IL-KARTI TAL-FLUS U L-MUNITI TA L-EURO Il-karti tal-flus u l-muniti ta l-euro huma parti mill-ħajja ta kuljum għal iżjed minn 329 miljun ruħ fiż-żona ta l- euro. Din il-preżentazzjoni tiddeskrivi s-seba karti tal-flus u t-tmien muniti ta l-euro. Il-karti tal-flus ispirati mill-istili arkitettoniċi ta seba perijodi fl-istorja kulturali ta l-ewropa huma identiċi fiż-żona ta l-euro kollha. Il-muniti għandhom naħa Ewropea u naħa nazzjonali, b disinji li jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Minbarra l-pajjiżi taż-żona ta l-euro, il-prinċipat ta Monako, ir-repubblika ta San Marino u l-belt tal-vatikan ukoll joħorġu muniti ta l-euro. Barra dan, darba fis-sena, dawn il-pajjiżi kollha jistgħu joħorġu munita kommemorattiva ta 2, b disinn speċjali nazzjonali. Dawn il-muniti għandhom l-istess naħa Ewropea u huma magħmulin mill-istess materjal bħall-muniti normali taż- 2. Huma valuta legali fiż-żona ta l-euro kollha, jiġifieri jistgħu jintużaw u għandhom jiġu aċċettati l-istess bħal kwalunkwe munita oħra. Tista tuża kwalunkwe munita jew karta tal-flus ta l-euro f kull parti taż-żona ta l-euro. 1
IL-KARTI TAL-FLUS TA L-EURO Il-karti tal-flus, ispirati mill-istili arkitettoniċi ta seba perijodi ta l-istorja kulturali Ewropea huma identiċi fiżżona ta' l-euro kollha. Tista tuża kwalunkwe karta tal-flus ta l-euro f kull parti taż-żona ta l-euro. 5 Daqs: 120 x 62 mm Kulur: Griża Perijodu arkitettoniku: Klassiku 10 Daqs: 127 x 67 mm Kulur: Ħamra Perijodu arkitettoniku: Romanesk 20 Daqs: 133 x 72 mm Kulur: Blu Perijodu arkitettoniku: Gotiku 50 Daqs: 140 x 77 mm Kulur: Oranġjo Perijodu arkitettoniku: Rinaxximent 100 Daqs: 147 x 82 mm Kulur: Ħadra Perijodu arkitettoniku: Barokk u rokokò 200 Daqs: 153 x 82 mm Kulur: Kannella fl-isfar Perijodu arkitettoniku: Arkitettura tal-ħadid u l-ħġieġ 500 Daqs: 160 x 82 mm Kulur: Vjola Perijodu arkitettoniku: Modern tas-seklu 20 2
IL-MUNITI TA L-EURO Il-muniti jvarjaw minn 2 għal ċenteżmu. Kull waħda minnhom għandha naħa Ewropea u naħa nazzjonali. Fuq in-naħat Ewropej hemm jew l-ue qabel it-tkabbir tagħha f Mejju 2004 jew immaġni ġeografika ta l-ewropa. Fuq in-naħat nazzjonali hemm simboli jew xbiehat mill-pajjiżi li jkunu ħarġu l-muniti. Dawn il-pajjiżi huma l-membri taż-żona ta l-euro, kif ukoll il-prinċipat ta Monako, ir-repubblika ta San Marino u l-belt tal-vatikan. Tista tuża kwalunkwe munita ta l-euro f kull parti taż-żona ta l-euro. NAĦAT EWROPEJ 2 Dijametru: 25.75 mm L-għoli tax-xifer: 2.20 mm Piż: 8.50 g Kulur: Il-parti ta barra: fidda Il-parti ta ġewwa: deheb Kompożizzjoni: Il-parti ta barra: ram-nikil Il-parti ta ġewwa: tliet saffi: nikil-ram isfar, nikil, nikil-ram isfar Xifer: Ittri mnaqqxin fuq xfar irqaq 1 Dijametru: 23.25 mm L-għoli tax-xifer: 2.33 mm Piż: 7.50 g Kulur: Il-parti ta barra: deheb Il-parti ta ġewwa: fidda Kompożizzjoni: Il-parti ta barra: nikil-ram isfar Il-parti ta ġewwa: tliet saffi: ram-nikil, nikil, ram-nikil Xifer: Tliet sezzjonijiet bi xfar irqaq u tliet sezzjonijiet ċatti 50 ĊENTEŻMU Dijametru: 24.25 mm L-għoli tax-xifer: 2.38 mm Piż: 7.80 g Kulur: Deheb Kompożizzjoni: Deheb nordiku Xifer: Pizzi rqaq 20 ĊENTEŻMU Dijametru: 22.25 mm L-għoli tax-xifer: 2.14 mm Piż: 5.74 g Kulur: Deheb Kompożizzjoni: Deheb nordiku Xifer: Ċatt b seba daħliet ( għamla ta fjura Spanjola ) 3
10 ĊENTEŻMI Dijametru: 19.75 mm L-għoli tax-xifer: 1.93 mm Piż: 4.10 g Kulur: Deheb Kompożizzjoni: Deheb nordiku Xifer: Pizzi rqaq 5 ĊENTEŻMI Dijametru: 21.25 mm L-għoli tax-xifer: 1.67 mm Piż: 3.92 g Kulur: Ram Kompożizzjoni: Azzar miksi bir-ram Xifer: Lixx 2 ĊENTEŻMI Dijametru: 18.75 mm L-għoli tax-xifer: 1.67 mm Piż: 3.06 g Kulur: Ram Kompożizzjoni: Azzar miksi bir-ram Xifer: Lixx bi skanalatura 1 ĊENTEŻMU Dijametru: 16.25 mm L-għoli tax-xifer: 1.67 mm Piż: 2.30 g Kulur: Ram Kompożizzjoni: Azzar miksi bir-ram Xifer: Lixx 4
NAĦAT NAZZJONALI BELĠJU (Belgique/België) Fuq il-muniti Belġjani jidhru r-re Albertu II u l-monogramm tiegħu b A majjuskola taħt kuruna fost it-12-il stilla ta l-unjoni Ewropea. ĠERMANJA (Deutschland) Fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1 hemm l-ajkla federali, simbolu tradizzjonali tas-sovranità Ġermaniża. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi hemm il-bieb ta Brandenburg, li jissimbolizza d-diviżjoni u l-unifikazzjoni sussegwenti tal-ġermanja. Fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu hemm fergħa żgħira tal-ballut li tfakkar fid-disinn tal-muniti Ġermaniżi l-antiki tal-pfennig. IRLANDA (Éire) In-naħat nazzjonali tal-muniti Irlandiżi huma kollha l-istess u fihom arpa Ċeltika, simbolu tradizzjonali ta l- Irlanda. Fuqhom hemm il-kelma Irlanda bl-irlandiż (Éire). GREĊJA (Ελλάδα) Fuq il-munita taż- 2 hemm xena minn mużajk ta żmien l-ispartani li turi lil Ewropa, il-figura mitika Griega li minnha ħa ismu l-kontinent tagħna. Fuq il-munita ta l- 1 hemm disinn ta' kokka meħud mill-munita antika ta Ateni ta 4 drachma. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi jidhru personalitajiet ewlenin Griegi mill-bidu tasseklu 20, u mis-sekli 19 u 18, waqt li fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu hemm tanker tal-baħar, korvetta, u trirem ta Ateni rispettivament. SPANJA (España) Fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1 hemm l-effiġja tar-re Juan Carlos I de Borbón y Borbón. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi jidher Miguel de Cervantes, missier il-letteratura Spanjola. Dan jirrifletti l-universalità talbniedem u tal-ħidma tiegħu. Fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu jidher il- Katidral ta Santiago de Compostela, waħda mill-iżjed destinazzjonijiet famużi għall-pellegrinaġġi fid-dinja. FRANZA (France) Fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1 hemm siġra li tirrappreżenta l-ħajja, il-kontinwità u t-tkabbir. Madwarha hemm ilmotto Repubblikan liberté, égalité, fraternité. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi hemm it-tema klassika taż-żerriegħ, waqt li fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu tidher Marianne, żagħżugħa u femminili, simbolu tar-repubblika Franċiża. ITALJA (Italia) Fuq il-munita taż- 2 hemm ritratt ta Dante Alighieri mpitter minn Raffaello. Fuq il-munita ta l- 1 hemm ittpinġija ta Leonardo da Vinci li tillustra l-proporzjonijiet ideali tal-ġisem tal-bniedem. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi jidhru l-istatwa ta l-imperatur Marcus Aurelius Antoninus, skultura ta Umberto Boccioni u Ittwelid ta' Venere ta Botticelli, rispettivament. Fuq il-muniti l-oħra hemm il-colosseum (5 ċenteżmi), il-mole Antonelliana (2 ċenteżmi) u l-castel del Monte (ċenteżmu). ĊIPRU (Κύπρος/Κıbrıs) mill-1 ta Jannar 2008 Fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1 hemm idolu forma ta salib li jmur lura għall-perijodu Kalkolitiku (3000 sena qabel Kristu). Dan l-eżempju ta l-arti preistorika tal-gżira jirrifletti l-pożizzjoni ta Ċipru fil-qalba taċ-ċivilizzazzjoni u ta l-antikità. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi jidher il-bastiment Kyrenia, bastiment tal-merkanzija tar- 5
raba seklu qabel Kristu. Dan jissimbolizza l-istorja merkantili ta Ċipru u l-importanza tal-pajjiż bħala ċentru talkummerċ. Fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu hemm xbieha ta muflun, speċi ta nagħġa salvaġġa tipika ta Ċipru li tirrappreżenta l-annimali salvaġġi tal-gżira. LUSSEMBURGU (Lëtzebuerg) Fuq il-muniti hemm l-effiġja ta l-altezza Rjali Tiegħu il-gran Duka Henri. Il-kelma Lussemburgu tidher mitkuba bil-lingwa Lussemburgiża (Lëtzebuerg). MALTA mill-1 ta Jannar 2008 Fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1 hemm is-salib ta Malta bi tmien ponot. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi hemm l-arma ta Malta, tarka b rappreżentazzjoni araldika tal-bandiera nazzjonali ta Malta. Fuq il-muniti talħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu hemm xbieha ta l-altar li jinsab fit-tempju preistoriku ta l- Imnajdra, mibni madwar 3600 sena qabel Kristu fuq għolja żgħira li tagħti għal fuq il-baħar. OLANDA (Nederland) Jintużaw żewġ disinji differenti - it-tnejn li huma tal-profil tar-reġina Beatrix. Fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1, l- iskrizzjoni Beatrix, Reġina ta l-olanda bl-olandiż, tidher fuq in-naħa tal-lemin tal-profil. Fuq il-muniti tal-50, l- 20, l-10, l-5, ż-2 ċenteżmi u fuq dik taċ-ċenteżmu, l-istess kliem jiċċirkonda l-profil. AWSTRIJA (Österreich) Fuq il-munita taż- 2 hemm ritratt tal-paċifista Bertha von Suttner. Wolfgang Amadeus Mozart, il-famuż kompożitur Awstrijak, jidher fuq il-munita ta l- 1. Ftit mill-iżjed bini famuż ta Vjenna jidher fuq il-muniti tal-50 ċenteżmu (il-bini tas-seċessjoni), ta l-20 ċenteżmu (il-palazz Belvedere) u ta l-10 ċenteżmi (il-katidral ta San Stiefnu). Fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu hemm primula ta l-alpi, edelvajs, u fjura ġenzjana rispettivament. PORTUGALL (Portugal) Fiċ-ċentru tal-muniti hemm is-siġilli rjali ta l-ewwel re tal-portugall, Dom Afonso Henriques, flimkien mal-kelma Portugal. Is-siġilli huma tas-sena 1144 fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1, tas-sena 1142 fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi, u tas-sena 1134 fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu. Madwarhom hemm kastelli u stemmi araldiċi, u madwar dawn hemm it-12-il stilla ta' l-unjoni Ewropea. SLOVENJA (Slovenija) Fuq il-munita taż- 2 hemm xbieha tal-poeta France Prešeren. Fuq il-munita ta l- 1 hemm xbieha ta Primož Trubar, awtur ta l-ewwel ktieb stampat bis-sloven. Il-muniti tal-50 u ta l-20 ċenteżmu fihom stampa talmuntanja Triglav u ta żwiemel Lipizzaner rispettivament. Fuq il-munita ta l-10 ċenteżmi hemm il-pjanta mhux imwettqa tal-perit Jože Pleènik għall-parlament Sloven. Fuq il-munita tal-5 ċenteżmi hemm xbieha ta żerriegħ. Fuq il-muniti l-oħra hemm il-ġebla tat-tlugħ Fuq it-tron Sovran (2 ċenteżmi) u ta ċikonja (ċenteżmu). SLOVAKJA (Slovenská republika) Il-muniti taż- 2 u tal- 1 juru salib maqtugħ darbtejn fuq tliet għoljiet, hekk kif jidher fl-emblema nazzjonali tas- Slovakja. Il-muniti tal-50, 20 u 10 ċenteżmi juru l-kastell ta Bratislava u l-emblema nazzjonali tas-slovakja. Ilmuniti tal-5 ċenteżmi, 2 ċenteżmu u taċ-1 ċenteżmu juru l-quċċata Kriváň tal-muntanji Tatra, simbolu tassovranità tan-nazzjon Slovakk, u l-emblema nazzjonali tas-slovakja. 6
FINLANDJA (Suomi/Finland) Għollieq tal-muntanja (Rubus Chamaemorus) u l-fjuri tiegħu jidhru fuq il-munita taż- 2, waqt li fuq il-munita ta l- 1 hemm disinn ta żewġ ċinji jtiru. Fuq il-muniti tal-50, l-20, l-10, l-5, ż-2 ċenteżmi u fuq dik taċ-ċenteżmu hemm l-iljun araldiku. MONAKO (Monaco) Fuq il-muniti taż- 2 u ta l- 1 hemm xbieha ta l-ast il-prinċep Albert II. Fuq il-muniti tal-50, l-20 u l-10 ċenteżmi hemm il-monogramma ta l-ast il-prinċep Albert. Fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu hemm l-istemma araldika tal-prinċpijiet Sovrani ta Monako. SAN MARINO Fuq il-munita taż- 2 hemm il-bini tal-gvern (Palazzo Pubblico), waqt li fuq il-munita ta l- 1 hemm l-istemma araldika uffiċjali tar-repubblika. Fuq il-munita tal-50 ċenteżmu hemm it-tliet torrijiet, Guaita, Cesta u Montale. Ilmunita ta l-20 ċenteżmu fiha xbieha tal-qaddis Marino, ibbażata fuq tila ta l-iskola ta Guercino, waqt li fuq ilmunita ta l-10 ċenteżmi hemm il-bażilika ta San Marino. Fuq il-muniti tal-ħames ċenteżmi, taż-żewġ ċenteżmi u taċ-ċenteżmu hemm l-ewwel torri, l-istatwa tal-libertà u t-tielet torri rispettivament. BELT TAL-VATIKAN (Città del Vaticano) Fuq il-muniti kollha hemm xbieha tal-qdusija Tiegħu il-papa Benedittu XVI u l-iskrizzjoni CITTÀ DEL VATICANO. 7