑΤΟΔΟΤΗΣΗΣ Ι.ΝΕ.ΔΙ.ΒΙ.Μ. - ΣΧΟΛΙΚΗ ΕΠΙΤΡΟΠΗ ΣΧΟΛΕΙΩΝ ΠΡΩΤΟΒΑΘΜΙΑΣ ΕΚΠΑΙΔΕΥΣΗΣ ΔΗΜΟΥ ΠΑΤΡΕΩΝ

25η Μαρτίου. ιπλoγιορτή για την Ελλάδα. Πηνελόπη Μωραΐτου Μαρία Μωραΐτου. Με αυτοκόλλητα. Πέγκυ Φούρκα. Εικονογράφηση:

Anness II. Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet għal opinjoni pożittiva

ANNESSI. tal-proposta għal. Direttiva tal-parlament Ewropew u tal-kunsill. dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

ΑΡΙΘΜΟΣ 0501/ ΣΥΜΒΑΣΗ ΕΠΙΧΟΡΗΓΗΣΗΣ Ι.ΝΕ.ΔΙ.ΒΙ.Μ. - ΣΧΟΛΙΚΗ ΕΠΙΤΡΟΠΗ ΠΡΩΤΟΒΑΘΜΙΑΣ ΕΚΠΑΙΔΕΥΣΗΣ ΔΗΜΟΥ ΣΚΟΠΕΛΟΥ

ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Β ΔΙΑΚΗΡΥΞΗ ΑΝΟΙΧΤΗΣ ΔΙΑΔΙΚΑΣΙΑΣ. (Τύπος Β) Για έργα που δεν εμπίπτουν στο πεδίο εφαρμογής των Οδηγιών 2004/18/ΕΚ και 2004/17/ΕΚ

ΑΔΑ: 6Ψ8Μ9-ΩΙΕ. ΑΝΑΡΤΗΤΕΑ ΣΤΟ ΔΙΑΔΙΚΤΥΟ Βαθμός Ασφαλείας : Να διατηρηθεί μέχρι : Μαρούσι, Αρ. Πρωτ /Δ2

ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΗΜΟΚΡΑΤΙΑ 1 η Υ.ΠΕ ΑΤΤΙΚΗΣ Γ.Ν.Α. «Ο ΕΥΑΓΓΕΛΙΣΜΟΣ- ΟΦΘΑΛΜΙΑΤΡΕΙΟ ΑΘΗΝΩΝ- ΠΟΛΥΚΛΙΝΙΚΗ»-Ν.Π... ΑΘΗΝΑ ΕΤΟΣ Ι ΡΥΣΗΣ 1884

: ( : /18/ 2004/17/ 2015

Δ Ι Μ Η Ν Ι Α Ι Α Ε Κ Δ Ο Σ Η Ι Ε Ρ Α Σ Μ Η Τ Ρ Ο Π Ο Λ Ε Ω Σ Ι Ε Ρ Α Π Υ Τ Ν Η Σ Κ Α Ι Σ Η Τ Ε Ι Α Σ

Συµβουλεύοµαι το κρυπτογραφικό αλφάβητο της Φιλικής Εταιρείας και. Ελευθερία ή Θάνατος. γ35343 ωβη3οω3η

ΥΠOΥΡΓΕΙO ΠΑΙΔΕΙΑΣ KAI ΘΡΗΣΚΕΥΜΑΤΩΝ

Θέμα Υγιεινή & Ασφάλεια στην Εργασία - φ Α^ρισ/

ΠΙΝΑΚΑΣ ΠΕΡΙΕΧΟΜΕΝΩΝ ΣΥΝΕ ΡΙΑΣΗ Ν. Πέµπτη 28 Ιανουαρίου 2010

15PROC

Ε Λ Λ Η Ν Ι Κ Η ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ

ΠΙΝΑΚΑΣ ΠΕΡΙΕΧΟΜΕΝΩΝ ΣΥΝΕΔΡΙΑΣΗ ΡΙΣΤ. Πέµπτη 31 Ιανουαρίου 2013

VESTA40 [ΟΔΗΓΙΕΣ ΓΙΑ ΤΗΝ ΤΟΠΟΘΕΤΗΣΗ, ΤΗ ΧΡΗΣΗ ΚΑΙ ΤΗ ΣΥΝΤΗΡΗΣΗ] Το εγχειρίδιο οδηγιών χρήσης αποτελεί αναπόσπαστο μέρος του προϊόντος

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Ε Π Ι Τ Ρ Ο Π Η Α Ν Α Π Τ Υ Ξ Η Σ Π Ο Ο Σ Φ Α Ι Ρ Ο Υ ΑΓΩΝΙΣΤΙΚΗ ΠΕΡΙΟ ΟΣ ΒΑΘΜΟΛΟΓΙΕΣ ΠΡΩΤΑΘΛΗΜΑΤΩΝ ΥΠΟΔΟΜΩΝ

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Σημαντική. Υπάρχουν πολλοί που πιστεύουν ότι το πρόβλημα του Τσίπρα. παρέμβαση των βουλευτών Κ. Σέλτσα και Γ. Σηφάκη για τη.

Id-delegazzjonijiet għandhom isibu mehmuż id-dokument C(2017) 6315 final - ANNEX 1.

ΝΕΟ ΛΥΚΕΙΟ 2014 ΕΦΑΡΜΟΓΗ ΓΙΑ ΤΟΥΣ ΜΑΘΗΤΕΣ ΤΗΣ Α ΤΑΞΗΣ ΛΥΚΕΙΟΥ (ΣΧΟΛΙΚΟ ΈΤΟΣ: )

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ΜΕΛΕΤΗΣ ΔΙΑΓΝΩΣΗΣ ΑΝΑΓΚΩΝ ΤΗΣ ΑΓΟΡΑΣ ΕΡΓΑΣΙΑΣ ΠΕΡΙΦΕΡΕΙΑΣ ΠΕΛΟΠΟΝΝΗΣΟΥ

PARLAMENT EWROPEW. Dokument ta' Sessjoni

ΕΒ ΟΜΑ ΙΑΙΟ ΩΡΟΛΟΓΙΟ ΠΡΟΓΡΑΜΜΑ Α ΕΞΑΜΗΝΟΥ

Page 1 of 110 ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

DORIANNE NIEQSA MID-DAWL. Carmel G. Cauchi Tpin ijiet ta Frank Schembri

ΠΙΝΑΚΑΣ ΠΕΡΙΕΧΟΜΕΝΩΝ ΣΥΝΕΔΡΙΑΣΗ ΡΜ. Πέµπτη 7 Μαρτίου 2013

θ) Ο αριθμός των εγκύρων ψηφοδελτίων που έλαβε κάθε ένας συνδυασμός ή μεμονωμένος υποψήφιος ανέρχεται:

ΑΡΙΘΜΟΣ 0540/ ΣΥΜΒΑΣΗ ΕΠΙΧΟΡΗΓΗΣΗΣ Ι.ΝΕ.ΔΙ.ΒΙ.Μ. - ΣΧΟΛΙΚΗ ΕΠΙΤΡΟΠΗ ΠΡΩΤΟΒΑΘΜΙΑΣ ΕΚΠΑΙΔΕΥΣΗΣ ΔΗΜΟΥ ΒΟΛΟΥ

Άρρενες Ομάδες ηλικιών

ΕΡΓΟ: «ΕΦΑΡΜΟΓΕΣ ΕΙΚΟΝΙΚΗΣ ΠΡΑΓΜΑΤΙΚΟΤΗΤΑΣ ΣΤΗ ΒΟΙΩΤΙΑ: ΜΑΝΤΕΙΟ ΤΡΟΦΩΝΙΟΥ ΚΑΙ ΜΥΚΗΝΑΪΚΗ ΘΗΒΑ»

ΑΡΙΘΜΟΣ 0555/ ΣΥΜΒΑΣΗ ΕΠΙΧΟΡΗΓΗΣΗΣ Ι.ΝΕ.ΔΙ.ΒΙ.Μ. - ΕΝΙΑΙΑ ΣΧΟΛΙΚΗ ΕΠΙΤΡΟΠΗ ΠΡΩΤΟΒΑΘΜΙΑΣ ΕΚΠΑΙΔΕΥΣΗΣ ΔΗΜΟΥ ΧΙΟΥ

Proposta għal DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali

ΠΙΝΑΚΑΣ ΠΕΡΙΕΧΟΜΕΝΩΝ ΣΥΝΕΔΡΙΑΣΗ Ο. Τετάρτη 8 Ιουλίου 2015

15PROC

Ε Λ Ε Γ Κ Τ Ι Κ Ο Σ Υ Ν Ε Δ Ρ Ι Ο ΣΕ Ο Λ Ο Μ Ε Λ Ε Ι Α

14PROC

Τμήμα Φιλοσοφίας: Εαρινό εξάμηνο

Π Ι Ν Α Κ Α Σ Κ Α Τ Α Τ Α Ξ Η Σ Ε Π Ι Λ Ο Γ Η Σ Π Ρ Ο Σ Ω Π Ι Κ Ο Υ Μ Ε Ρ Ι Κ Η Σ Α Π Α Σ Χ Ο Λ Η Σ Η Σ (Α.Π. ΑΝΑΚΟΙΝΩΣΗΣ 21809/ )

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA. Brussell, 15 ta' Lulju 2011 (18.07) (OR. en) 12987/11 TRANS 216

ΑΠΟΦΑΣΙΖΕΙ: Υποψηφιότητα για τη θέση του Προέδρου μπορούν να υποβάλουν Καθηγητές Πρώτης Βαθμίδας ή Αναπληρωτές Καθηγητές.

ΠΙΝΑΚΑΣ ΠΕΡΙΕΧΟΜΕΝΩΝ ΤΜΗΜΑ ΔΙΑΚΟΠΗΣ ΕΡΓΑΣΙΩΝ ΤΗΣ ΒΟΥΛΗΣ ΘΕΡΟΣ 2014 ΣΥΝΕΔΡΙΑΣΗ ΛΒ Πέµπτη 4 Σεπτεµβρίου 2014

ΠΙΝΑΚΑΣ ΠΕΡΙΕΧΟΜΕΝΩN ΤΜΗΜΑ ΙΑΚΟΠΗΣ ΕΡΓΑΣΙΩΝ ΤΗΣ ΒΟΥΛΗΣ ΘΕΡΟΥΣ 2009 ΣΥΝΕ ΡΙΑΣΗ ΣΤ Τρίτη 23 Ιουνίου 2009

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ΣΥΝΟΠΤΙΚΗ ΜΕΛΕΤΗ ΠΥΡΟΠΡΟΣΤΑΣΙΑΣ

15PROC

Linji gwida. dwar il-metodi għall-kalkolu ta kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta garanzija tad-depożiti EBA/GL/2015/ Data.

ΕΝΟΤΗΤΑΣ ΚΑΛΛΙΚΡΑΤΕΙΑΣ ΔΗΜΟΥ ΝΕΑΣ ΠΡΟΠΟΝΤΙΔΑΣ ΓΙΑ ΤΟ ΕΤΟΣ 2015

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ΠΙΝΑΚΑΣ ΠΕΡΙΕΧΟΜΕΝΩΝ ΣΥΝΕΔΡΙΑΣΗ Ρ. Τετάρτη 7 Μαρτίου 2012

ΟΡOI ΔΙΑΓΩΝΙΣΜΟΥ WIND Play & Win

Αρ. Πρωτ. Δήμου Ιλίου:43618/ ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ ΝΟΜΟΣ ΑΤΤΙΚΗΣ

ΔΕΛΤΙΟ ΤΥΠΟΥ ΠΑΙΔΙΚΟ ΠΟΔΟΣΦΑΙΡΟ ΔΟΠΑΦΜΑΗ

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

Ο ΔΗΜΟΣ ΧΑΝΙΩΝ. ε π α ν α π ρ ο κ η ρ ύ σ ε ι. την με ανοικτό δημόσιο μειοδοτικό διαγωνισμό επιλογή αναδόχου για την υπηρεσία:

Transcript:

1

Fiċ-Ċentru mhux permess tipjip Mill-Editur Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Awwissu 2010 li hija t-53 ħarġa ta din issensiela. Ix-xahar li għadda sar l-eżami fiċ-ċentru tal-marl għal dawk li riedu jiksbu liċenzja ta dilettanti tar-radju. Kellna sebgħa (7) li għamlu u għaddew mill-eżami bil-kitba u għalhekk issa huma intitolati għal nominattiv 9Ħ5. Kellna ieħor li huwa bastun abjad u għadda wkoll miż-żewġ karti b orali. Issa kull ma jeħtieġ huwa li jingħata ftit attenzjoni f sessjonijiet individwali u jkun ukoll eliġibbli għal nominattiv 9Ħ5. Kellna wkoll lil 9Ħ5JQ li issa għamel u għadda wkoll mill-eżami tal-kodiċi Morse u għalhekk jista japplika għal nominattiv 9Ħ1. Lista bl-ismijiet tagħhom issibuha aktar l-isfel f dan ilfuljett. Barra li nifirħu lil dawn id-dilettanti tar-radju ġodda rridu nroddu ħajr lill-għalliema li b dedikazzjoni kbira ħadu u jieħdu paċenzja kbira biex jgħallmu lid-dilettanti tar-radju ġodda u li kieku ma jkunux huma in-numru tad-dilettanti tar-radju jonqos. Issa kull ma jonqos huwa li kif iġibu n-nominattiv u jħallsu l-liċenzja jgħarrfuna ħalli nkunu nista nniżluhom fil-lista tad-dilettanti tar-radju Maltin. Kif tistgħu taraw il-marl dejjem taħdem fl-interess tad-dilettanti tar-radju kif ukoll biex tħajjar nies ġodda jibdew dan id-delizzju. Is-serjeta tal-marl tidher billi l-awtoritajiet afdawha biex hija tagħmel l-eżamijiet meħtieġa li dejjem tmexxew u dejjem jibqgħu jitmexxew b serjeta kbira. F dan il-fuljett barra mid-dilettanti tar-radju ġodda li għaddew mill-eżami għandkom ukoll informazzjoni differenti bħal ma jkollkom is-soltu, fosthom dwar spedizzjoni DX li se ssir għal Vanwatu. Għandkom ukoll informazzjoni dwar distanzi fuq 10 GĦz u dwar numru ta kuntatti li saru l- ewwel darba fuq frekwenzi oħra min spedizzjoni DX oħra. Bħal dejjem, nittama li l-informazzjoni fil-fuljett issibuha siewja għalikom u jekk ikollkom xi artiklu jekk jogħġobkom ħalluh fil-kaxxa tal-qsl tiegħi jew tistgħu tibgħatuha fuq l e-mail tiegħi 9h1av at searchmalta dot com. 2

Eżami għal Liċenzja Nifirħu lil:- John Dacoutros Francis Micallef Maurizio Banavage Eleno Borg Peter Paul Camilleri Spiridione Caruana Dean Gravina Dawn kollha għaddew mill-eżami u issa jistgħu japplikaw għal nominattiv 9Ħ5. Carmelo Caruana bastun abjad li wara ftit taħriġ individwali se jkun jista japplika għal nominattiv 9Ħ5 Joseph Pisani 9Ħ5JQ li issa jista japplika għal nominattiv 9Ħ1 għax għadda mill-eżami tal- Kodiċi Morse. Nifirhulhom kollha u radd il-ħajr lill-għalliema tagħhom. Spedizzjoni DX għal Vanwatu Se ssir spedizzjoni DX għal Vanwatu minn erba (4) dilettanti tar-radju Awstraljani li se jdumu jaħdmu minn hemmhekk għal sitt ijiem, mis-27 ta Awissu 0001 UTC sat-2 ta Settembru 0100 UTC. Huma se jkunu mmexxija minn Chris Chapman li javża li YV0VK se jkunu fuq il-gżira prinċipali ta Vanwatu, Efate fuq il-mewġ qasir, b attenzjoni speċjali fuq il-frekwenzi WARC. L-istazzjonijiet se jkunu sempliċi imma effettivi b 100 Watt għal antenni vertikali u dipoli u fuq il-160 metru L maqluba. Aktar informazzjoni ssibuha fuq il-paġna tal-internet tagħhom http://yj0vk.vkham.com Skond kemm ikollhom aċċess għall-internet, il-pjani huma li jaġġornaw il-log tagħhom millinqas darba kulljum. Il-grupp huwa magħmlu minn Chris Chapman (Mexxej), Alan Meridith VK2CA (Istitur tal- QSL u mastru tal-internet), Luke Steele VK3HJ u Benton Vowles VK3CBV. Din l-informazzjoni ingħatat minn VK3PC Jim Linton. Dawk li jridu jippruvaw jitkellmu ma Vanwatu għandhom iżommu dawn id-dati għal-lest u jippreparaw l-apparat u l-antenni tagħhom. 3

Ritratti Storiċi L-aħħar darba ġibtilkom żewġ ritratti antiki ta laqgħa għad-dilettanti tar-radju li kienet saret l- Istitut Kattoliku. Bl-għajnuna ta 9Ħ1GB Manswueto, ħafna minn dawk li jidhru fir-ritratt ġew magħrufa. Hemm min għadna ma nafux min huwa. Għalhekk, din id-darba barra l-fuljett għandkom ukoll publikazzjoni separata minħabba li dawn ir-ritratti kabbarthom u għamilthom bħala veduta biex l-ewwel nett in-nies aktar jingħarfu u barra minn hekk inkun nista nagħmel referenzi biex wieħed ikun jista jaf għal min inkun qiegħed nirreferi. Jiddispjaċini li għadni ma sibtx id-data tal-laqgħa u jekk hemm min jaf id-data tal-laqgħa u jekk hemm min jagħraf lil xi ħaddieħor li s issa għadna ma għarafnihx jekk jogħġbu jibgħatli e-mail. L-istess jekk xi ħadd għandu xi ritratti oħra ta din il-laqgħa jew anki ta xi laqgħat importanti oħra jekk jogħġbu jgħaddili kopja ħalli nkun nista nagħmilhom fuq il-fuljett ħalli jibqgħu għallistorja għax dawn kollha huma parti mill-istorja tar-radju u d-dilettanti tar-radju f Malta kif ukoll dwar l-iżviluppi ta l-għaqdiet tad-dilettanti tar-radju f Malta. Nixtieq nerġa nagħmel appell lill-gozo Amateur Radio Society GARS, biex jekk jogħġobhom jgħadduli dettalji dwar it-twaqqif ta l-għaqda tagħhom ħalli nagħmilhom ukoll fuq il-fuljett biex anki din l-għaqda tibqa mfakkra fl-istorja. Inħeġġiġkom ukoll biex kull min għandu ritratti ta attivitajiet organizzati mill-għaqdiet tarradju li issa m għadhomx jeżistu jibgħathomli u jagħtini d-dettalji għax dawn kollha huma parti mill-istorja tad-dilettanti tar-radju u l-iżvilupp tagħna hawn Malta. 500kHz Hawnhekk għandkom xi dettalji li jiena sibt fuq il-paġna ta l-internet tal-500 kħz fuq it-tipi ta liċenzji mogħtija lid-dilettanti tar-radju biex jaħdmu fuq 500 kħz. PAJJIŻ TIP FREK, kħz ERP, W Svezja NoV 500, 501-508 20 CW, SSB, data Ġermanja Exp 505.0-505.2 9 Repubblika Ċeka Exp 505.60 1 Tenju Magħqud NoV 501-504 10 Belġju Dil. 501-504 5 Kanada Exp 504-509 20 Norveġja Dil/Wirt 493-510 100 (RF) CW only Rumanija NoV 505.68 100 (RF) Danimarka NoV 501-504 20 Irlanda NoV 501-504 10 CW, PSK-31 Olanda Dil 501-504 5 Islanda NoV 493-510 100 CW Zelanda l-ġdida Dil 505-515 20 200 Hz 4

NoV = Notifika ta Varjazzjoni, tfisser li dak id-dilettant partikolari li jrid jaħdem fuq 500 kħz irid japplika għand l-awtoritajiet għall-awtorizzazzjoni biex jaħdem. Exp = esperimentali Dil/Wirt = Stazzjonijiet tad-dilettanti u Wirt għaliex kien hemm xi operaturi li ingħaqdu flimkien u ġabu permess biex jibqgħu iħaddmu stazzjonijiet tal-kosta għal ġrajjiet speċjali fuq 500 kħz bħala tifkira għall-eluf ta persuni li kienu ġew salvati minħabba din il-frekwenza. Hawnhekk għandkom stampa mill-istess paġna tal-internet li turi l-allokazzjonijiet varji. L-użu tal-500 kħz 500 kħz kienet użata bħala frekwenza tas-sejħa u wkoll għal messaġġi ta għajnuna fejn kull vapur kien iżomm għassa għal tliet minuti kull nofs siegħa biex jekk vapur ikun għereq u kien hemm nies fid-dgħajsa ta salvataġġ bi trasmettitur ta dgħajsa tas-salvataġġ huma kienu jkunu jistgħu jinstemgħu u jiġu salvati. Irid jiġi mifhum li trasmettitur/riċevitur ta dgħajsa tas-salvataġġ kien ikollu saħħa żgħira ħafna, ftit watts l-aktar, u dejjem kien jitħaddem minn ġeneratur imħaddem bl-idejn. Kien hemm ukoll id-diffikulta li titwaqqaf antenna effiċjenti għal 500 kħz fuq dgħajsa tas-salvataġġ, u għalhekk l-antenna kienet tkun vertikali u fil bi pjanċa żgħira biex titwaddab fil-baħar. L-ilma baħar huwa konduttur tajjeb u huwa ħafna aħjar minn art tal-biedja tajba. Antenni oħra jistgħu jkun li kienu jintużaw ma apparat partikolari, bħal ma hija antenna tat-tajra fejn fil twil kien jinżamm fl-għoli minn tajra. Madankollu, vertikali żgħir li kien jista jintrama kienet l-antenna normali. It-trasmettitur kien jiġi ntunat għall-iktar dawl kif muri minn bozza tan-neon fiċ-ċirkwit tal-antenna. Tajjeb li tkunu tafu li l-apparat kien ma jistgħax jidħol ilma fih u kien iżomm fil-wiċċ biex kien jista jintefa fl-ilma minn fuq il-vapur u jittella fuq-id-dgħajsa tas-salvataġġ. Iċ-ċavetta talkodiċi Morse kienet tkun parti mill-istess apparat. 5

Kien ikollhom ukoll mezz awtomatiku biex jibgħat sinjali biex iħaddem apparat awtomatiku biex jekk l-uffiċjal tar-radju ma jkunx fil-kabina tar-radju għax ikun qiegħed jistrieħ kien ikun mgħarraf bih. Kull ma dawk fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ riedu jagħmlu huwa li jdawwru pum u jdawwru l-manki tal-ġeneratur u t-trasmettitur kien jibgħat is-sinjal awtomatikament. Dan is-sinjal kien magħmul minn 12-il sinjali twal 4 sekondi bi spazju ta sekonda bejniethom u apparat li kien jirċevihom kien wara r-raba sinjal idoqq qniepen fil-kabina tar-radju, fil-kabina tal-uffiċjal tar-radju u fil-kamra tar-rota minn fejn jitmexxa l-vapur. Kien tintbagħat ukoll sinjal twil 10 secondi ħalli jkunu jistgħu jsibu d-direzzjoni minn fejn ikun ġej. Kien hemm mill-inqas żewġ raġunijiet għalfejn it-trasmettitur riċevitur kienu jitħaddmu bl-idejn. L-ewwel nett jekk kien jitħaddem bil-batteriji kien jieqaf jaħdem darba l-batteriji kienu jiġi skargati. Il-batteriji għandhom xejra li jitilfu l-kapaċita tagħhom maż-żmien u jkollhom inqas kapaċita f temp kiesaħ. Jekk jintużaw batteriji li tista tikkargahom jista jkun li ma jkunux ħadu l-karga kollha u kellek il-problemi bħall-oħrajn kif ukoll biex iġġorrhom, li l-apparat ma jkunx issiġġillat u ħafna problemi oħra. Fattur importanti ieħor kien li n-nies aktarx kienu jkunu esposti għal klima kiesħa u għaldaqstant huma kienu jżommu sħan billi jibdlu lil xulxin meta jdawwru l-manki tal-ġeneratur. Inti kont tista tħoss is-saħħa fuq il-manku meta tittrasmetti bħal ma dawk li jużaw ir-rota jħossu s-saħħa meta huma jużaw id-dinamo għall-bozza filgħaxija. Kien hemm tipi differenti ta trasmetturi-riċevituri ta emerġenza tad-dgħajjes tas-salvataġġ. Xi whud kellhom ukoll frekwenza ta għajnuna u sejħa MF RT 2181 kħz, waqt li oħrajn kellhom ukoll 8364 khz li minkejja s-saħħa żgħira tat-trasmettitur kien hemm il-possibilita li tinstema min ħafna tul minħabba li din hija fuq il-mewġ qasir. Għandu jiġi nnutat li l-kulur ta l-apparat kien oranġjo internazzjonali biex kien ikun jista jidher anki jekk kien ikun fil-baħar waqt li kull apparat kellu l-istruzzjonijiet ta kif tħaddmu fuq pjanċa mwaħħla ma l-istess apparat. Hawnhekk għandkom ukoll aktar informazzjoni dwar frekwenzi ta għajnuna. Frekwenzi Internazzjonali ta Għajnuna/Emergenza 500 kħz: Frekwenza Internazzjonali tal-baħar ta Għajnuna u Sejħa għar-radjutelegrafija 2182 kħz: Frekwenza Internazzjonali tal-baħar ta Għajnuna u Sejħa għar-radjutelefonija 4340 kħz: Għajnuna Sottomarini flimkien tan-nato 8364 kħz: Dgħajjes tas-salvataġġ. 121.5 MĦz: Frekwenza Internazzjonali Aeronawtika ta Emerġenza 156.8 MĦz: Frekwenza Internazzjonali tal-baħar ta Għajnuna, Sejħa u Sigurta 243.0 MĦz: Frekwenza flimkien ta Għajnuna u Emerġenza tan-nato 406.0 MĦz: Fanali tar-radju ta Emerġenza li juru l-pożizzjoni (EPIRB). Monitoraġġ ta Frekwenzi B effect mill-1 ta Frar 2009, monitoraġġ bis-satelliti ta sinjali ELT (EPIRB) trasmessi minn ajruplani jew fanali tar-radju lokalizzaturi personali fuq frekwenzi ta 121.5 MĦz u 243 MĦz twaqqfu. Monitoraġġ issa huwa ristrett esklussivament bejn 406.0 MĦz sa 406.1 MĦz li huwa ġeneralment riferut sempliċiment bħala bħala 406 MĦz, kif jidher fil-lista hawn fuq. 6

Tmiem il-ġimgħa Internazzjonali tal-fanali u Vapuri tal-fanali Infakkarkom dwar kif kull sena dilettanti tar-radju jmorru jaħdmu minn fanali u vapuri talfanali. Dan huwa organizzat mill-għaqda AYR Amateur Radio Group, ta l-iskozja. Ġieli kien hemm min ħa sehem f din l-attivita u għalhekk qiegħed infakkarkom biex min irid jibda jipprepara. Din is-sena din l-attivita se tinżamm fi tmiem il-ġimgħa bejn il-21 u t-22 ta Awissu. Naf li hemm min ġej minn barra biex jipprova jaħdem mill-postijiet kollha possibbli minn Malta u Għawdex, u għalhekk tajjeb li min se jieħu sehem f din l-attivita jkun jaf b dan. Infakkarkom li wieħed ma jistax imur fuq l-ilqugħ tal-port biex jaħdem minn hemmhekk minħabba sigurta u huwa mnost mill-awtoritajiet. Wieħed jista jmur fuq il-paġna ta l-internet ta din l-attivita http://illw.net/ u jista jniżżel formola tal-applikazzjoni minn fuq http://illw.net/contact_us.php Alfabett Griek Kif tafu, fil-formoli tar-radju nużaw ħafna simboli jew aħjar l-alfabett Griek. Għalhekk hawn taħt għandkom l-alfabett Grieki bl-ittra li nużaw fl-alfabett Ruman. Kapitali Żgħar Isem Griek Alfabett Ruman Alfabett Malti Bil-Malti Α α Alpha a a Alfa Γ β Beta b b Beta Υ γ Gamma g g Gamma δ Delta d d Delta Ε ε Epsilon e e Epsilon Ζ ζ Zeta z ż Żeta Η η Eta e e Eta Θ θ Theta th th Theta Ι ι Iota i i Jota Κ κ Kappa k k Kappa Λ λ Lambda l l Lambda Μ µ Mu m m Mju Ν ν Nu n n Nju Ξ ξ Xi x x Xaj Ο ο Omicron o o Omikron Π π Pi p p Paj Ρ ρ Rho r r Row Σ σ Sigma s s Sigma Τ τ Tau t t Taw Υ υ Upsilon u u Upsilon Φ φ Phi f f Faj Χ χ Chi ch ċ Ċaj Ψ ψ Psi ps ps Psaj Ω ω Omega o o Omega 7

Dawriet tal-fili Naħseb li ġieli kellkom tkebbu numru ta dawriet ta fili ta qisien differenti meta għamiltu xi ħaġa. Speċjalment jekk tkunu qed tagħmlu xi ħaġa ġdida u ma jkollkomx dettalji, tistgħu ssibu diffikulta dwar kemm-il dawra ta fili tkunu tistgħu tagħmlu fuq tul partikolari. Għalhekk hawn taħt għandkom tabella dwar kemm-il dawra toqgħod fuq tul ta pulzier ta fil tar-ramm bl-isolazzjoni ta l-enamel ta qisien li wieħed normalment juża fl-apparat tagħna. Infakkarkom li pulzier fih tul ta 25.4 millimetri. Qies tal-fil swg Dawriet kull pulzier 20 26 22 33 24 41.5 26 50.3 28 61 30 72.5 32 82.6 34 96.2 36 116.3 38 144.9 40 178.6 42 212 Tinsewx li dawn huma bejn wieħed u ieħor imma dejjem tistgħu ideja ta kemm il-dawra tistgħu tagħmlu. Temperatura Ħafna dilettanti tar-radju ġieli jkollhom jaraw li t-temperatura ta l-apparat tagħhom ma titlax iktar minn ċertu ammont. Dilettanti tar-radju oħra huma dilettanti wkoll tat-tisjir u meta jsajjru jridu jżommu mat-temperatura speċjalment jekk ikunu qegħdin jagħmlu xi ħaġa ġdida. Ħafna jekk mhux kulħadd jaf kif jaqleb it-temperatura minn centiġradi għal fahrenheit jew lura b dawn il-formoli Celsius għal Fahrenheit = Temperatura Celsius x 9/5 + 32 Fahrenheit għal Celsius = Temperatura Fahrenheit -32 x 5/9 Imma kemm hu aħjar li wieħed ikollu tabella lesta kemm iħares lejha minflok joqgħod jaħdem il-formola? Għaldaqstant, hawn taħt għandkom tabella dwar kemm temperatura fi Gradi Ċentigradi jew aħjar skond it-terminu uffiċjali Ċelsius (Selsjus) tiġi meta taqlibha fi gradi Fahrenheit. Temperatura Celsius Temperatura Fahrenheit 0 32 5 41 10 50 15 59 20 68 25 77 30 86 8

35 95 40 104 45 113 50 122 55 131 60 10 65 149 70 158 75 167 80 176 85 185 90 194 95 203 100 212 105 221 110 230 115 239 120 248 125 257 130 266 135 275 140 285 145 293 150 302 155 311 160 320 165 329 170 238 175 347 180 356 185 365 190 374 195 383 200 392 205 401 210 410 215 419 220 428 225 437 230 446 Tul Ġdid fuq 10,000 GĦz SSB: 2696 km* Tul ġdid li qatt ma kien inkiseb qabel fuq din il-frekwenza twaqqaf fl-10 ta Lulju 2010 fl-10.46 UTC mill-gżejjer Kap Verde lejn in-naħa t isfel tal-portugall mill-ispedizzjoni DX HYPERATLANTICA 2010 Is-sitt operaturi kollha ta D44 ikkuntattjaw lill-portugall (CT) qabel il-11.10 qabel komplew jagħmlu l-provi fuq frekwenzi oħra. 9

Il-grupp raddew ħajr lil kull min kellu sehem f dawn l-esperimenti u l-gruppi kienu dawn. D44 jinsab fil-lokatur (HK86NU): D44TD, b radd il-ħajr għas-sostenn loġistiku fil-gżejjer Kap Verde. D44TAX/HB9AYX, D44TEF/HB9EOF, D44TOI/HB9BOI, D44TRD/HB9RHD, D44TXV/HB9RXV, D44TZN/HB9AZN CT (IM57OR): CT7/F1PYR, CT7/F6DPH, CT1HZE CN (IM52JH): CN2CT (F2CT) EA8 (IL28XQ): EA8/F5BUU, EA8/F1URI, EA8BFK CT3 (IM12NP): CT3/DG1GGH, CT3HF Uffiċċju f HB: HB9ACA Sostenn Tekniku: HB9DUG Barra minn hekk, il-proġett kellu għajnuna minn sostenituri oħra (ID Electronic, Flexayagi, TAP), li l-grupp raddilhom ħajr sinċier. Huma kienu ilhom aktar minn sena jippreparaw, għamlu attentat fl-2009, u tejjbu l-apparat biex jilħqu l-għan kważi impossibbli tagħhom, dak li jiksru t- tul li kien hemm minn 2070 għal 2696 kilometri. Għandu jiġi nnutat li l-kisba dinjija ta 2070 kilometri kien miksur għall-ewwel darba fl-istess jum bejn D44 u CN2CT b 2200 kilometri fit-08.55 UTC. Mingħajr dubju li l-10 ta Lulju 2010 jibqa mniżżel fl-istorja bħala kisba għal dawk kollha li ħadu sehem minħabba li barra l-kisba dinjija saru wkoll numru ta kuntatti bejn il-gruppi. D44 CT (2696 km) : numru ta kuntatti fuq 144 MĦz, l-ewwel QSO bejn D44 u CT fuq 5.7 GĦz u l-ewwel QSO D44 CT fuq 23cm ma CT1HZE. D44 - EA8 (1591 km): kważi ħolqa permanenti fuq 144 MHz (kanal tas-servizz). Il-grupp raddew ħajr lill-grupp ta EA8 li ħadmu b mod eċċellenti bħala kordinaturi u jwasslu l- messaġġi bejn D44 u CT. Il-Gżejjer kanarji jinsabu kważi f nofs il-ħolqa D44 CT. D44 CT3 (1852 km): l-ewwel kuntatt bilaterali D44 CT3 fuq 10 GĦz. D44 CN (2200 km): kważi kuntatt permanenti fuq 144 MĦz (Kanal ta Servizz) u l-ewwel kisba dinjija bl-ssb fuq 10 GĦz ma CN2CT (10 Lulju). EA8 CT7 (1116 km): kważi ħolqa permanenti fuq 144 MĦz u 14 MĦz. EA8 CN (614 km): Kuntatti fuq 144 MĦz u 14 MĦz. EA8 CT3 (520 km): Kuntatti fuq 144 MĦz. Għandu jiġi nnutat li dawn il-qso s inkisbu bl-ssb b rapporti ta sinjali sa 9+. Il-grupp Hyperatlantica radd il-ħajr ukoll lil Manfred/HB9ACA għas-sostenn eċċellenti tiegħu fl-uffiċċju fl-isvizzera kif ukoll għall-informazzjoni fuq il-kundizzjonijiet ta propagazzjoni u rapporti tat-temp. Huma raddew ħajr ukoll lil dawk li sejħu bħala esperti tal-mewġ qasir (SW) għall-għajnuna tagħhom biex immaniġġjaw it-traffiku ĊW u l-kanal ta servizz fuq il-frekwenza ta 20 Metru. 10

Huma raddew ħajr ukoll għal dawk li kienu kisbu t-tul dinji qabilhom, DL 4AM u DJ3KM li qalu li kienu mmotivawhom biex jiksbu din l-esperjenza li ma tintnesiex. Huma qed jippreparaw ukoll paġna ta l-internet fejn se jagħmlu aktar informazzjoni (ritratti, kopji tas-sinjal eċċ) fuq il-proġett u fuq l-ispedizzjoni Hyperatlantica 2010. Aktar nformazzjoni tista tinkiseb mingħand: info@hyperatlantica.ch Il-paġna ta l-internet tagħhom hija www.hyperatlantica.ch * imsejsa fuq koordinati GPS Metalli Differenti Kulħadd jaf kif wara żmien li wieħed ikun għamel antenna, din ma tibqax li kienet u meta tniżżilha tara li f ħafna każi jkun hemm ħafna korrusjoni u ġieli tant tkun kbira li anki partijiet tal-antenna jispiċċaw fix-xejn. Eżempju li jaf kulħadd huwa l-antenni tat-televiżjoni fejn kulħadd jaf kif jispiċċaw jaqgħu biċċiet jew jekk jirnexxilek tniżżilhom jaqgħu malli tmisshom u jsiru frak. Dan jiġri jekk ikollna metalli differenti jmissu ma xulxin speċjalment meta jkunu barra fejn jintlaħqu mix-xita u umdita, imma din issir anki jekk ikunu fix-xott. Hawnhekk mhux qed nitkellem dwar kaxxi u affarijiet oħra bħal isolaturi tal-plastik li x-xemx tagħmlilhom ħafna ħsara u jispiċċaw isiru frak, għax dik kwistjoni oħra differenti. Hemm metalli li jissejħu anodiċi u hemm oħrajn li jissejħu katodiċi. Għalkemm korrusjoni se jkun hemm dejjem meta jintużaw metalli differenti, din tkun ħafna inqas meta jintużaw metalli li huma jew anodiċi jew katodiċi u mhux taħlita tat-tnejn. Barra minn hekk, aktar ma l-metalli jkunu mbiegħdin minn xulxin fil-lista li se ssibu aktar il quddiem, aktar tkun kbira l-korrusjoni. Għaldaqstant, wieħed għandu jisgura li kemm jista jkun nużaw metalli li jkunu bħal xulxin u meta ma nistgħux nużaw dawk l-eqreb. 11

Il-metalli msejħa katodiċi jieklu l-metalli msejħa anodiċi u wieħed jista jara effett fuq vapuri fejn anodji taż-żingu msejħa anodi sagrifikali għax jiġu sagrifikati għax jispiċċaw huma jintużaw biex metalli oħra tal-vapuri ma jittieklux huma. Il-lista tinsab hawn taħt. Magnesjum ANODIĊI Aluminjum Duralumin Żingu Kadmjum Ħadid Taħlita ta Ħadid Kromjum Taħlita ta Kromjum Ħadid u Nikel Taħlita ta Stann artab ta Landa-Ċomb Landa ^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^^ Ċomb KATODIĊI Nikel Rammijiet sofor Bronż Taħlita ta Nikel u Rammijiet Ramm aħmar Stann tal-fidda Fidda Deheb Platinum Għalhekk għażlu metalli li jkunu l-eqreb lejn xulxin u jekk jista jkun ikunu jew fil-lista ta l- Anodiċi jew Katodiċi. Jekk ma tistgħux xorta waħda għażluhom l-eqreb lejn xulxin, imma jkollkom tagħtu servizz lill-antenna jew fejn tkunu wżajtuhom aktar ta sikwit. Oqgħodu attenti u idħlu fil-grupp tal-yahoo ħalli tkunu nfurmati sewwa bl-aħħar attivitajiet li nkunu se nagħmlu. Tinsewx li se jkollna attivitajiet għat-tliet xhur li ġejjin u jista jkun li ma jkunux jistgħu jidhru fuq dan il-fuljett minħabba li jkun diġa ħareġ u għalhekk l-avviż isir fuq il-grupp permezz ta l-internet. Ibghatu ittra elettronika lil Ivan, 9Ħ1PI fuq ivan.privitera at gmail.com biex issiru membri tal-grupp Infakkrukom ukoll li kull min irid jista jniżżel dan il-fuljett direttament minn fuq www.9h1mrl.org/newsletter.htm 12