Impenjata biex tiżgura li l-ikel tal-ewropa jkun ħieles mill-periklu

Σχετικά έγγραφα
Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għas-sena finanzjarja 2013

Anness II. Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet għal opinjoni pożittiva

Proposta għal DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali

IL QORTI EWROPEA TAL AWDITURI 12, rue Alcide De Gasperi 1615 Luxembourg LUXEMBOURG. Tel

Ref. Ares(2016) /02/2016. Gwida għall-utent. għad-definizzjoni ta SME. Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

Linji gwida. dwar il-metodi għall-kalkolu ta kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta garanzija tad-depożiti EBA/GL/2015/ Data.

15414/14 ADD 1 grx/cug/vp 1 DG D 2A. Kunsill tal-unjoni Ewropea. Brussell, 20 ta' Novembru 2014 (OR. en) 15414/14 ADD 1

L-Atti b titoli b tipa ċara relatati mal-ġestjoni ta kuljum ta affarijiet agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perjodu limitat.

Kunsill tal-unjoni Ewropea Brussell, 19 ta Ġunju 2015 (OR. en)

Struzzjonijiet għall-installazzjoni u linji gwida għall-manutenzjoni

(Test b relevanza għaż-żee) (6) Teknoloġiji ġodda li qed ifiġġu fis-suq, bħal-leds, għandhom ikunu suġġetti għal dan ir-regolament.

Rapport dwar l-awditu tal-ġestjoni mill-bank Ċentrali Ewropew tal-impronta tiegħu tal-karbonju

(Atti mhux leġiżlattivi) LINJI GWIDA. LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-4 ta April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA. Brussell, 15 ta' Lulju 2011 (18.07) (OR. en) 12987/11 TRANS 216

ANNESSI. tal-proposta għal. Direttiva tal-parlament Ewropew u tal-kunsill. dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Kriterji tal-ue għall-akkwist Pubbliku Ekoloġiku (GPP) għal Ħiters Idroniċi

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Awwissu 2010 li hija t-53 ħarġa ta din issensiela.

PARLAMENT EWROPEW. Dokument ta' Sessjoni

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea L 27. Leġiżlazzjoni. Atti mhux leġiżlattivi. Volum ta' Jannar Edizzjoni bil-malti.

Id-delegazzjonijiet għandhom isibu mehmuż id-dokument C(2017) 6315 final - ANNEX 1.

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea. (Atti mhux leġiżlattivi) DEĊIŻJONIJIET

10973/16 ADD 5 JSW/ea DGC 1. Kunsill tal-unjoni Ewropea. Brussell, 14 ta' Settembru 2016 (OR. en) 10973/16 ADD 5

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS. tal- Proposta għal Deċiżjoni tal-kunsill

2008O0008 MT

ANNESS 1 SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Page 1 of 110 ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

2008O0008 MT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS III SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT, IT-TIKKETTAR U L-FULJETT TA TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Ftehim bejn il-pajjiωi dwar id-drittijiet tal-persuni b DiΩabilità

15236/17 ADD 1 cug/hc/yc 1 DG E 2B

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

INN Isem ivvintat Qawwa Għamla Farmaċewtika. Schmelzpillolaten. fil-ħalq. 30 mg Pilloli li jinħallu Użu orali. Schmelzpillolaten.

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS 1 SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

MINUTI tal-laqgħa tat-23 ta' Marzu 2017, , u tal-24 ta' Marzu 2017, Brussell

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

Appendi i 4 g all-gwida Komunitarja g al prassi tajba g allmanifattura ta materjali g all-g alf siguri: dokument ta referenza tas-settur ta FEDIOL

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR. Medicinal product no longer authorised

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

Il-Ómistax-il Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

Copyright 2019 Servizz Helsien Emozzjonali, Fondazzjoni St Jeanne Antide, 51 Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien; tel

L-ILMA Mulej, a tkun imfa ar f Óuna l-ilma, irωin u safi wisq, me tie qatig...

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Vol 29 Nru 161 Lulju - Settembru 2008

ARÇIDJOÇESI TA MALTA DOKUMENT TAS-SINODU DJOÇESAN XANDIR TAL-KELMA

Manwalta' operazzjoni

JASON JUÛA S-SIÌÌU TAR-ROTI. Carmel G. Cauchi Tpin ijiet ta Adam Apap

MALTA. Proċess ta Konsultazzjoni Mniedi mill-awtorità tax-xandir L-Użu Tajjeb tal-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir

Sidna Ìesù Kristu Sultan tal-óolqien Kollu

Order of Proceedings. The Congregation rises when the Dignitaries leave the Hall.

IL-KARTI TAL-FLUS U L-MUNITI TA L-EURO

Vol 29 Nru 159 Jannar - Marzu 2008

ARÇIDJOÇESI TA MALTA DOKUMENT TAS-SINODU DJOÇESAN KULTURA SOÇJETÀ KNISJA

Karti tal-g alliema u twe ibiet. merlin. malti

Il-President Charles Schembri mal- Oganizzatur UngeriΩ waqt is-sitt safra tal-banda Santa Katarina V.M.

OMMNA MARIJA. Il-Messa ta Fatima huwa Sej a g as-sagrifiççju

ARÇIDJOÇESI TA MALTA DOKUMENT TAS-SINODU DJOÇESAN DJAKONIJA U ÌUSTIZZJA

u fl-ippjanar talkalendarju

Vol 30 Nru 166 Ottubru - Diçembru 2009

Kumitat għal-libertajiet Ċivili, il-ġustizzja u l-intern

Order of Proceedings. Address by Mr Kurt Vella Fonde`, B.A. European Studies (Hons.) a representative of the graduands.

DORIANNE NIEQSA MID-DAWL. Carmel G. Cauchi Tpin ijiet ta Frank Schembri

It-Tnejn u Tletin Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

It-tag lim ta esù Kristu fil-bibbja kien

Transcript:

Rapport Annual Annwali Report 2008 2009 ISSN 1830-3862 ISSN 1831-5143 Impenjata biex tiżgura li l-ikel tal-ewropa jkun ħieles mill-periklu

RAPPORT ANNWALI 2009 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

WERREJ KELMTEJN QABEL 2 I. Daħla minn Jo Leinen 2 Daħla minn Androulla Vassiliou 3 Messaġġ minn Diána Bánáti 4 Messaġġ minn Catherine Geslain-Lanéelle 5 KONSOLIDAZZJONI TAR-RWOL TAL-EFSA FIS-SISTEMA TAS-SIGURTÀ FL-IKEL TAL-UE 6 II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR 8 1. GĦOTI TA PARIRI KOMPRENSIVI 9 Reviżjoni tal-mandati kollha biex nindirizzaw aħjar il-kwistjonijiet 9 Tiġdid tal-membri tal-kumitat Xjentifiku u l-bordijiet tal-efsa 9 Proċess ta analiżi tal-kwalità kompletament operattiv 9 Ħidma mill-qrib mal-istati Membri 10 Utilizzazzjoni massima tal-eċċellenza xjentifika pan-ewropea 11 Aċċess għall-aqwa għarfien espert fl-ewropa 12 Integrazzjoni tal-kompetenza tal-aġenziji għall-maniġers tar-riskju 13 Twettiq ta approċċ multidixxiplinarju rigward il-kontaminanti tal-katina tal-ikel 14 Ħidma integrata rigward is-saħħa tal-annimali 14 Żvilupp ta metodoloġiji ġodda ta evalwazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi 15 Evalwazzjoni tar-riskju tal-pesti biex tinżamm is-saħħa tal-pjanti fl-ewropa 15 Provvediment ta appoġġ xjentifiku fl-efsa 16 2. EVALWAZZJONIJIET TA KWALITÀ GĦOLJA F WAQTHOM 17 Immaniġġjar ta applikazzjonijiet: il-każ tal-oġi 18 Evalwazzjoni tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa 18 Aktar titjib tar-reviżjoni minn pari ta sustanzi attivi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti 19 Gwida u diskussjoni mal-applikanti: L-eżempju tal-addittivi tal-għalf 19 Evalwazzjoni tal-addittivi tal-ikel 20 Evalwazzjoni u għoti ta gwida dwar materjali f kuntatt mal-ikel u sustanzi għat-togħma 21 3. ĠBIR TAD-DEJTA TAL-UE 22 X qed tiekol l-ewropa? 22 L-ewwel Rapport Annwali tal-efsa dwar ir-residwi tal-pestiċidi 23 Rappurtaġġ dwar iż-żoonożi u tifqigħat li jinġarru fl-ikel fl-ue 23 Għajnuna għall-kxif ta riskji emerġenti 24 4. BINI TA SĦUBIJIET INTERNAZZJONALI 25 Fuq livell globali 25 Żvilupp ta rabtiet eqreb fuq livell internazzjonali 25 5. KOMUNIKAZZJONI U DJALOGU 27 Kooperazzjoni dwar komunikazzjonijiet mal-istati Membri 28 Djalogu mal-partijiet interessati 28 Involviment fi djalogu xjentifiku 29 Kuntatt mal-komunità xjentifika 30 Sħubija soda mal-istituzzjonijiet tal-ue 30 Ħidma ma aġenziji oħrajn tal-ue 30 Żvilupp ta rabtiet eqreb mal-komunità lokali tal-efsa 31 6. RISPONS, EFFIĊJENZA U EFFIKAĊJA 32 F każ ta kriżi 32 Mit-teorija għall-prattika 32 Lejn effiċjenza u effikaċja 33 III. ĦARSA L QUDDIEM LEJN L-2010 34 IV ANNESSI 36 Anness I Tabella organizzattiva 37 Anness II Lista ta akronimi 39 Anness III Opinjonijiet u dokumenti xjentifiċi tal-efsa 2009 41 Anness IV Rapport finanzjarju 63 CD-ROM B PUBBLIKAZZJONIJIET XJENTIFIĊI MILL-EFSA FL -2009 R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9

DAĦLA minn Jo Leinen PRESIDENT TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIGUREZZA TAL-IKEL, TAL-PARLAMENT EWROPEW Bħala President tal-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sigurezza tal-ikel (ENVI), waħda millprijoritajiet ewlenin tiegħi hija li nsaħħu u nseddqu l-livell għoli tas-sigurezza tal-ikel fl-unjoni Ewropea. Bis-suq intern Ewropew, l-ikel jista jinbiegħ b mod liberu fl-istati Membri kollha, u dan joffri varjetà wiesgħa ta speċjalitajiet għall-konsumaturi Ewropej. Għaldaqstant, huwa kruċjali li dawn il-prodotti jkunu evalwati minn korp indipendenti, li jistabbilixxi l-konformità mal-istandards għoljin tas-sigurezza tal-ue. B hekk l-awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-ikel (EFSA) twettaq rwol importanti fl-ue billi mhux biss tevalwa s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni iżda wkoll taġixxi ta għassiesa tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali, kif ukoll tal-protezzjoni tal-pjanti u s-saħħa talpjanti. L-EFSA, għalkemm ilha teżisti seba snin biss, saret imsieħba kruċjali tal-parlament Ewropew fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel u l-kwistjonijiet tas-saħħa, u awtorità stabbilita sewwa u rikonoxxuta f dawn l-oqsma. Għaldaqstant, ix-xogħol tagħha mhux biss qed ikollu impatt fuq l-ue iżda qiegħed ukoll jistabbilixxi standards globali. Biex jistabbilixxi leġiżlazzjoni soda tas-sigurtà fl-ikel li tipproteġi l-konsumaturi mir-riskji għas-saħħa, il-parlament jiddependi fuq il-kontribuzzjonijiet xjentifiċi u l-opinjonijiet esperti tal-efsa. Dibattiti riċenti rigward ikel ġdid, prodotti minn annimali kklonjati, ikel ġenetikament immodifikat u addittivi tal-ikel juru għal darb oħra r-rilevanza qawwija tax-xogħol tal-efsa rigward l-evalwazzjoni tar-riskji assoċjati mal-katina tal-ikel. Ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwa tal-hekk imsejħa pretensjonijiet dwar is-saħħa kebbsu interess qawwi mhux biss fi ħdan ilkomunità tal-produtturi kkonċernati; il-konsumaturi saru ferm aktar konxji ta din il-kwistjoni. Fil-qafas tar-regolazzjoni tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa, l-efsa qed twettaq riċerka rigward kull indikazzjoni li ssir fuq it-tikkettar tal-ikel u l-preżentazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel fl-unjoni Ewropea, fuq jekk hix preċiża u bbażata fuq evidenza aċċettabbli mill-komunità xjentifika. Dan huwa wieħed millħafna eżempji tajbin ta kif l-aġenzija qiegħda taħdem fl-interess taċ-ċittadini, billi tiżgura li l-produtturi jwett qu l-wegħdiet tagħhom. L-Ewropa qed tiffaċċja sfidi ġodda relatati mal-bidla fil-klima u s-sostenibilità. Tul il-katina tal-ikel kollha, l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel qegħdin jikkontribwixxu għat-tisħin globali. Qed infittxu modi kif nilqgħu għal dawn l-isfidi, pereżempju billi ntej bu l-produzzjoni tal-uċuħ jew billi nagħmlu bidliet fl-għalf biex innaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu, u b hekk se jkunu żviluppati teknoloġiji ġodda. Hawnhekk ukoll jeħtieġ li niżguraw li l-istandards tas-sigurtà u s-saħħa jiġu kkunsidrati b mod xieraq. Ix-xogħol tal-efsa jinkludi varjetà enormi ta kompiti u jrid jissodisfa l-ogħla rekwiżiti tal-kwalità sabiex ilkonsumaturi jinżammu siguri. Għaldaqstant, filwaqt li huwa xogħol eżiġenti ħafna, fl-istess waqt huwa ta benefiċċju kbir għaċ-ċittadini tal-ue. Fl-aħħar snin, l-efsa ħadmet b suċċess biex tistabbilixxi standards għoljin ta sigurtà fl-ikel fl-unjoni Ewropea. Jo Leinen President tal-kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sigurezza tal-ikel (Il-Parlament Ewropew) 2 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

DAĦLA minn Androulla Vassiliou KUMMISSARJU TAL-UE GĦAS-SAĦĦA (2008-2009) Aħna fil-kummissjoni Ewropea nemmnu b mod qawwi li l-aktar ingredjent importanti fl-ikel hija s-sigurtà. Serje ta kriżijiet fis-snin disgħin bħalma kienu dawk li jikkonċernaw il-bse u d-dijossini naqqsu b mod qawwi l-fiduċja tal-konsumaturi fl-unjoni Ewropea u, fil-fatt, madwar id-dinja. Aħna tgħallimna l-lezzjoni tassigurtà tagħna billi ġarrabniha u b hekk iddeċidejna li nirrevedu l-approċċ ġenerali tagħna dwar is-sigurtà fl-ikel. Ir-riżultat aħħari kien ir-riforma komprensiva tassistema tas-sigurtà fl-ikel tal-ue. Tant kienet suċċess li llum tippermettilna nkunu kburin mill-fatt li l-unjoni Ewropea tgawdi sistema ta sigurtà fl-ikel li hija waħda mill-aqwa u mill-aktar komprensivi fid-dinja. Dan it-titjib sinifikanti kien ikun impossibbli kieku ma kienx ibbażat fuq xjenza solida. U hawnhekk tidħol fix-xena l-awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-ikel. L-EFSA tat prova tal-kapaċità tagħha li tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi li l-unjoni tkun teħtieġ bħala bażi għal-leġiżlazzjoni tagħha. Fi kliem sempliċi, l-efsa hija msieħba essenzjali fl-isforzi tagħna biex niżguraw is-sigurtà fl-ikel. Sa minn meta nħolqot, seba snin ilu, hija stabbilixxiet ruħha b mod gradwali bħala punt ta referenza xjentifiku. Illum hija awtorità rrispettata sewwa u hija rrikonoxxuta għall-eċċellenza xjentifika tagħha. Matul l-2009, l-efsa wieġbet b suċċess għadd kbir ta talbiet mingħand il-kummissjoni kompitu diffiċli minħabba l-ammont ta xogħol tagħha. Matul is-sena li għaddiet kellna niffaċċjaw serje ta sfidi u riskji għallkatina tal-ikel il-ħalib ikkontaminat bil-melamina fiċ-ċina huwa eżempju wieħed biss minnhom, fejn il-kontribuzzjoni tal-efsa kienet fil-fatt irrikonoxxuta globalment. Ir-rwol tal-efsa fil-forniment ta pariri xjentifiċi b mod rapidu kien kruċjali fl-isforzi tagħna biex nittrattaw din is-sitwazzjoni u sitwazzjonijiet oħra simili. Iżda l-efsa mhijiex ta siwi biss minħabba l-pariri xjentifiċi tagħha. Permezz tal-ġbir u l-analiżi taddejta xjentifika, l-efsa tagħtina perspettiva aħjar tar-riskji relatati mal-ikel u tippermettilna li nevalwaw mill-ġdid il-kwistjonijiet fuq medda twila ta żmien fid-dawl tal-progress xjentifiku u l-iżvilupp teknoloġiku. Bħala Kummissarju għas-saħħa, jiena ħdimt id f id mal-efsa biex niksbu bażi xjentifika soda għallpolitiki tal-ue. Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tkompli f din it-triq ta kooperazzjoni mill-qrib mal- EFSA. Wara kollox, aħna nikkondividu l-istess tħassib u l-istess miri. Fi ftit kliem, il-kummissjoni Ewropea u l-efsa ser ikomplu jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw li l-aktar ingredjent importanti fl-ikel ikun dejjem preżenti fuq il-mejda tagħna: ser inkomplu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex l-ikel li nieklu jibqa sigur. Androulla Vassiliou, Kummissarju tal-ue għas-saħħa (2008-2009) R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 3

MESSAĠĠ minn Diána Bánáti PRESIDENT TAL-BORD TAT-TMEXXIJA TAL-EFSA Ħadd ma jista jsaffar sinfonija. Jeħtieġ orkestra sħiħa biex iddoqqha. (H.E. Luccock) L-għan ewlieni tal-efsa huwa li tagħti informazzjoni affidabbli u bbażata fuq ix-xjenza rigward ir-riskji kollha assoċjati mal-katina tal-ikel. Il-viżjoni tagħna hija li nsiru rrikonoxxuti globalment bħala l-korp ta referenza Ewropew għall-evalwazzjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-ikel u l-għalf, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, in-nutrizzjoni, il-protezzjoni tal-pjanti u s-saħħa tal-pjanti. Biex jinkiseb dan, fl-2009, l-efsa kompliet tikber fl-ewropa u madwar id-dinja, b kuntatti ma postijiet aktar imbiegħda minn qatt qabel, f kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba tagħha fl-istituzzjonijiet tal-ue u l-istati Membri. Fl-2009, il-bord tat-tmexxija adotta l-istrateġija internazzjonali tal-efsa, li identifikat l-objettivi ewlenin meħtieġa biex ikunu kkonsolidati l-inizjattivi eżistenti u tal-ġejjieni mal-istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Seddaqna wkoll il-kapaċità tal-evalwazzjoni tar-riskju u l-kompetenza tal-awtorità. Fl-2009, wara l-kampanja ta reklutaġġ ta suċċess immexxija matul l-2008 sa kmieni fl-2009, approvajna n-nominazzjoni ta 174 espert xjentifiku indipendenti biex nistabbilixxu mill-ġdid il-kumitat Xjentifiku tal-awtorità u tmienja mill-għaxar Bordijiet tagħha għal terminu ġdid ta tliet snin. Barra minn hekk, billi rrikonoxxejna l-kontribut tal-esperti tal-efsa, approvajna wkoll proposta biex jissaħħaħ il-kumpens lill-esperti u adottajna l-baġit tal-2010 ta EUR 73 miljun meħtieġ biex ikun indirizzat ix-xogħol xjentifiku dejjem jikber tal-efsa, b mod partikolari flapplikazzjonijiet u l-ġbir tad-dejta. Diġà nafu li x-xogħol tal-efsa qiegħed jikber minħabba t-talbiet mingħand l-imsieħba tagħna. Għaldaqstant, is-sena l-oħra bdejna negozjati biex nevalwaw l-impatt tax-xogħol tal-efsa. Fl-2009, wieħed mill-kompiti l-aktar importanti fix-xogħol tal-efsa kien li tissostanzja xjentifikament dikjarazzjonijiet relatati mas-saħħa u bbażati fuq in-nutrizzjoni biex il-konsumaturi jkunu megħjunin jagħmlu għażliet tal-ikel li jkunu infurmati u siewja. Fl-2010, ser niddefinixxu indikaturi ewlenin biex inkejlu kif il-pariri tagħna qegħdin jgħinu fit-tfassil tad-dritt tal-ue u jikkontribwixxu għas-sistema ġenerali tas-sigurtà fl-ikel. Aħna nemmnu fil-kooperazzjoni u d-djalogu, u kull sena nagħmlu sforzi kbar biex insaħħu aktar u nibnu fuq dawn in-netwerks. Dan ma japplikax biss għall-imsieħba tagħna iżda wkoll għal varjetà kbira ta partijiet interessati u involuti fix-xogħol tagħna. Għaldaqstant, fl-2009 qisna l-affarijiet u rrevedejna l-attivitajiet tal-pjattaforma Konsultattiva tal-partijiet Interessati tagħna. Il-Bord tat- Tmexxija ta bidu għal diskussjoni u enfasizza l-ħtieġa li nkomplu nibnu aktar kooperazzjoni mal-istati Membri biex inkunu aktar effettivi u effiċjenti. Il-qasam tal-komunikazzjoni u l-efsa nnifisha nbidlu konsiderevolment minn meta l-istrateġija tal-komunikazzjoni tal-awtorità ġiet adottata għallewwel darba fl-2006. Barra minn hekk, il-bord iddiskuta rapport li jispjega kif l-aħjar li tiġi rriveduta din l-istrateġija. Nistennew li nkomplu din id-diskussjoni fl-2010 biex tgħinna nirfinaw id-direzzjoni tax-xogħol importanti tal-komunikazzjonijiet tal-efsa. Nixtieq inwassal il-ħajr tiegħi, f isem il-bord tat- Tmexxija, lid-direttur Eżekuttiv, is-sinjura Catherine Geslain-Lanéelle, lill-1500 espert li jaħdmu fil-kumitat Xjentifiku u l-bordijiet, u lill-persunal ta aktar minn 400 persuna fl-efsa għax-xogħol iddedikat u kontinwu tagħhom matul l-2009. Huma jimmaniġġjaw ix-xogħol li żdied, u jgħinu biex inwasslu saħansitra aktar prodotti għand il-maniġers tar-riskji madwar l-ewropa. Nixtieq inrodd ħajr ukoll lil sħabi, il-membri tal-bord, għax-xogħol tagħhom matul l-2009. Nittama li nkomplu naħdmu flimkien fil-gwida tal-efsa għax din qed issir dejjem aktar irrikonoxxuta bħala komponent integrali tas-sistema tas-sigurtà fl-ikel tal-ue. Professoressa Diána Bánáti President tal-bord tat-tmexxija tal-efsa 4 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

MESSAĠĠ minn Catherine Geslain-Lanéelle DIRETTUR EŻEKUTTIV TAL-EFSA Għall-EFSA l-2009 kienet sena ta kooperazzjoni u djalogu msaħħa. Nistgħu nħarsu lura lejn sena oħra ta suċċess b kollaborazzjoni siewja mal-kummissjoni Ewropea, mal-istati Membri, mal-aġenziji tal-ue u mal-kontropartijiet internazzjonali, u bi djalogu kostruttiv kontinwu mal-partijiet interessati tagħna. L-impenn tal-efsa li nipprovdu prodotti ta kwalità għolja tkattar fl-2009 b 636 prodott xjentifiku meta mqabblin mal-489 tas-sena ta qabel. Punt indikattiv f din il-ħidma kien il-progress tal-efsa fl-evalwazzjoni tal-prodotti, is-sustanzi u l-indikazzjonijiet soġġetti għall-awtorizzazzjoni. B mod partikolari, evalwajna mijiet ta pretensjonijiet dwar is-saħħa, f kuntest ta skadenzi ristretti mhux ħażin, minbarra l-evalwazzjoni tal-addittivi tal-ikel, l-organiżmi Ġenetikament Immodifikati (OĠI), is-sustanzi għattogħma, il-pestiċidi u l-addittivi tal-għalf. L-involviment tagħna mal-imsieħba u l-partijiet interessati kompla jkun element importanti tax-xogħol tagħna ta kuljum. Pereżempju, fl-2009 organizzajna konferenza biex tiddiskuti u tispjega lill-partijiet interessati u lix-xjenzjati r-rwol tagħna fl-evalwazzjoni tarriskji tal-organiżmi ġenetikament immodifikati, u biex tiċċara l-pożizzjoni tagħna bħala fornitur ta pariri xjentifiċi indipendenti. Fil-fatt kienet opportunità biex nisimgħu u nitgħallmu, u biex inkunu involuti max-xjenzjati u l-partijiet interessati f diskussjonijiet miftuħa u siewja, b mod partikolari rigward gwida msaħħa għall-evalwazzjoni tar-riskji ambjentali. Ħdimna anki aktar fuq ir-rispons tagħna u l-impenn tagħna biex nirreaġixxu b mod rapidu u effiċjenti għal sitwazzjonijiet urġenti. Fl-2009, wettaqna eżerċizzji komprensivi ta simulazzjoni ta kriżi li kienu jkop ru l-evalwazzjoni tar-riskju f sitwazzjonijiet ta kriżi u l-komunikazzjonijiet tar-riskju mal-kummissjoni Ewropea u l-istati Membri. Bħas-snin preċedenti, din it-teorija twettqet fil-prattika meta pprovdejna rispons rapidu għal theddid immedjat għas-sigurtà flikel, bħal fil-każijiet tan-nikotina fil-faqqiegħ u l-linka tal-istampar fiċ-ċereali tal-kolazzjon. Fl-2009 wkoll, permezz tal-adozzjoni tal-istrateġija internazzjonali tagħna, għamilna pass importanti lejn ir-realizzazzjoni tal-viżjoni tagħna li nkunu rriko noxxuti globalment bħala l-korp ta referenza Ewropew għallevalwazzjoni tar-riskju fl-ikel u l-għalf. Din l-istrateġija ġdida ser tgħin billi tiggwida l-iżvilupp tal-kuntatti internazzjonali tagħna. U diġà sa mill-2009, dan ma kienx kliem fieragħ. Kellna laqgħat siewja ma organizzazzjonijiet ewlenin li jaħdmu fl-oqsma tas-sigurtà fl-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-pjanti fl-istati Uniti. Il-kooperazzjoni ma Health Canada, l-awtorità ta New Zealand dwar is-sigurtà fl-ikel, u l-istandards tal- Ikel tal-awstralja u New Zealand issa hija appoġġjata minn skambju ta ittri li ser jiffaċilita l-kooperazzjoni xjentifika rigward il-ġbir tad-dejta u l-kondiviżjoni tad-dejta relatata mal-evalwazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, fl-2009, l-efsa ffirmat Memorandum ta Kooperazzjoni mal-ġappun. Matul is-sena, il-kisbiet tagħna ma kinux iseħħu mingħajr id-dedikazzjoni u l-professjonalità tal-persunal, l-esperti xjentifiċi u l-imsieħba tal-efsa fl-istituzzjonijiet tal-ue u fl-istati Membri, kif ukoll tal-partijiet interessati kollha. Permezz tal-impenn u l-appoġġ kontinwu tagħhom, l-efsa tkompli twettaq rwol kruċjali fil-ħarsien tas-sigurtà fl-ikel u s-saħħa pubblika. Catherine Geslain-Lanéelle Direttur Eżekuttiv tal-efsa R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 5

I. KONSOLIDAZZJONI TAR-RWOL TAL-EFSA FIS-SISTEMA TAS-SIGURTÀ FL-IKEL TAL-UE 6 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

I. KONSOLIDAZZJONI TAR-RWOL TAL-EFSA FIS-SISTEMA TAS-SIGURTÀ FL-IKEL TAL-UE Stabbilita fl-2002 bi tweġiba għall-kriżijiet fl-ikel li mminaw il-fiduċja tal-konsumaturi fil-mod kif issigurtà fl-ikel kienet ittrattata fis-snin disgħin, l-efsa tidħol fid-deċennju l-ġdid lesta biex twettaq ir-rwol tagħha fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel u l-evalwazzjoni tar-riskju, kemm fl-ue kif ukoll, dejjem aktar, fuq livell internazzjonali. Fl-ewwel snin tagħha, l-efsa investiet fil-ħolqien ta konnessjonijiet u fil-bini ta netwerks madwar l-ewropa, waqt li internament stabbilixxiet il-proċessi u l-istrutturi li issa huma l-pedament tax-xogħol tagħha. It-tkabbir fis-snin preċedenti, ta l-kapaċità lill-awtorità li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-imsieħba tagħha fl-immaniġġjar tar-riskju fil-kummissjoni Ewropea, fil-parlament Ewropew u fl-istati Membri li kollha jiddependu fuq l-efsa għal pariri li jinformaw it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Korp dejjem jiżdied ta liġijiet tal-ue jinvolvi lill-efsa fl-appoġġ għall-proċess tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa, il-pestiċidi, l-oġi, is-sustanzi għat-togħma, l-addittivi tal-ikel u l-għalf, biex insemmu ftit minnhom. Barra minn hekk, b ħarsitha lejn il-ġejjieni u biex tippjana għallquddiem, l-efsa saħħet id-djalogu tagħha mal- Kummissjoni dwar l-attivitajiet fuq tul medju ta żmien u l-prijoritajiet kif spjegati fil-pjan ta skadenzi maqbula bejn iż-żewġ naħat. L-2009 kienet l-ewwel sena li fiha kien implimentat b ħarsa l quddiem lejn is-snin 2009 sal-2013 il- Pjan Strateġiku l-ġdid tal-efsa. Dan il-pjan għandu l-għan li jifforma l-awtorità matul is-snin li ġejjin u jħejjiha għall-isfidi tal-ġejjieni. Wara l-oqsma strateġiċi ewlenin identifikati f dan il-pjan, l-efsa ffokat fuq sitt objettivi: approċċ komprensiv għall-evalwazzjonijiet tar-riskju; evalwazzjonijiet ta kwalità għolja f waqthom; ġbir tad-dejta tal-ue; bini ta sħubijiet internazzjonali; komunikazzjoni u djalogu; rispons, effiċjenza u effikaċja. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 7

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR 8 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR 1. GĦOTI TA PARIRI KOMPRENSIVI Wieħed mill-oqsma ewlenin fejn l-efsa hi b saħħitha huwa l-firxa tal-kompetenza tagħha fl-evalwazzjoni tar-riskju, imħaddma tul il-firxa tal-katina tal-ikel, mill-għalqa sal-platt. L-Awtorità tkopri l-oqsma kollha tas-sigurtà fl-ikel u l-għalf, is-saħħa u l-benesseri talannimali, in-nutrizzjoni, il-protezzjoni talpjanti u s-saħħa tal-pjanti. Dan jippermettilha li tagħmel użu minn firxa wiesgħa ta tagħrif disponibbli sabiex twieġeb għall-isfidi ppreżentati mill-ambjent politiku u l-progress xjentifiku li qegħdin jevolvu, u sabiex tiżgura l-provvediment sigur tal-ikel lill-konsumaturi Ewropej. Dan ifisser li l-efsa tista toffri pariri komprensivi lill-manigers tar-riskju, dejjem aktar permezz ta mudell multidixxiplinarju u integrat. Dan qed jinkiseb mhux biss billi tkun inkorporata l-kompetenza minn madwar l-ewropa kollha, iżda wkoll billi tikkombina l-forzi ma aġenziji oħrajn tal-ue u billi tikkoopera mill-qrib mal- Istati Membri. Internament, l-efsa qiegħda wkoll tibni mudell komprensiv u inklussiv, li jsaħħaħ l-istrutturi u l-proċessi orizzontali, u jorbot flimkien ix-xogħol tal-unitajiet amministrattivi u xjentifiċi tagħha għal effikaċja massima. Kollox ma kollox, fl-2009, l-efsa pprovdiet 636 prodott xjentifiku, żieda ta 30 % fuq l-2008. Reviżjoni tal-mandati kollha biex nindirizzaw aħjar il-kwistjonijiet Kull ġimgħa, il-kumitat għar-reviżjoni tal- Mandati tal-efsa jeżamina t-talbiet kollha mibgħuta lill-awtorità. Dan jippermetti lid- Direttur Eżekuttiv, il-president tal-kumitat Xjentifiku u l-kapijiet tad-direttorati tal-efsa sabiex jiksbu perspettiva mill-għoli tat-talbiet li jaslu sabiex jindirizzaw aħjar il-kwistjonijiet u jallokaw ix-xogħol lill-bord(ijiet) u/jew unità(ajiet) l-aktar adattat(i). Dan iwassal biex il-ħtieġa possibbli ta kollaborazzjoni bejn l-unitajiet u l-komunikazzjonijiet tkun ikkunsidrata fi stadju bikri. Minħabba f hekk, l-efsa tista tagħti deskrizzjoni ġenerali wiesgħa kemm jista jkun fit-tweġibiet tagħha, u tiżgura li l-maniġers tar-riskju jkunu infurmati b mod sħiħ. Tiġdid tal-membri tal-kumitat Xjentifiku u l-bordijiet tal-efsa Fl-2009, l-efsa ġeddedt, għal terminu ġdid ta tliet snin, il-membri tal-kumitat Xjentifiku u tmienja mill-għaxar Bordijiet Xjentifiċi tagħha. Dan kien it-tieni tiġdid minn meta l-għassiesa Ewropea tas-sigurtà fl-ikel ġiet stabbilita fl-2002. Biex titfassal lista mqassra ta kandidati xierqa u kkwalifikati ħafna, twettaq proċess rigoruż ta għażla. Kumitat ta evalwazzjoni estern u indipendenti mbagħad analizza l-proċess tal-għażla. Il-Bord tat-tmexxija tal- EFSA b kollox ħatar 174 espert indipendenti. B kollox, kien hemm żieda ta 7 % fl-għadd ta applikazzjonijiet meta mqabbla mal-aħħar sejħa għat-tiġdid tal-membri tal-bordijiet fl-2006. Filbordijiet il-ġodda, hemm aktar nisa minn qabel u, għal darba oħra, hemm firxa akbar ta nazzjonalitajiet. 79 % tal-membri tal-bordijiet eżistenti reġgħu applikaw għall-karigi. Mill-174 Membru propost għall-ħatra, 101 inħatru mill-ġdid għat-tieni jew it-tielet mandat, u dan jenfasizza l-kapaċità tal- EFSA li tattira u li żżomm ix-xjenzjati li tiddependi fuqhom. Proċess ta analiżi tal-kwalità kompletament operattiv Punt indikattiv ieħor għall-efsa fl-2009 kien l-implimentazzjoni tal-aħħar fażi tas-sistema ta Analiżi Interna u Esterna (INEX) tagħha rigward ix-xogħol xjentifiku tal-awtorità. Dan kien jinvolvi l-ħatra ta esperti indipendenti biex iwettqu analiżi esterna tal-prodotti xjentifiċi tal-efsa. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 9

Is-sistema ta analiżi issa hija operattiva għal kollox u hija mfassla biex tagħti lill-efsa feedback kontinwu rigward il-kwalità tax-xogħol tagħha. Din is-sistema fiha tliet saffi ta analiżi: awtoanaliżi tal-prodotti xjentifiċi kollha millunità li pproduċiet il-prodott; analiżi interna minn xjenzjati anzjani tal-prodotti xjentifiċi, magħżula b mod każwali, ta kull unità; u mill-2009 l hawn analiżi esterna minn esperti indipendenti. L-analiżijiet interni u esterni jikkumplementaw lil xulxin: l-analiżi interna tagħmel użu mill-għarfien estensiv li għandhom l-unitajiet tal-efsa waqt li l-analiżi esterna tibbenefika mill-kompetenza u l-fehmiet ta xjenzjati esterni u indipendenti. Il-grupp ta ħidma tal-analiżi esterna, li fih 23 espert, kien stabbilit permezz ta sejħa għal espressjoni ta interess fl-2009 u kien organizzat madwar seba oqsma xjentifiċi. L-analiżi esterna pproduċiet rapport li ġie ppreżentat lid-direttur Eżekuttiv tal-awtorità f Diċembru 2009. Wara li tanalizza r-riżultati u r-rakkomandazzjoni jiet ta dan ir-rapport, l-efsa ser tuża r-riżultat biex ittejjeb kontinwament il-kwalità tal-prodotti xjentifiċi tagħha u tal-proċess tal-iżvilupp tagħhom. Ħidma mill-qrib mal-istati Membri Il-Forum Konsultattiv tal-efsa huwa korp ewlieni tal-awtorità u għandu rwol ċentrali fit-tisħiħ talkooperazzjoni tal-efsa mal-istati Membri. Huwa jgħaqqad l-efsa mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà fl-ikel tas-27 Stat Membru tal-ue. Wieħed mill-kompiti tal-membri tiegħu huwa li jipproponu esperti nazzjonali biex jipparteċipaw, għal tliet snin, fil-laqgħat partikolari tiegħu u tannetwerks tal-efsa. Dawn in-netwerks speċifiċi jlaqqgħu flimkien esperti li jirrappreżentaw lill-istat Membru tagħhom f qasam partikolari. Netwerks xjentifiċi ddedikati jeżistu fl-oqsma talġbir tad-dejta (il-konsum tal-ikel, l-okkorrenza kimika) u l-evalwazzjoni tar-riskju (is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, il- BSE). L-objettivi ġenerali ta dawn in-netwerks xjentifiċi huma li jippermettu lill-parteċipanti li jikkondividu l-informazzjoni xjentifika, li jikkondividu r-riżorsi u jaħdmu biex ikunu kkoordinati l-programmi tax-xogħol u li jħaffu l-armonizzazzjoni tal-prattiki u l-metodoloġiji talevalwazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, huma jiskambjaw il-fehmiet abbażi tar-regolament tal- UE rigward ix-xogħol tal-efsa dwar l-oġi, l-addittivi tal-għalf u l-pretensjonijiet dwar is-saħħa. Eżempju importanti ta dan huwa l-progress li sar, immexxi mill-efsa u l-forum Konsultattiv, biex tinġabar id-dejta dwar il-konsum tal-ikel min qed jiekol xiex u f liema livell biex tkun tista ssir evalwazzjoni aktar effiċjenti u preċiża tal-espożizzjoni fil-livell tal-ue. Din id-dejta tgħin ukoll biex ikunu stabbiliti miri tas-saħħa pubblika b bażi xjentifika relatati mad-dieta u s-saħħa (ara wkoll X qed tiekol l-ewropa, pġ. 22). Fl-2009, l-efsa organizzat laqgħat aktar frekwenti mar-rappreżentanti tal-istati Membri u b hekk iffaċilat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtorità u l-istati Membri. Il-Forum Konsulattiv innifsu ltaqa ħames darbiet fl-2009, b parteċipazzjoni qawwija mill-istati Membri. Kien hemm rieda akbar biex ikun hemm kondiviżjoni tal-informazzjoni u jkun ikkoordinat ix-xogħol kontinwu. Minbarra l-laqgħat tal-forum Konsultattiv, kienu organizzati wkoll laqgħat speċjalizzati li jlaqqgħu flimkien lir-rappreżentanti nazzjonali rigward temi speċifiċi. Pereżempju, fl-2009 seħħet it-tieni laqgħa tar-rappreżentanti nazzjonali tas-saħħa tal-pjanti. L-avveniment iffoka fuq il-ġbir taddejta u r-riskji li qed ifeġġu għas-saħħa tal-pjanti, u ta l-opportunità lill-bord tal-efsa dwar is-saħħa tal-pjanti (il-bord PLH) biex jippreżenta analiżi talattivitajiet tiegħu u jiddiskuti r-rwol tiegħu li qed jiżviluppa fis-sistema Ewropea tas-saħħa tal-pjanti, inkluża l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pesti (ara wkoll pġ. 15). 10 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR Il-Kumitat Xjentifiku tal-efsa Matul is-sena, l-efsa organizzat ukoll laqgħat iffokati biex jinżamm approċċ koerenti f oqsma speċifiċi, u biex tiżgura li l-istati Membri u l-efsa jinżammu aġġornati rigward l-aħħar żviluppi fl-ewropa. Pereżempju f Settembru 2009, ixxjenzjati tal-awtorità organizzaw laqgħa speċjali mal-esperti tan-nutrizzjoni mill-istati Membri biex jiskambjaw il-fehmiet dwar abbozzi ta opinjonijiet fil-qasam tal-valuri ta Referenza tad-dieta (DRVs) u Linji Gwida tad-dieta Abbażi tal-ikel. Id- DRVs jindikaw l-ammont ta nutriment individwali li n-nies jeħtieġu biex ikunu b saħħithom skont l-età u s-sess tagħhom. Dawn id-drvs jistgħu jintużaw, pereżempju, bħala bażi għal Valuri ta Referenza fit-tikkettar tal-ikel. Jistgħu jintużaw ukoll għall-evalwazzjoni u l-ippjanar tad-dieti u meta jsiru rakkomandazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u l-iżvilupp ta Linji Gwida tad-dieta Abbażi tal-ikel. Il-laqgħa tat ukoll l-opportunità lill-efsa sabiex tagħti spjega fil-qosor lill-esperti nazzjonali dwar il-kummenti li kienu waslulha rigward dawn l-abbozzi ta opinjonijiet matul il-perjodu ta konsultazzjoni, biex tiċċara r-rwol xjentifiku tagħha fid-determinazzjoni tad-drvs u biex tgħin lillesperti tal-istati Membri jittraduċu l-valuri ta Refe renza f linji gwida prattiċi abbażi tal-ikel għall-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-Punti Fokali Fokali huma mekkaniżmu ieħor biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn u fost l-istati Membri u l-efsa. Il-Punti Fokali jaġixxu bħala konnessjoni bejn l-efsa u l-awtoritajiet nazzjo nali tas-sigurtà fl-ikel billi jappoġġjaw il-membru tagħhom fil-forum Konsultattiv. Fl-2009, il-punti Fokali esperjenzaw it-tieni sena ta operat sħiħ. Il-kompiti ewlenin tagħhom jinkludu l-iskambju tal-informazzjoni xjentifika, l-appoġġ tal-attivi tajiet taħt in-netwerk tal-artikolu 36, kif ukoll il-promozzjoni tal-bażi tad-dejta tal-esperti tal- EFSA. Pereżempju, bil-għajnuna tal-punti Fokali, il-bażi tad-dejta tal-esperti tal-awtorità rċeviet madwar 2,300 applikazzjoni. Barra minn hekk, il- Punti Fokali għollew il-viżibilità xjentifika tal-efsa fl-istati Membri billi organizzaw avvenimenti filpajjiżi rispettivi u xerrdu informazzjoni rigward l-efsa permezz ta paġni fil-websajt tal-punt Fokali u b materjal stampat. Huwa ta inkoraġġiment, fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, li aktar minn 550 dokument relatat mal-evalwazzjoni tar-riskju ttellgħu mill-istati Membri fil-pjattaforma għall- Iskambju tal-informazzjoni tal-efsa. Dan l-istrument kien meqjus mill-istati Membri bħala utli biex l-istati Membri u l-efsa jinżammu infurmati rigward l-evalwazzjonijiet tar-riskju, futuri u preżenti, dwar is-sigurtà fl-ikel u l-għalf. Kollox ma kollox, fl-2009, l-isforzi biex tissaħħaħ aktar il-kollaborazzjoni tal-istati Membri, kif identifikata fl-analiżi interim tal-2008 tal-istrateġija tal-efsa għall-kooperazzjoni u n-netwerking, qegħdin jagħtu riżultat għall-benefiċċju reċiproku kemm tal-efsa kif ukoll tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà fl-ikel (ara wkoll paġna 12). Utilizzazzjoni massima tal-eċċellenza xjentifika pan-ewropea Il-proġetti ta Kooperazzjoni Xjentifika tal-efsa huma strument effettiv ieħor li permezz tiegħu l-efsa ġabret flimkien ir-riżorsi xjentifiċi pan- Ewropej, u saħħet il-kooperazzjoni u n-netwerking bejn l-awtorità u l-kontropartijiet tagħha fl- Istati Membri fl-2009. B kuntrast għan-netwerks xjentifiċi, l-escos jaħdmu fuq tema speċifika għal tul ta żmien fiss u jinkludu lill-esper ti nazzjonali, lill-membri tal-bordijiet Xjentifiċi jew tal-kumitat Xjentifiku u lill-persunal xjentifiku tal-efsa. Ittemi koperti mill-escos huma ta interess komuni kemm għall-awtorità kif ukoll għall-istati Membri. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 11

Fl-2009, pereżempju, l-escos ipproduċew rapport dwar l-analiżi tar-riskju u l-benefiċċji tattisħiħ tal-ikel bl-aċidu foliku u taw pariri dwar iddokument ta gwida tal-efsa għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-botaniċi u preparazzjonijiet botaniċi li jintużaw bħala supplimenti tal-ikel (ara wkoll pġ. 13). Fil-każ tal-aċidu foliku, il-grupp ta ħidma ESCO kkonkluda li l-benefiċċji għas-saħħa firrigward tat-tnaqqis tar-riskju ta difetti fit-tubi tan-nervi huma stabbiliti sewwa. Madankollu, studji disponibbli la jikkonfermaw l-ipotesi li t-tisħiħ tal-ikel bl-aċidu foliku jnaqqas ir-riskju ta, pereżempju, il-mard kardjovaskulari għallbnedmin, u lanqas tipprovdi dejta biżżejjed biex tippermetti evalwazzjoni tal-effetti possibbli talaċidu foliku fuq ir-riskju tal-kanċer. Biex tittestja l-metodoloġija spjegata fil-gwida tal-efsa dwar kif issir evalwazzjoni tal-botaniċi, l-awtorità tat bidu għal proġett ESCO biex jintgħażlu għadd ta preparazzjonijiet tal-pjanti u tiġi applikata l-metodoloġija fl-evalwazzjoni tassigurtà tagħhom. Din l-attività ntemmet fl-2009. Permezz tal-isforzi tal-efsa għal armonizzazzjoni, u minħabba l-integrazzjoni tal-kompetenza tal- Istati Membri, il-korpi kompetenti tal-istati Membri issa għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom dokument ta gwida komprensiv dwar il-botaniċi. Aċċess għall-aqwa għarfien espert fl-ewropa Minbarra n-netwerks xjentifiċi u l-proġetti ta kooperazzjoni, l-efsa tuża wkoll kuntratti u għotjiet biex tikseb aċċess għall-kompetenza tal-istati Membri. Permezz tal-proċeduri talakkwist standard tal-ue, il-kuntratti jinħarġu għall-offerti, pereżempju permezz ta sejħiet miftuħa jew proċeduri nnegozjati. L-EFSA tista wkoll tagħti għotjiet lill-organizzazzjonijiet li jkunu nħatru mill-istati Membri biex jgħinu lill- Awtorità fil-kompiti tagħha, skont l-artikolu 36 tar-regolament Oriġinali tagħha. Dawn l-organizzazzjonijiet iwettqu attivitajiet bħall-ġbir taddejta, ix-xogħol ta tħejjija għall-iżvilupp ta opinjonijiet xjentifiċi, u appoġġ xjentifiku u tekniku ieħor. Dan jgħin lill-efsa twieġeb b mod aktar effettiv u flessibbli għax-xogħol tagħha li qiegħed jiżdied. In-netwerk tal-artikolu 36 huwa wkoll strument prattiku importanti għall-awtorità biex tistimula firxa usa ta eċċellenza xjentifika fl-istati Membri. Wara li l-lista ta organizzazzjonijiet kompetenti twessgħet u mbagħad ġiet approvata mill-bord tat-tmexxija tal-efsa f Diċembru 2008, fl-2009 l-awtorità setgħet tikseb aċċess għal bażi ta għarfien saħansitra usa minn qatt qabel (il-lista żdiedet minn 243 organizzazzjoni għal 371 organizzazzjoni mill-istati Membri kollha minbarra wieħed). Fl-2009, l-efsa nefqet EUR 6.8 miljun fuq għotjiet u kuntratti, meta mqabbla ma EUR 5.5 miljun fl-2008. Minn dawn, EUR 2.5 miljuni ntefqu fuq għotjiet skont l-artikolu 36 (meta mqabbla ma EUR 2 miljun fl-2008), filwaqt li l-bqija ntefqu fuq kuntratti ta akkwist. B hekk, l-ammont ġenerali ta flus minfuqa fuq proġetti esternalizzati żdied b 20 % fl-2009 u aktar minn irdoppja meta mqabbel mal-2007 (EUR 2.9 miljuni), l-ewwel sena operattiva tal-lista tal-artikolu 36. Kien hemm varjetà ta suġġetti koperti mill-proġetti tal-artikolu 36 imnedija fl-2009. Dawn kienu jinkludu l-addittivi tal-ikel għad-diżintossifikazzjoni tal-mikotoksin; linji gwida tal-benesseri tal-annimali rigward l-evalwazzjoni tar-riskji fid-djar u fl-immaniġġjar; it-tossikoloġija tal-esters 3-MCPD; l-immudellar u l-identifikazzjoni tal-aflatossini fiċ-ċereali fl-ue minħabba l-bidla fil-klima; l-identifikazzjoni ta gruppi komuni ta evalwazzjoni tal-pestiċidi; isselezzjoni ġenetika u l-benesseri u s-saħħa tattiġieġ għat-tismin; evalwazzjoni komparattiva tar-riskju tal-pesti għas-saħħa tal-pjanti madwar l-ue kollha permezz ta studji ta każijiet partikolari; u stħarriġ pilota pan-ewropew dwar id-dieta. 12 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR Laqgħa tal-kapijiet tal-aġenziji fl-efsa f Ottubru 2009 Minħabba ż-żieda fl-importanza tal-kuntratti u l-għotjiet biex jgħinu lill-efsa, l-awtorità nediet żewġ strumenti ġodda ta appoġġ bl-informatika, bażi tad-dejta ta organizzazzjonijiet tal-artikolu 36 u workspace extranet għall-membri kollha tannetwerk tal-artikolu 36. Hija analizzat ukoll l-unitajiet fl-efsa u l-organizzazzjonijiet li jwettqu x-xogħol, biex tevalwa ż-żewġ skemi. Ir-riżultati wrew li l-għotjiet u l-kuntratti kkontribwew b mod sostanzjali għall-produzzjoni xjentifika tal- EFSA u għat-tkattir tan-netwerking fost l-organizzazzjonijiet. Huma meqjusin ukoll bħala strumenti effettivi u utli kemm mill-unitajiet xjentifiċi kif ukoll mill-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw. Minkejja dan, fl-2010 l-awtorità ser tkompli tana lizza r-riżultati tal-istħarriġ biex tidentifika l-oqsma fejn l-iskemi jistgħu jittejbu aktar. Integrazzjoni tal-kompetenza tal-aġenziji għall-maniġers tar-riskju Minbarra li tistimula l-korp wiesa tal-għarfien disponibbli fi ħdan l-efsa, fl-2009 l-awtorità mexxiet u kkoordinat ukoll l-iskambju tal-fehmiet u l-esperjenzi fi ħdan in-netwerk ta kooperazzjoni tal-aġenziji tal-ue sabiex tipprovdi pariri aktar komprensivi u mifruxa lill-maniġers tar-riskju (ara wkoll pġ. 30). F Novembru 2009, il-bord tal-efsa dwar il-perikli Bijoloġiċi (il-bord BIOHAZ) f kollaborazzjoni maċ- Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal- Mard (ECDC), l-aġenzija Ewropea dwar il-mediċini (EMA) u l-kumitat Xjentifiku tal-kummissjoni Ewropea dwar ir-riskji tas-saħħa Emerġenti u Ġodda (SCENIHR) ippubblika opinjoni xjentifika konġunta dwar ir-reżistenza antimikrobika (AMR). Il-fokus kien fuq l-infezzjonijiet trasmessi lill-bnedmin mill-annimali u mill-ikel (żoonożi). L-aġenziji kkollaboraw biex jipproduċu opinjoni konġunta billi bnew fuq id-dejta u d-dokumenti eżistenti biex jissodisfaw it-talba tal-kummissjoni Ewropea għal parir. L-opinjoni konġunta kkonkludiet li kienet meħtieġa sorveljanza aħjar fil-ġlieda kontra l-firxa li qed tiżdied tar-reżistenza antimikrobika f infezzjonijiet żoonotiċi. Bl-istess mod, l-aġenziji ħadmu flimkien fuq rapport xjentifiku konġunt dwar Staphylococcus aureus reżistenti għall-methicillin (MRSA) fil-bhejjem, annimali domestiċi u ikel, li ġie ppubblikat f Ġunju 2009. Wara tħassib rigward iż-żieda tal-mrsa filbhejjem u annimali li jakkumpanjaw lill-bniedem, kemm l-ema kif ukoll l-efsa ħadmu fuq din ilkwistjoni f eżerċizzju fuq inizjattiva tagħhom stess. Sussegwentement, l-efsa involviet ukoll lill-ecdc biex tibbenefika mill-għarfien tiegħu meta messet ma kwistjonijiet relatati mas-saħħa tal-bniedem. Id-dokument konġunt li nħoloq ikkonkluda li attwalment m hemmx evidenza li meta wieħed jiekol jew ikollu kuntatt ma ikel ikkontaminat mill-mrsa jiffaċċja żieda fir-riskju għas-saħħa. Fl-2009, l-efsa kkollaborat ukoll mal-ema u mal-istati Membri Ewropej dwar il-botaniċi. Il-preparazzjonijiet botaniċi jsiru mill-pjanti, l-alka, il-fungi jew il-likeni u ġeneralment jiġu kkummerċjalizzati b varjetà ta pretensjonijiet rigward il-benefiċċji possibbli nutrizzjonali jew għas-saħħa. Ir-responsabbiltà biex ikun żgurat li dawn il-prodotti jkunu siguri hija tal-operaturi talikel u tal-awtoritajiet kompetenti tal-istati Membri. Minħabba li wħud minn dawn il-prodotti jinsabu fuq il-konfini bejn ikel u mediċini, l-awtorità żammet rabtiet mill-qrib mal-ema, kif ukoll mal- Kummissjoni Ewropea u mal-istati Membri, biex tagħmel użu mill-kompetenza tagħhom. Dan ix-xogħol ipproduċa gwida għall-assessuri tar-riskju Ewropej b metodoloġija li tispjega kif wieħed jista jevalwa s-sigurtà tal-botaniċi. L-EFSA kkompilat ukoll informazzjoni dwar il-botaniċi li ġew irrappurtati li fihom sustanzi li jistgħu jkunu ta tħassib rigward is-saħħa; din il-ġabra għandha tgħin lill-manifatturi u lill-awtoritajiet għas-sigurtà fl-ikel billi tenfasizza kwistjonijiet possibbli marbutin mas-saħħa. Wara li l-kumitat Xjentifiku tal- EFSA ppubblika din il-gwida f Settembru 2009, R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 13

l-efsa organizzat grupp ta diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha (il-kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali għas-sigurtà fl-ikel, il-partijiet interessati u r-rappreżentanti tal-industrija) biex tippreżenta x-xogħol u biex tiżviluppa fehim komuni rigward il-metodoloġija. Il-valur miżjud ta dan l-approċċ inklussiv huwa li l-prodott finali tal- EFSA diġà ġie diskuss minn partijiet rilevanti differenti, u dan iżid l-aċċettazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, f Mejju 2009, l-efsa ffirmat Memo randum ta Fehim mal-echa. Dan ħoloq il-bażi għal aktar żvilupp tal-iskambju tal-informazzjoni, kooperazzjoni u fehim reċiproku bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, u b mod partikolari biex tkun żgurata l-koerenza fl-approċċ permezz ta evalwazzjoni tar-riskju għal sustanzi li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà fl-ikel. Dawn l-eżempji kollha juru kif l-efsa tagħmel użu u tappoġġja l-iskambju ta kompetenza xjentifika. Permezz tal-użu ta din il-bażi tal-għarfien aktar wiesgħa, l-efsa, flimkien ma aġenziji oħra, tinsab f qagħda aħjar biex tittratta kwistjonijiet akbar li, fit-totalità tagħhom, imorru lil hinn mill-mandat tagħha iżda li madankollu għandhom il-potenzjal li jaffettwaw is-sigurtà fl-ikel. Għaldaqstant, il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tista tkun mod effettiv ta integrazzjoni tal-għarfien u r-riżorsi disponibbli fi ħdan is-sistema ta aġenziji tal-ue biex jingħata kontribut għal livell għoli ta ħarsien tal-konsumaturi. Twettiq ta approċċ multidixxiplinarju rigward il-kontaminanti tal-katina tal-ikel Eżempju tax-xogħol xjentifiku wiesa, multidixxiplinarju u kollaborattiv fi ħdan l-efsa kienet l-evalwazzjoni tal-awtorità tal-bijotossini tal-baħar fl-2009. Il-Kummissjoni Ewropea kienet talbet lill- EFSA biex tevalwa l-limiti tal-ue għal diversi tipi differenti ta tossini rregolati u mhux irregolati, magħrufa bħala l-bijotossini tal-baħar, fil-frott tal-baħar bil-qoxra, kif ukoll il-metodi tal-ittestjar stabbiliti għal-leġiżlazzjoni tal-ue. Fit-twettiq ta din l-evalwazzjoni, grupp ta ħidma tal-bord tal-awtorità dwar il-kontaminanti filkatina tal-ikel (il-bord CONTAM), appoġġjat mill-unitajiet tal-ġbir tad-dejta u l-espożizzjoni (DATEX) u CONTAM tagħha, ġabar dejta u kkalkula l-espożizzjoni għall-bijotossini tal-baħar. Dan witta t-triq biex il-bord CONTAM jevalwa r-riskju possibb li għas-saħħa pubblika li jinħoloq millpreżenza tal-bijotossini tal-baħar fil-frott tal-baħar bil-qoxra. Ix-xogħol mhux biss kopra l-implikazzjonijiet tal-konsum tal-frott tal-baħar bil-qoxra għassaħħa tal-bniedem, iżda inkorpora wkoll aspetti tal-benesseri tal-annimali. Dawn tqiesu millbord meta rrakkomanda metodi kimiċi alternattivi biex jittestja jekk dawn it-tossini humiex preżenti, li attwalment isiru primarjament bl-użu ta bijoassaġġi fuq il-ġrieden. Fis-sommarju tal-opinjoni tagħha, l-efsa laqqgħet flimkien il-konklużjonijiet ta sitt evalwazzjonijiet tar-riskju li kienu saru qabel dwar il-bijotossini rregolati tal-baħar. Permezz tal-użu ta dejta disponibbli dwar il-konsum, l-esperti tal- EFSA identifikaw 400 g bħala stima realistika ta porzjon kbir ta frott tal-baħar bil-qoxra u użawha fl-evalwazzjoni tal-livelli attwali tat-tossini permessi. Il-Bord CONTAM evalwa wkoll l-influwenza tal-ipproċessar fuq il-livelli tal-bijotossini tal-baħar u beda jevalwa l-bijotossini tal-baħar mhux irregolati. Ħidma integrata rigward is-saħħa tal-annimali Eżempju ieħor tal-approċċ integrat tal-efsa huma l-opinjonijiet li kienu ppubblikati dwar ilbini u s-sistemi tat-trobbija tal-baqar tal-ħalib fl-2009. Opinjoni minnhom mill-bord BIO- HAZ kopriet l-aspetti tas-sigurtà fl-ikel tal-bini u s-sistemi tat-trobbija tal-baqar tal-ħalib, waqt li ħamsa oħra mill-bord għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali (il-bord AHAW) investigaw l-effetti ġenerali tas-sistemi tal-biedja l-aktar rilevanti fuq il-benesseri tal-baqar tal-ħalib u mard relatat. Huma evalwaw l-impatt possibbli tal-bini, l-għalf, l-immaniġġjar u l-għażla ġenetika fuq il-benesseri tal-baqar tal-ħalib. 14 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR Abbażi ta perspettiva komprensiva tas-suġġett, u wara li laqqgħu flimkien l-ammont kbir ta dejta disponibbli, l-esperti tal-awtorità l-ewwel wettqu evalwazzjonijiet tar-riskju f erba oqsma subordinati (disturbi metaboliċi u riproduttivi, disturbi filbżieżel, problemi tar-riġel u l-moviment, kif ukoll disturbi fl-imġiba, biża u wġigħ) qabel adottaw il-ħames opinjonijiet xjentifiċi li pprovdew evalwazzjoni ġenerali tas-suġġett kollu. L-EFSA kkonkludiet li n-natura tas-sistemi talbiedja u l-għażla ġenetika fuq medda twila ta żmien għal produzzjoni akbar tal-ħalib huma fatturi importanti li jaffettwaw is-saħħa u l-benesseri tal-baqar tal-ħalib u tat rakkomandazzjonijiet dwar il-prattiki tal-bini, l-għalf, l-immaniġġjar u l-għażla ġenetika li jistgħu jtejbu l-benesseri tal-baqar tal-ħalib. Żvilupp ta metodoloġiji ġodda ta evalwazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi Ix-xogħol tal-efsa dwar l-effetti kumulattivi talpestiċidi huwa parti mill-approċċ usa u in klussiv tal-awtorità u, fuq kollox, jirrappreżenta dimensjoni ġdida tal-evalwazzjonijiet tar-riskju tal- EFSA. Għal dan ix-xogħol, l-efsa pproponiet metodoloġiji għall-evalwazzjoni tal-effetti kumulattivi li jirriżultaw mill-espożizzjoni tal-konsumatur għall-pestiċidi, b mod partikolari dawk il-pestiċidi li għandhom strutturi kimiċi u effetti tossiċi jixxiebhu. F Ġunju 2009, il-bord tal-efsa dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-residwi tagħhom (il-bord PPR) ħareġ opinjoni dwar l-applikabilità tal-metodoloġiji l-ġodda billi implimentahom għal grupp ta pestiċidi magħżula abbażi taxxebh tossikoloġiku tagħhom. Il-bord identifika wkoll l-istadji li jmiss u l-kwistjonijiet pendenti li jeħtieġ li jiġu indirizzati qabel evalwazzjoni tarriskju kumulattiv tkun tista tiġi applikata b rutina għall-pestiċidi. Għaldaqstant, dan ix-xogħol huwa parti mill-impenn kontinwu tal-efsa biex tkun fuq quddiem fl-iżvilupp ta metodoloġiji ta evalwazzjoni tar-riskju, b mod partikolari rigward l-evalwazzjoni tar-riskju b segwitu għall- Colloquium Xjentifiku dwar dan l-istess suġġett organizzat fl-2006. Evalwazzjoni tar-riskju tal-pesti biex tinżamm is-saħħa tal-pjanti fl-ewropa Il-maniġers tar-riskju tal-ue jiddependu fuq l-evalwazzjonijiet tar-riskju tal-pesti bħala appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar miżuri fitosanitarji. Dan jeħtieġ proċedura ta evalwazzjoni trasparenti, ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi, biex ikun żgurat li jintuża approċċ oġġettiv u konsistenti fl-evalwazzjonijiet talistimi tar-riskji għall-ħajja tal-pjanti jew is-saħħa tal-pjanti. Għaldaqstant, f Ottubru 2009, il-bord tal-efsa dwar is-saħħa tal-pjanti (il-bord PLH) ippubblika gwida dwar l-evalwazzjoni tad-dokumenti mħejjija mill-istati Membri tal-ue jew partijiet terzi biex jiġġustifikaw it-talbiet għal konsiderazzjoni ta miżuri fitosanitarji. Fl-iżvilupp ta din il-gwida, il-bord analizza s-sitta u tletin opinjoni ppubblikati bejn l-2006 u l-2008 u ta importanza partikolari għall-proċess talevalwazzjoni ta 30 dokument ta analiżi tarriskju tal-pesti mħejjija minn Franza fir-rigward ta organiżmi meqjusa bħala ta dannu għal ċerti dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż. Il-bord ivverifika wkoll li l-kriterji użati mill-bord fl-evalwazzjoni tal-evidenza biex ikunu ġġustifikati l-pretensjonijiet li organiżmu jista jitqies bħala ta dannu huma konformi mal-istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 15

Il-gwida prodotta tiddeskrivi l-proċess, il-kriterji u l-metodoloġiji ewlenin irrakkomandati millbord biex jintużaw f evalwazzjoni tar-riskju tal-pesti u għall-evalwazzjoni tal-għażliet talimmaniġġjar tar-riskju tal-pesti. Fuq kollox, din il-gwida hija l-bażi tar-rwol tal-efsa fl-armonizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet fl-ewropa biex tagħti appoġġ aħjar lill-maniġers tar-riskju. Matul l-2009, il-bord ħadem ukoll fuq gwida mmirata lejn il-provvediment ta qafas armonizzat għall-evalwazzjoni tar-riskji mill-pesti li jheddu l-pjanti u l-prodotti mill-pjanti, u l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-għażliet tal-immaniġġjar tarriskju. Din il-gwida addizzjonali ġiet ippubblikata fi Frar 2010. Provvediment ta appoġġ xjentifiku fl-efsa Fl-2009, l-unità tal-metodoloġija tal-evalwazzjoni (AMU) tal-efsa pprovdiet appoġġ lillmaġġoranza tal-bordijiet fl-efsa. Hija żviluppat mudelli ġodda biex tgħin it-teħid tad-deċiżjonijiet fl-evalwazzjoni tar-riskju u anki għenet diversi bordijiet tal-efsa fl-immaniġġjar tad-dejta flopinjonijiet xjentifiċi tagħhom. Dan kien jinkludi, pereżempju, analiżi sistematika tal-letteratura u attivitajiet ta mmudellar ta metaanaliżi użati mill-bord CONTAM fl-opinjoni tiegħu dwar l-effetti relatati mad-doża tal-kadmju. L-AMU pprovdiet ukoll gwida dwar l-applikazzjoni ta metodoloġija ta analiżi sistematika għallevalwazzjonijiet tas-sigurtà fl-ikel u l-għalf bħala appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Din il-gwida kienet il-bażi għal grupp ta diskussjoni għallesperti tal-bordijiet tal-efsa li sar fi Frar 2010. 16 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR 2. EVALWAZZJONIJIET TA KWALITÀ GĦOLJA F WAQTHOM L-evalwazzjonijiet tal-prodotti, is-sustanzi u l-pretensjonijiet li jeħtieġ li jkunu awtorizzati skont il-liġi tal-ue komplew jiżdiedu biex saru parti kbira mix-xogħol tal-efsa. B hekk, l-awtorità twettaq rwol importanti filqafas regolatorju relatat mas-sigurtà fl-ikel u l-għalf fl-ewropa. Fl-2009, pereżempju, l-applikazzjonijiet irrappreżentaw 68 % talproduzzjoni xjentifika tal-efsa u użaw ammont dejjem jiżdied mir-riżorsi tagħha. Minħabba l-limitazzjonijiet legali stretti taż-żmien biex l-efsa twettaq dawn l-evalwazzjonijiet, fl-2009 l-efsa saħħet aktar il-proċessi interni bl-appoġġ ta strumenti ġodda tal-informatika biex tissorvelja u ssegwi l-progress tax-xogħol xjentifiku tagħha. Pereżempju, l-istrument tal-informatika għall-fluss tax-xogħol ta evalwazzjoni tar-riskju jgħin lill-awtorità biex tissorvelja l-proċess kollu tal-evalwazzjoni tar-riskju mill-wasla tal-mandat sal-pubblikazzjoni eventwali u l-komunikazzjoni possibbli tagħha. Dan jgħin lill-efsa biex tiddetermina l-iskadenzi talpubblikazzjoni, biex tbassar u tikkarraterizza x-xogħol tal-ġejjieni. Barra minn hekk, fl-2009 l-efsa u l-kummissjoni Ewropea introduċew il- Pjan ta Skadenzi biex jgħin lill-efsa flippjanar tal-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha u fl-immaniġġjar tal-produzzjoni xjentifika tagħha, pereżempju fl-oqsma tas-sustanzi għattogħma u l-pestiċidi. Dan jikkonsisti fi prijoritizzazzjonijiet li jsir qbil fuqhom bejn iż-żewġ naħat rigward l-ammont tax-xogħol u skadenzi realistiċi għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, parzjalment bl-użu ta informazzjoni mill-istrument talfluss tax-xogħol tal-efsa. Barra minn hekk, matul is-sena, biex tiffaċilita aktar il-fluss tax-xogħol u jkun issorveljat il-progress, l-efsa u l-kummissjoni Ewropea komplew iwettqu kollaborazzjoni mill-qrib permezz ta djalogu regolari dwar ilprogress u l-prijoritizzazzjoni f bosta oqsma bħall-pestiċidi, u l-addittivi tal-ikel u l-għalf. Barra minn hekk, f Mejju 2009, il-kumitat Xjentifiku tal-efsa ppubblika gwida addizzjonali b appoġġ għall-prattika tajba fl-evalwazzjoni tar-riskju. Ilgwida kienet iffokata fuq it-trasparenza fil-produzzjoni tax-xogħlijiet xjentifiċi tal-efsa. Kien fiha prinċipji ġenerali li għandhom jiġu applikati għallevalwazzjonijiet xjentifiċi tar-riskju biex ikun żgurat li l-kwalità tkompli tinżamm. Il-prinċipji jkop ru l-identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta, il-kriterji għallinklużjoni/esklużjoni tad-dejta, il-kunfidenzjalità tad-dejta, u suppożizzjonijiet u inċertezzi. Din ilgwida ssegwi dik preċedenti tal-2006 tal-kumitat Xjentifiku, dwar l-aspetti proċedurali tal-evalwazzjonijiet tar-riskju. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 17

Immaniġġjar ta applikazzjonijiet: il-każ tal-oġi Skont il-liġi tal-ue, l-ikel jew l-għalf ĠI jew prodotti derivati trid issirilhom evalwazzjoni tar-riskju mill- EFSA biex tgħin lill-maniġers tar-riskju jiddeċiedu jekk jawtorizzawx jew le l-użu tagħhom fl-ue. Biex jitjieb aktar l-appoġġ tal-efsa f dan il-qasam, l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet OĠI bdiet issir b mod aktar effiċjenti fl-2009. Minħabba f hekk, iż-żmien medju bejn il-wasla ta applikazzjoni ġdida u d-dikjarazzjoni tal-validità tagħha sar 21 ġimgħa. Barra minn hekk, il-bord dwar l-organiżmi ġenetikament immodifikati (il-bord OĠI) naqqas b aktar min-nofs, iż-żmien mill-validazzjoni ta applikazzjoni sal-kunsinna tal-ewwel ittra lill-applikanti b mistoqsijiet jew talbiet għal aktar dejta (f 96 % tal-każijiet, l-applikanti jkunu mitluba jipprovdu aktar informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-oġi). Anki b dawn it-talbiet għal aktar dejta, fl-2009, ilkisbiet ġodda fl-effiċjenza ppermettew lill-bord OĠI li jadotta tliet darbiet aktar opinjonijiet dwar applikazzjonijiet OĠI (14-il opinjoni li jkopru 18-il applikazzjoni, mqabbla ma erba opinjonijiet li jkopru ħames applikazzjonijiet fl-2008). Evalwazzjoni tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa L-EFSA hija responsabbli għall-verifika tal-mod kif ikunu ġew issostanzjati xjentifikament il-pretensjonijiet dwar is-saħħa sottomessi, li mbagħad iservu bħala l-bażi għall-kummissjoni Ewropea u l-istati Membri biex jiddeċiedu dwar l-awtorizzazzjoni tal-pretensjonijiet. Fl-2009, il-bord tal-efsa dwar il-prodotti taddieta, in-nutrizzjoni u l-allerġiji (il-bord NDA) issodisfa l-iskadenzi ġuridiċi kollha biex evalwa l-applikazzjonijiet numerużi tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa li kienu waslulu. Għal applikazzjonijiet fuq pretensjonijiet dwar is-saħħa aktar speċifiċi, li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta mard jew għall-iżvilupp jew is-saħħa tat-tfal, l-efsa adottat 68 opinjoni fi ħdan skadenzi ġuridiċi stretti. Fir-rigward ta pretensjonijiet dwar is-saħħa ta funzjoni aktar ġenerali, bħal il-kalċju huwa tajjeb għall-għadam tiegħek, fl-2009 l-awtorità ppubblikat lista kkombinata ta madwar 4 000 pretensjoni tas-saħħa li kienu waslulha fl-2008 mingħand il-kummissjoni u mingħand l-istati Membri; hija ppubblikat ukoll ir-referenzi għalletteratura (madwar 40 000) li waslulha għal madwar 2 000 pretensjoni li kienu daħlu fil-proċess ta evalwazzjoni xjentifika. Minn dak iż-żmien hija adottat, u ppubblikat f Ottubru 2009, madwar 500 pretensjoni li kienu indirizzati f 94 opinjoni u, aktar tard f dik is-sena, adottat 400 pretensjoni tas-saħħa addizzjonali li kellhom jiġu ppubblikati fl-2010. Is-sottogruppi tax-xogħol ġodda li nħolqu mill- Awtorità bħala appoġġ għall-evalwazzjonijiet tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa funzjonali bdew l-attivitajiet tagħhom fl-2009 u ħelsu b suċċess lill-grupp ta ħidma permanenti dwar il-pretensjonijiet u l-bord attwali minn xogħol importanti ta tħejjija. Bħala parti minn dan ix-xogħol, esperti mill-bord NDA ltaqgħu wkoll mal-applikanti tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa u l-esperti tal-industrija fi Brussell għal skambju ta fehmiet dwar il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet talpretensjonijiet dwar is-saħħa u biex jipprovdu gwida addizzjonali rigward l-applikazzjonijiet talpretensjonijiet. 18 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR Aktar titjib tar-reviżjoni minn pari ta sustanzi attivi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti Sal-2009, l-unità tal-efsa għal Reviżjoni bejn il- Pari dwar l-evalwazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi (PRAPeR) kienet lestiet ix-xogħol tagħha rigward ir-reviżjoni minn pari tas-sustanzi attivi eżistenti użati fil-pestiċidi. Dan ser jagħmilha possibbli li l-kummissjoni Ewropea tiddeċiedi dwar il-lista tas-sustanzi attivi li jistgħu jiġu inklużi fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-ue. L-applikanti, li s-sustanzi attivi tagħhom ma jkunux ġew inklużi fil-lista pożittiva, imbagħad jistgħu jerġgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom biex ikunu kkunsidrati mill-ġdid taħt proċedura aċċellerata. B rispons għall-ammont kbir ta xogħol mistenni fl-2009/2010 u l-iskadenzi li joffru sfida assoċjati mas-sottomissjonijiet mill-ġdid, l-efsa bdiet tirrevedi b mod estensiv il-proċeduri tagħha u, f kollaborazzjoni mill-qrib mal-istati Membri u l-kummissjoni Ewropea, għamlet l-approċċ tagħha, ta reviżjoni minn pari, aktar effiċjenti. Sakemm is-sustanzi attivi jkomplu jkunu suġġetti għal evalwazzjoni sħiħa tar-riskju u reviżjoni minn pari, il-konsultazzjoni tal-esperti xjentifiċi issa titwettaq b mod aktar iffokat, b konċentrazzjoni partikolari fuq kwistjonijiet aktar importanti jew diffiċli. Minħabba dawn il-proċeduri ġodda, fl-2009 l-efsa setgħet twettaq reviżjoni minn pari u tipproduċi l-konklużjonijiet tagħha fuq l-ewwel grupp ta disa sustanzi attivi sottomessi mill-ġdid, kif ukoll għamlet progress fuq ir-reviżjoni minn pari ta 42 sustanza oħra sottomessi mill-ġdid. Minbarra dan ix-xogħol, l-efsa pproduċiet il-konklużjonijiet tagħha fuq 19-il sustanza attiva oħra, inklużi 9 sustanzi attivi ġodda, u wettqet reviżjoni minn pari tal-ewwel grupp ta sustanzi attivi eżistenti fil-lista pożittiva li kien imisshom jiġġeddu. Komunikazzjoni mill-qrib mal-kummissjoni Ewropea kienet kruċjali wkoll fl-analiżi tal-awtorità tal-livelli Massimi ta Residwi (MRLs) għarresidwi tal-pestiċidi fl-ikel u l-għalf jew fuq l-ikel u l-għalf. L-MRLs huma l-livelli massimi legali ta konċentrazzjonijiet ta residwi ta pestiċidi fl-ikel u l-għalf jew fuq l-ikel u l-għalf, abbażi ta prattika agrikola tajba u l-aktar espożizzjoni baxxa għallkonsumatur li hija meħtieġa għall-ħarsien ta konsumaturi vulnerabbli. L-2009 kienet l-ewwel sena sħiħa li fiha kien applikabbli r-regolament korrispondenti dwar l-mrls u li fiha l-efsa (u mhux l-istati Membri) kienet responsabbli għallevalwazzjoni tar-riskju għall-konsumatur filproċess tal-issettjar tal-mrl. Fl-2009, l-awtorità ħarġet 76 opinjoni dwar 300 MRL għal 53 sustanza attiva. F dan il-każ, id-djalogu mal-kummissjoni Ewropea għen ukoll fl-issettjar tal-prijoritajiet u fliffokar tax-xogħol tal-efsa fuq sustanzi li huma kruċjali fir-rigward tas-sigurtà tal-konsumaturi u li għalihom hija ppjanata analiżi sħiħa tal-mrls stabbilita fil-leġiżlazzjoni Ewropea. Flaħħar nett, fil-qasam tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inħoloq il-kumitat ta Tmexxija dwar il-pestiċidi biex jistabbilixxi kollaborazzjoni malawtoritajiet kompetenti fl-istati Membri, mal-kummissjoni Ewropea u ċ-ċentru Konġunt tar-riċerka (ĊKR) tagħha, kif ukoll ma aġenziji oħrajn tal-ue. Fl-2009, dan il-grupp iltaqa ħames darbiet u l-kumitat qies il-modi kif jista jagħmel il-proċess saħansitra aktar effiċjenti minkejja li huwa ffaċċjat minn ammont ta xogħol dejjem jiżdied u b ambjent regolatorju li qiegħed jevolvi. Gwida u diskussjoni mal-applikanti: L-eżempju tal-addittivi tal-għalf Biex tgħin lill-applikanti, matul l-2009, l-efsa żviluppat gwida biex huma jkunu jistgħu jitħejjew aħjar għal meta jissottomettu d-dokumentazzjoni. It-titjib tal-fehim tal-proċess u tal-informazzjoni meħtieġa jgħin biex jitħaffef il-proċess u jipproduċi applikazzjonijiet ta kwalità aħjar. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 19

Pereżempju, fl-2009, l-efsa ħejjiet gwida għallevalwazzjoni mill-ġdid ta addittivi tal-għalf eżistenti li kienu ġew irreġistrati preċedentement. Fis-snin li ġejjin, l-efsa, u b mod partikolari l-bord FEEDAP, ser jevalwaw mill-ġdid dawn il-prodotti. Għaldaqstant, l-awtorità mhux biss aġġornat id-dokument ta gwida amministrattiva għallapplikanti, li kien jinkludi għall-ewwel darba lista ta kontroll tal-kompletezza għall-applikanti, iżda wkoll iffinalizzat id-dokument ta gwida teknika għall-addittivi sensorji. Bid-dokument tal-aħħar, fl-2009 l-awtorità lestiet is-sett kollu ta dokumenti ta gwida teknika fil-qasam tal-addittivi tal-għalf. Dawn il-gwidi huma prinċipalment immirati lejn operaturi involuti fil-produzzjoni talgħalf, kif ukoll il-partijiet interessati u korpi oħra kkonċernati bis-sigurtà fl-għalf. Huma jispjegaw ukoll l-approċċ tal-bord għall-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju tal-addittivi tal-għalf. Barra minn hekk, l-awtorità pprovdiet aktar appoġġ għallapplikanti u mexxiet laqgħat ta seduti tekniċi ma applikanti speċifiċi u/jew assoċjazzjonijiet tal-industrija. Evalwazzjoni tal-addittivi tal-ikel Rigward l-addittivi tal-ikel, l-awtorità bbenefikat mill-fatt li kienet stabbiliet żewġ bordijiet ġodda biex jassumu x-xogħol li qabel kien jitwettaq minn bord wieħed. Ix-xogħol inqasam bejn żewġ bordijiet, il-bord dwar l-addittivi tal-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda mal-ikel (il-bord ANS) u l-bord dwar il-materjali f kuntatt mal-ikel, l-enzimi, is-sustanzi għat-togħma u l-għajnuniet għall-ipproċessar (il- Bord CEF), stabbiliti fl-2008. Din l-organizzazzjoni ġdida tax-xogħol għenet lill-efsa biex tissodisfa l-iskadenza fl-2009 tal-programm ta evalwazzjonijiet tas-sorsi tan-nutrijenti użati fis-supplimenti tal-ikel. Din kienet kisba importanti li tat appoġġ lill-kummissjoni Ewropea fit-tfassil ta lista pożittiva ta dawn is-sorsi tan-nutrijenti sal-aħħar tal-2009, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni. Fit-tlestija ta din l-ewwel evalwazzjoni komprensiva tas-sustanzi nutrittivi proposti biex jintużaw fis-supplimenti tal-ikel fl-ue, b kollox l-efsa eżaminat 533 applikazzjoni, li jkopru 344 sustanza differenti; 186 applikazzjoni kienu irtirati fi stadji differenti matul il-proċess tal-evalwazzjoni, u l-efsa ma rċevietx evidenza xjentifika biżżejjed biex tevalwa madwar nofs l-applikazzjonijiet li kien baqa. Fir-rigward ta 39 applikazzjoni kien identifikat tħassib possibbli dwar is-saħħa. B din l-evalwazzjoni, l-awtorità għenet biex ikun żgurat li s-supplimenti tal-ikel mibjugħin fl-ue mhux biss ikunu siguri iżda wkoll effettivi billi l-ġisem ikun ipprovdut bin-nutrijenti li hemm fis-suppliment. Barra minn hekk, il-provvediment ta informazzjoni ta kwalità aħjar għall-applikanti bħattwaqqif ta rekwiżiti tad-dejta għall-applikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel aċċelleraw il-proċessi tal-efsa. Il-Kummissjoni Ewropea ser tqis ir-rekwiżiti taddejta elenkati mill-efsa meta tiffinalizza l-miżuri leġiżlattivi rigward l-applikazzjonijiet sottomessi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-addittivi tal-ikel. Imbagħad fl-2010, il-bord ANS ser jibda jħejji dokument ta gwida separat biex jindika l-aspetti xjentifiċi li jridu jitqiesu meta jitħejjew l-applikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel. Bi tħejjija għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi tal-ikel kollha diġà permessi, f Novembru 2009 saru tliet sejħiet pubbliċi għad-dejta, prinċipalment diretti lejn il-produtturi tal-addittivi, il-kumpaniji tal-ikel, l-awtoritajiet nazzjonali, jew partijiet involuti oħrajn. L-għan kien li jimtela fejn hemm nuqqas ta informazzjoni li nkella seta jostakola lill-bord milli jevalwa kif jixraq is-sigurtà tal-addittivi msemmija. 20 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR Il-Bord ANS kien kapaċi wkoll li jiffinalizza l-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sitt kuluri użati fl-hekk imsejjaħ Studju ta Southampton (Mc Cann et al., 2008), li l-kummissjoni Ewropea kienet talbet lill-efsa biex tqisha bħala prijorità. Qabel l-evalwazzjoni tal-awtorità, studju li twettaq fl- Università ta Southampton kien issuġġerixxa konnessjoni bejn taħlitiet ta sitt kuluri tal-ikel u l-preservattiv sodium benzoate, u l-iperattività fit-tfal. F Novembru 2009, il-bord ikkonkluda li l-evidenza attwalment disponibbli ma kinitx tissostanzja konnessjoni kawżali bejn xi wieħed mis-sitt kuluri individwali u effetti possibbli fuq l-imġiba. Madankollu, għal raġunijiet speċifiċi relatati mal-effetti potenzjalment ħżiena ta kull kulur, il-bord naqqas it-teħid Aċċettabbli ta Kuljum (ADI) ta tlieta minn dawn il-kuluri (E 104, E 110 u E 124). Evalwazzjoni u għoti ta gwida dwar materjali f kuntatt mal-ikel u sustanzi għat-togħma L-EFSA wettqet evalwazzjoni ta madwar 2,600 sustanza għat-togħma li kienu ġew irreġistrati mill-kummissjoni Ewropea bħala prodotti eżistenti. B mod ġenerali, l-awtorità lestiet dan il-kompitu fl-2009, iżda baqa biss xi ftit kwistjonijiet individwali li jirrikjedu aktar koordinazzjoni ma aġenziji oħrajn, bħall-ema. Barra minn hekk, l-awtorità esternalizzat il-ġbir tad-dejta u t-tħejjija tas-sommarji għall-gruppi tax-xogħol u l-bordijiet. Fl-2009, l-efsa nediet ukoll konsultazzjoni pubblika dwar abbozz ta dokument gwida dwar sustanzi għat-togħma tal-ikel li jispeċifika liema dejta għandha tiġi ppreżentata mill-industrija għallevalwazzjoni tas-sigurtà ta sustanzi għat-togħma ġodda. Dan id-dokument jirrifletti l-esperjenza miksuba mill-efsa matul l-evalwazzjoni tas-sustanzi għat-togħma li diġà qegħdin fis-suq. Barra minn hekk, l-awtorità ppubblikat ukoll linji gwida dwar sustanzi attivi u intelliġenti f materjali f kuntatt mal-ikel. Materjali attivi f kuntatt mal-ikel jassorbu jew jerħu sustanzi biex jippriservaw jew itejbu l-kundizzjoni tal-ikel ippakk jat jew jestendu ż-żmien li jibqa tajjeb biex jittiekel, waqt li materjali intelliġenti f kuntatt mal-ikel jissorveljaw il-kundizzjoni tal-ikel ippakkjat jew l-ambjent ta madwaru u jipprovdu informazzjoni dwar kemm l-ikel huwa frisk. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 21

3. ĠBIR TAD-DEJTA TAL-UE Il-kwalità tal-evalwazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-efsa tiddependi mhux biss fuq l-integrazzjoni tal-firxa sħiħa tal-kompetenza disponibbli. Tiddependi wkoll fuq il-kwalità, il-konsistenza, l-attwalità u l-kompletezza taddejta li tintuża fl-analiżi xjentifika, is-sorveljanza tar-riskji u d-deliberazzjonijiet dwar ir-riskji li qed ikunu evalwati. Għaldaqstant, l-awtorità għandha wkoll rwol importanti fil-ġbir, fil-koordinazzjoni u fl-armonizzazzjoni tad-dejta fl-ewropa. F dan ir-rwol, l-efsa taħdem b mod partikolari mal-istati Membri biex tiġbor, tikkondividi u tanalizza d-dejta fil-livell tal-ue. Għal dan, hija tista tiddependi fuq netwerk solidu u effiċjenti mifrux mal-pajjiżi individwali u l-awtoritajiet responsabbli. Ix-xogħol tal-awtorità f dan il-qasam jinkludi s-sorveljanza tar-residwi talpestiċidi u l-mediċini veterinarji, il-kontaminanti kimiċi, iż-żoonożi u r-riskji emerġenti, kif ukoll il-kompilazzjoni tad-dejta dwar il-konsum tal-ikel fl-ewropa, fuq naħa waħda, u l-użu taż-żewġ flussi tad-dejta biex tkun ikkalkulata l-espożizzjoni, fuq in-naħa l-oħra. Il-ġbir ta din id-dejta jippermetti wkoll lill-efsa sabiex twieġeb b mod rapidu għal talbiet urġenti għal pariri abbażi ta evidenza robusta, biex ir-riskji potenzjali jkunu jistgħu jiġu evalwati malajr, sabiex il-maniġers tar-riskju jkunu kapaċi jaġixxu b ħeffa, jekk ikun meħtieġ. X qed tiekol l-ewropa? Komponent komuni ta kwalunkwe evalwazzjoni tal-espożizzjoni hija l-informazzjoni dwar ilkonsum tal-ikel. Il-ġbir tad-dejta mill-efsa dwar il-konsum tal-ikel beda bl-iżvilupp tal- Bażi tad-dejta Konċiża dwar il-konsum tal-ikel fl- Ewropa, immexxi mill-unità tal-ġbir tad-dejta u l-espożizzjoni (DATEX) tagħha. Dan il-pass ipprovda l-ewwel deskrizzjoni fil-qosor tal-konsum tal-ikel fl-ewropa. Biex tkun kapaċi tirfina l-evalwazzjonijiet dwar l-espożizzjoni, l-awtorità, flimkien mal-istati Membri, taw bidu għall-ġbir ta dejta dettaljata għal bażi tad-dejta komprensiva dwar il-konsum tal-ikel, li kienet iffinalizzata sal-aħħar tal-2009. Din il-bażi tad-dejta komprensiva tirrappreżenta pass kbir il quddiem għall-evalwazzjoni talespożizzjoni, minħabba li l-kwalità tad-dejta disponibbli dwar il-konsum tal-ikel jista jkollha impatt kbir fuq ir-riżultati ta evalwazzjonijiet tar-riskju relatati. Din il-bażi tad-dejta komprensiva ġdida tirrappreżenta l-aqwa dejta dwar il-konsum tal-ikel disponibbli fil-livell tal- UE; hija tirrappreżenta wkoll konsolidazzjoni tar-relazzjoni bejn l-awtorità u l-istati Membri minħabba li dawn issa jikkondividu d-dejta tagħhom. Attwalment l-efsa tinsab fi proċess li testendi l-bażi tad-dejta tagħha dwar il-konsum tal-ikel fl-ewropa. Madankollu, l-istati Membri tal-ue jużaw metodi differenti biex jiġbru d-dejta dwar il-konsum tal-ikel, u dan jagħmilha aktar diffiċli biex titwettaq analiżi mifruxa mal-ue kollha jew biex isir tqabbil bejn pajjiż u ieħor. Għaldaqstant, f kooperazzjoni mill-qrib mal-istati Membri tal-ue, l-efsa qiegħda tagħti appoġġ għal aktar armonizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta dwar il-konsum tal-ikel fl-ewropa. Din il-konsistenza tad-dejta ser ittejjeb il-preċiżjoni u l-affidabilità tal-istimi tal-espożizzjoni madwar l-ewropa u, konsegwentement, tal-evalwazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-bordijiet tal-efsa u minn assessuri oħrajn tar-riskju u esperti xjentifiċi fl-ewropa. F Diċembru 2009, il-grupp ta ħidma tal-awtorità dwar il-konsum tal-ikel u l-espożizzjoni, ippubblika l-prinċipji ġenerali għall-ġbir tad-dejta dwar il-konsum nazzjonali tal-ikel bil-għan li jingħata appoġġ lill-armonizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta. Dejta oħra dwar il-konsum tal-ikel u l-espożizzjoni tinġabar ukoll mill-istati Membri u tinbagħat lill- EFSA bħala appoġġ għall-attivitajiet ta sorveljanza tal-awtorità u l-produzzjoni tar-rapporti dwar il-ġbir tad-dejta annwali dwar l-espożizzjoni għallkontaminanti. Fl-2009, żewġ kontaminanti fil-mira kienu koperti minn dawn ir-rapporti, l-acrylamide 22 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR f Mejju u l-furani f Ġunju. L-acrylamide tista tifforma f ikel li jkun fih ħafna karboidrati matul l-ipproċessar tal-ikel f temperaturi ta 120 C jew aktar. Il-kompożizzjoni ntweriet li kienet ġenotossika u karċinoġenika fl-annimali tal-laboratorju. Il-furan ukoll jista jifforma fl-ikel matul trattament bis-sħana u huwa magħruf li jifforma, pereżempju, fil-kafè u ikel fil-vażetti, inkluż l-ikel tat-trabi li fih il-laħam. Fi studji fuq l-annimali, dan il-kontaminant intwera wkoll li kien karċinoġeniku. Il-Kummissjoni Ewropea talbet ukoll rapporti ad hoc dwar l-okkorrenza ta kontaminanti speċifiċi, pereżempju dwar id-dijossini fl-ikel u l-għalf. L-EFSA rċeviet dejta dwar il-kontaminanti fil-prodotti tal-ikel u l-għalf mingħand l-istati Membri u partijiet interessati oħra, u fl-2009 ħarġet abbozz ta rapport biex ikun diskuss mal-istati Membri u l-kummissjoni. L-ewwel Rapport Annwali tal-efsa dwar ir-residwi tal-pestiċidi Responsabbilità oħra li ngħatat lill-efsa mill- Kummissjoni Ewropea hija l-pubblikazzjoni tar- Rapport Annwali dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel, abbażi tal-qafas legali tal-leġiżlazzjoni ġdida dwar l-mrl applikabbli minn Settembru 2008 u li l-istati Membri jridu jipprovdu d-dejta għalih. F Lulju 2009, l-unità tal-efsa għall- Istudju bejn il-pari dwar l-evalwazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi (PRAPeR) ippubblikat l-ewwel minn dawn ir-rapporti, li jipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tar-residwi tal-pestiċidi li nstabu f kampjuni tal-ikel ikkummerċjalizzati fl-ewropa fl-2007, iżda li jipprovdi wkoll evalwazzjoni tar-riskju tal-espożizzjoni tal-konsumaturi għal dawn irresidwi. B kollox, kienu analizzati aktar minn 74 000 kampjun ta madwar 350 tip differenti ta ikel; 4 % tal-kampjuni qabżu l-mrls legali. L-evalwazzjoni tal-espożizzjoni tal-konsumaturi identifikat xi riżultati kruċjali. Abbażi ta dawn ir-riżultati, l-efsa fasslet rakkomandazzjonijiet biex jitqiesu għall-attivitajiet ta kontroll fil-ġejjieni. L-Awtorità stabbilixxiet grupp li jwettaq innetwerking sabiex jgħin fl-abbozzar tar-rapport, u biex titjieb il-kollaborazzjoni mal-istati Membri. Il-grupp jikkonsisti f esperti maħtura mill-istati Membri u rappreżentant tal-kummissjoni Ewropea. Dan il-grupp jiddiskuti l-kwistjonijiet kollha relatati mar-rapport ta sorveljanza, b mod partikolari t-titjib meħtieġ fir-rigward tal-format tad-dejta u l-livell tad-dettalji rrappurtati lill- EFSA. Għaldaqstant, fl-2009, l-awtorità żviluppat mudell tad-dejta għar-rappurtaġġ tar-riżultati u wettqet b suċċess proġett pilota komprensiv. Wara l-adozzjoni formali, il-mudell tad-dejta ser jiġi implimentat għall-ġbir tad-dejta mir-riżultati tas-sorveljanza tal-2009. Il-forma ġdida ser tippermetti lill-efsa sabiex twettaq evalwazzjoni aktar preċiża tal-espożizzjoni tal-konsumaturi. Rappurtaġġ dwar iż-żoonożi u tifqigħat li jinġarru fl-ikel fl-ue Bħas-snin li għaddew, fl-2009 l-unità tal-efsa ( Żoonożi ) tal-ġbir tad-dejta dwar iż-żoonożi ħarġet abbozz ta rapport komunitarju dwar iż-żoonożi u tifqigħat li jinġarru fl-ikel. Din is-serje ta rapporti titħejja f kollaborazzjoni mill-qrib mal-ecdc, li tipprovdi u tanalizza d-dejta millkażijiet ta mard fil-bnedmin, u mal-forza speċjali għall-ġbir tad-dejta dwar iż-żoonożi. Dan innetwerk pan-ewropew ta rappreżentanti nazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali jgħin lill-efsa fil-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iż-żoonożi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Dawn l-abbozzi ta rapporti komunitarji jintużaw kemm mill-maniġers u l-assessuri tar-riskju kif ukoll minn partijiet interessati oħrajn madwar l-ue. B mod partikolari, il-maniġers tar-riskju fillivell tal-ue jużaw ir-rapporti meta jqisu l-ħtieġa għal aktar miżuri ta kontroll mill-ue u meta jissorveljaw l-impatt tal-miżuri eżistenti tal-ue. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 23

Ir-riżultati maġġuri tal-aħħar rapport, ippubblikat f Jannar 2010, juru li fl-2008, il-kampilobatterjożi u salmonellożi komplew ikunu l-mard żoonotiku rrappurtati bl-aktar mod frekwenti fil-bnedmin, għalkemm il-każijiet ta salmonellożi naqsu b mod sinifikanti għall-ħames sena konsekuttiva. Tnaqqis importanti fl-okkorrenza tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd kien osservat fl-2008 permezz ta programmi ta kontroll implimentati mill-istati Membri. Din tista tkun ir-raġuni għat-tnaqqis korrispondenti tal-infezzjonijiet tas-salmonella fil-bnedmin, tipikament relatati mal-konsum talbajd, li kien osservat ukoll matul l-istess sena. Avvenimenti importanti oħrajn fl-2009 kienu r-rapporti tal-efsa dwar l-analiżi tal-istħarriġ tallinja bażi fl-ue kollha ta żewġ batterji żoonotiċi, is-salmonella u l-istaphylococcus aureus reżistenti għall-methicillin (MRSA) fil-ħnieżer tat-tgħammir. Dawn iż-żewġ batterji kienu jinstabu b mod komuni fl-irziezet tal-ħnieżer tat-tgħammir f ħafna Stati Membri. Ir-riżultati ta dan l-istħarriġ ser jgħinu lill-maniġers tar-riskju meta jissettjaw il-miri għat-tnaqqis tas-salmonella għall-ħnieżer tat-tgħammir u meta jqisu l-ħtieġa għall-kontroll u s-sorveljanza tal-mrsa fil-ħnieżer għallprotezzjoni tas-saħħa pubblika. Biex tarmonizza l-ġbir tad-dejta relatata mażżoonożi fl-ue kollha u biex ittejjeb l-analiżi tagħha, fl-2009 l-efsa ppubblikat żewġ rapporti bi speċifikazzjonijiet għal stħarriġ armonizzat rigward il-patoġeni li jinġarru fl-ikel, il-verotossiġenika E. coli u l-yersinia, bħala gwida għall-istati Membri. L-Awtorità applikat ukoll metodi mtejba tal-istatistika għall-analiżi tax-xejriet fl-aġenti żoonotiċi matul is-snin, u validazzjoni saħansitra aħjar taddejta bl-użu, għall-ewwel darba, ta sistema ġdida ta immaniġġjar tad-dejta. Għajnuna għall-kxif ta riskji emerġenti Fl-2009, l-unità tar-riskji Emerġenti (EMRISK) tal-efsa żviluppat strumenti ġodda għassorveljanza u l-analiżi effiċjenti tad-dejta għallidentifikazzjoni ta perikli ġodda jew li jerġgħu jfeġġu, b mod partikolari permezz tas-sistema ta Twissija Rapida għall-ikel u l-għalf (RASFF) tal-ue. Din il-bażi tad-dejta, miżmuma mill-kummissjoni Ewropea, tinkludi informazzjoni dettaljata dwar avvenimenti tas-sigurtà tal-ikel innotifikati millmembri tan-netwerk tar-rasff. Sors importanti ieħor ta dejta għall-identifikazzjoni ta riskji emerġenti hi l-midja. EMRISK evalwat l-utilità, għal dan il-kompitu, ta strument li jissorvelja l-midja żviluppat miċ-ċentru Konġunt tar-riċerka tal-kummissjoni Ewropea. Dawn l-istrumenti, flimkien mas-sorveljanza tad-dejta dwar il-kummerċ, jipprovdu l-ewwel pass fl-implimentazzjoni talistrateġija tal-efsa biex ikunu indirizzati r-riskji emerġenti. Suġġett speċifiku li qed ikun indirizzat mill-unità EMRISK tal-awtorità huwa l-impatt tal-bidla filklima fuq l-aflatossini (kimiċi karċinoġeniċi prodotti minn ċerti tipi ta moffa, li huma partikolarment prevalenti fi klimi sħan u umdi, li jikbru fuq iċ-ċereali) fiċ-ċereali. Abbażi ta xenarji differenti tal-bidla fil-klima, l-għan ta dan il-proġett, li beda fl-2009, huwa li tinġabar u li tkun analizzata d-dejta dwar il-produzzjoni tal-aflatossini biex jinbnew mudelli ta tbassir, ikunu ddefiniti x-xenarji u jinħolqu mapep li jidentifikaw iż-żoni fejn tista sseħħ kontaminazzjoni tal-uċuħ taċċereali fil-ġejjieni. Waqt li dan huwa proġett prospettiv ħafna li jħares il quddiem għal għexieren ta snin, benefiċċju aktar immedjat ta dan ix-xogħol huwa l-iżvilupp ta metodoloġiji u strumenti biex ikunu antiċipati riskji ġodda li jfeġġu fl-ikel u l-għalf. 24 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR Żjara lil EFSA minn delegazzjoni Ġappuniża, f Diċembru 2009 4. BINI TA SĦUBIJIET INTERNAZZJONALI L-uċuħ tar-raba, l-annimali, u l-prodotti tal-ikel u l-għalf huma ttrasportati madwar id-dinja f dinja dejjem aktar globali bħar-riskji assoċjati. Għaldaqstant, l-involviment internazzjonali b appoġġ għall-politika tal-ue huwa kruċjali għall-abilità tal-efsa li żżomm sigura l-provvista tal-ikel fl-ewropa u biex tipproteġi l-konsumaturi. Għal dan il-għan, l-efsa tfittex li tibni sħubijiet ma aġenziji tas-sigurtà fl-ikel f pajjiżi barra l-ue u ma organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiżgura l-aċċess għal korp akbar ta dejta u informazzjoni xjentifika internazzjonali. Dan jippermetti lill-awtorità li tkompli tipprovdi bażi b saħħitha għall-evalwazzjoni tar-riskji u għall-identifikazzjoni ta riskji emerġenti, biex tipparteċipa fl-evalwazzjoni tar-riskju fuq livell internazzjonali, biex tappoġġja l-isforzi għall-armonizzazzjoni internazzjonali tal-ġbir tad-dejta u l-evalwazzjoni tar-riskji, u biex tippromwovi l-koerenza fil-komunikazzjonijiet dwar ir-riskji. Barra minn hekk, l-awtorità qed tibni wkoll l-għarfien rigward l-attivitajiet tagħha fuq livell internazzjonali biex tibni r-reputazzjoni tagħha bħala organizzazzjoni li hija rrikonoxxuta globalment u fdata bħala korp ta referenza Ewropew rigward l-evalwazzjoni tar-riskju. Fuq livell globali L-EFSA adottat l-approċċ strateġiku tagħha għallattivitajiet internazzjonali tagħha f Jannar 2009. Bħala l-ewwel pass, l-awtorità qieset il-multipliċità tal-kollaborazzjonijiet formali u informali eżistenti, u l-kuntatti internazzjonali fuq livell individwali. Imbagħad, biex tipprijoritizza r-reġjuni u l-organizzazzjonijiet fejn kollaborazzjoni eqreb u allinjament tal-pożizzjonijiet huma rilevanti għall- EFSA, l-awtorità identifikat l-imsieħba prijoritarji u l-pajjiżi fil-mira għall-iżvilupp ta relazzjonijiet fuq medda twila ta żmien. L-għan ta dawn irrelazzjonijiet huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal- Awtorità sabiex twettaq evalwazzjoni tar-riskji abbażi ta perċezzjonijiet ikkondiviżi tar-riskji u biex tikkomunikahom aħjar fuq livell internazzjonali. Għall-EFSA, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħha fil-qasam internazzjonali huwa wkoll meħtieġ minħabba l-fatt li r-riskji relatati mal-ikel huma dejjem aktar globali: il-kummerċ internazzjonali fl-ikel qiegħed dejjem jiżdied u, permezz tal-katina globali tal-ikel, ir-riskji jistgħu faċilment jitfaċċaw fi prodotti minn pajjiżi mbiegħda. L-Awtorità tappoġġja l-iskambju internazzjonali tad-dejta u l-evalwazzjonijiet tar-riskji. Hija tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji u tippromwovi fehim komuni tal-prinċipji sottostanti. L-EFSA trid tikkontribwixxi għal u tiggwida l-aħjar prattiki tajba internazzjonali bl-għan aħħari li tkun irrikonoxxuta globalment bħala l-korp ta referenza Ewropew għallevalwazzjoni tar-riskji relatati mal-katina tal-ikel. Żvilupp ta rabtiet eqreb fuq livell internazzjonali Fl-2009, l-efsa ħejjiet u bdiet timplimenta l-istrateġija internazzjonali tagħha billi pprijoritizzat l-azzjonijiet tagħha b appoġġ għall-politika tal-ue u stabbiliet objettivi indikattivi importanti għall-attivitajiet internazzjonali tagħha. Fuq quddiem fost dawn il-kisbiet kien hemm ilformalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-assessur tar-riskju Ġappuniż, il-kummissjoni għas-sigurtà fl-ikel (FSC) tal-ġappun, permezz tal-iffirmar f Diċembru ta Memorandum ta Kooperazzjoni dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni ta riskji attwali u emerġenti. Hekk ukoll, l-efsa kienet impenjata li taħdem flimkien u li tiskambja d-dejta mal-awtorità kompetenti ta New Zealand permezz ta skambju ta ittri; attivitajiet simili kienu fi stadju avvanzat mal-kanada u l-awstralja. Barra minn hekk, l-efsa pprovdiet appoġġ xjentifiku lid-delagazzjoni tal-kummissjoni Ewropea fil-codex Alimenta- R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 25

Żjara lil EFSA minn delegazzjoni Ċiniża, f Jannar 2009 rius (korp konġunt tal-fao/who li jiżviluppa standards tal-ikel internazzjonali, linji gwida, eċċ.) u kkontribwiet, b mod partikolari, għallpożizzjoni tal-ue dwar ir-ractopamine, promotur tat-tkabbir użat fl-għalf tal-annimali. Kmieni fl-2009, delegazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika taċ-ċina żaret l-efsa. Żjarat internazzjonali ta livell għoli oħrajn għand l-efsa fl-2009 inkludew iż-żjara ta delegazzjoni tal-who biex tippreżenta l-programm taxxogħol tagħha fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel u biex tiddiskuti kwistjonijiet xjentifiċi bħas-saħħa u l-benesseri tal-annimali, il-pestiċidi, iż-żoonożi, in-nutrizzjoni, l-addittivi tal-ikel, il-kontaminanti, u l-prinċipji ġenerali tal-evalwazzjoni tar-riskju u l-komunikazz joni tar-riskju. Tema komuni diskussa waqt dawn iż-żjarat internazzjonali kollha kienet l-identifikazzjoni ta attivitajiet ta kooperazzjoni fil-ġejjieni u l-passi għall-armonizzazzjoni. Delegazzjonijiet tal-efsa żaru wkoll lil imsieħba internazzjonali, pereżempju f Lulju 2008 delegazzjoni żaret lill-istituzzjonijiet Federali tal-istati Uniti. Fl-aħħar nett, fl-2009, l-efsa tat bidu għal serje ta inizjattivi taħt il-programm ta qabel l-adeżjoni fl-ue għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, jiġifieri t-turkija, il-kroazja u dik li kienet ir-repubblika Jugoslava tal-maċedonja, flimkien mal-albanija, il-bożnija-ħerzegovina, il-kosovo u s-serbja. L-għan ta dan il-programm huwa li jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà flikel f dawn il-pajjiżi fl-evalwazzjonijiet tar-riskji u l-komunikazzjoni tar-riskji tagħhom stess. B mod partikolari, il-programm jimmira li jgħinhom iħejju għall-parteċipazzjoni fin-netwerks tal- EFSA fil-ġejjieni; li jiżviluppa sistemi ta skambju rigward il-komunikazzjoni u l-informazzjoni; li jittrasferixxi l-għarfien dwar l-oqsma koperti mill- EFSA; u li jappoġġja lill-pajjiżi benefiċjarji fl-attivitajiet ta komunikazzjoni tar-riskju. Biex isir dan, l-efsa torganizza seminars ta taħriġ u żjarat ta studju għall-esperti maħtura mill-koordinatur tal-programm rispettiv f kull pajjiż; fl-2009 saru erba seminars. Fl-ambitu ta dan il-programm, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali huma wkoll mistiedna biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-efsa mal-istati Membri. Minħabba f hekk, dawn il-pajjiżi saru dejjem aktar involuti fix-xogħol tal-efsa, riżultat li jappoġġja l-isforzi għal armonizzazzjoni internazzjonali. 26 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR 5. KOMUNIKAZZJONI U DJALOGU L-EFSA timmira li ssaħħaħ il-fiduċja pubblika fis-sistema ta sigurtà fl-ikel tal-ue permezz tal-komunikazzjonijiet u d-djalogu tagħha malimsieħba u l-partijiet interessati. Hija tibqa wkoll impenjata li tiżgura t-trasparenza fix-xogħol kollu tagħha, tiżgura viżibilità u aċċessibilità għall-prodotti xjentifiċi tagħha, kif ukoll tkabbar l-għarfien u l-fehim rigward kif taħdem l-efsa. L-EFSA tistinka biex tippromwovi l-koerenza bejn il-komunikazzjonijiet tar-riskju tagħha stess u dawk tal-imsieħba tagħha fis-sistema tassigurtà fl-ikel tal-ue u lil hinn minnha. Din hija mira kruċjali flimkien maż-żamma tas-sempliċità u l-aċċessibilità tal-komunikazzjonijiet tagħha, u żieda akbar fil-viżibilità u l-fehim rigward ix-xogħol xjentifiku tagħha. Biex jin kiseb dan, u biex tilħaq aħjar l-udjenzi nazzjonali bil-lingwi tagħhom stess, fl-2009 l-efsa bdiet timplimenta wkoll approċċ multilingwistiku għallkomunikazzjonijiet tagħha, billi l-pubblikazzjonijiet korporattivi ewlenin u d-dokumenti tal-istrateġija saru disponibbli bit-23 lingwa uffiċjali tal-ue. Fl-2009, l-awtorità nediet riċerka fost l-udjenzi ewlenin fil-mira tagħha, b għarfien tal-ħtieġa li tkejjel l-impatt tal-komunikazzjonijiet tagħha u l-għarfien ġenerali dwar l-efsa. Permezz ta approċċ kwalitattiv, l-efsa wettqet intervisti ma dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati fil-politika, ix-xjenza u l-katina tal-ikel fil-livelli nazzjonali, Ewropej u internazzjonali. Ir-riżultati ta dan ix-xogħol ser jagħtu appoġġ lill-awtorità fl-analiżi tal-istrateġija tal-komunikazzjoni tagħha, li bdiet fl-2009. Din ser tippermetti wkoll lill-awtorità li tirfina aktar il-gwida tal-marka EFSA li tagħti sommarju ta dak li trid tirrappreżenta l-efsa u li timmira li tiggwida l-prodotti tal-komunikazzjoni fl-għoti ta immaġni konsistenti u koerenti tal-awtorità. Fl-2009, l-efsa żiedet il-kuntatti tagħha b mod konsiderevoli. Pereżempju, hija tejbet b mod sinifikanti l-użabilità u l-aċċessibilità tal-websajt tagħha li tiġbed aktar minn 2.4 miljun żjara fuq l-internet, l-abbonamenti fin-newsletter EFSA Highlights żdiedu b aktar minn 20 %, irrelazzjonijiet mal-midja ssaħħu, l-aħbarijiet fuq l-internet żdiedu bi kważi 30 % u l-pubblikazzjonijiet aktar minn irduppjaw. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 27

Il-Grupp ta Ħidma tal-komunikazzjonijiet tal-forum Konsultattiv Kooperazzjoni dwar komunikazzjonijiet mal-istati Membri Il-Grupp ta Ħidma tal-komunikazzjonijiet tal- Forum Konsultattiv (AFCWG) jibqa l-istrument ewlieni għat-tisħiħ tal-koerenza tal-attivitajiet ta komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-efsa, u għall-kondiviżjoni u l-promozzjoni talaħjar prattika. Fl-2009, l-afcwg żviluppa approċċ ġenerali u deskrizzjoni fil-qosor għal linji gwida għall-komunikazzjoni tar-riskju fl-ue li ser jiġu ffinalizzati fl-2010. L-EFSA appoġġjat lill-istati Membri fl-organizzazzjoni ta avvenimenti konġunti, billi ppubblikat newsletters immirati lejn partijiet interessati fuq livell nazzjonali u b kollaborazzjoni aktar qawwija permezz tal-afcwg. Avvenimenti konġunti kienu organizzati wkoll mill-efsa u l-istat Membru korrispondenti matul l-2009 fl-awstrija, il-greċja u s-slovenja. Dawn l-avvenimenti indirizzaw varjetà ta suġġetti li inkludew it-tisħiħ talkapaċità tas-sigurtà fl-ikel, il-kooperazzjoni bejn l-efsa u l-istati Membri, u l-konnessjonijiet bejn ix-xjenza u l-politika fir-rigward tas-sigurtà fl-ikel u n-nutrizzjoni. Djalogu mal-partijiet interessati Fl-2009, l-efsa ġeddedt il-pjattaforma konsultattiva mal-partijiet interessati tagħha, billi adottat mill-ġdid għal sena, 24 organizzazzjoni mill-ewropa kollha li jaħdmu fl-oqsma relatati mal-katina tal-ikel. Din il-pjattaforma tiltaqa tliet darbiet fis-sena biex tgħin lill-efsa fl-iżvilupp tarrelazzjonijiet ġenerali tagħha u l-politika tagħha mal-partijiet interessati. Il-pjattaforma hija strument importanti biex tinkoraġġixxi d-djalogu u l-involviment tal-partijiet interessati, u għattkattir ta relazzjonijiet tajbin mal-partijiet interessati. Dan it-tiġdid tal-pjattaforma jirrappreżenta konsolidazzjoni importanti tal-kuntatti tal- Awtorità mal-partijiet interessati tagħha u jenfasizza l-impenn tagħha lejn djalogu miftuħ u trasparenti. Fl-2009, l-efsa organizzat tliet laqgħat plenarji minflok tnejn kif sar fis-snin preċedenti. F dawn il-laqgħat, il-partijiet interessati ddiskutew dokumenti strateġiċi orizzontali u ssottomettew pariri u kummenti dwar il-pjan ta immaniġġjar tal-efsa, ir-rapport annwali tagħha u l-istrateġija talkomunikazzjoni tagħha. Il-proċessi prinċipali tal- EFSA kienu wkoll diskussi fi ħdan il-pjattaforma pereżempju, fl-2009 kien hemm grupp ta ħidma dwar l-approċċ tal-efsa għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-prodotti xjentifiċi. Minbarra li żiedet l-għadd tal-laqgħat plenar ji, fl-2009 l-efsa żiedet ukoll il-frekwenza tallaqgħat tekniċi tal-pjattaforma. Dawn il-laqgħat jiffokaw aktar fuq suġġetti xjentifiċi u koprew, pereżempju, il-benesseri tal-annimali, il-pestiċidi, in-nanoteknoloġiji, u ikel ġdid. Barra minn hekk, l-awtorità tkattar ukoll il-kuntatti bilaterali mal-partijiet interessati tagħha. Fl-2009, l-efsa laqgħet b sodisfazzjon delegazzjoni tal-beuc, immexxija mill-president ġdid tagħha, għal żjara fil-kwartieri ġenerali tagħha. Din tat l-opportunità lill-efsa li tispjega kif l-awtorità tipproteġi lill-konsumaturi permezz tax-xogħol tagħha fl-evalwazzjoni tar-riskju, kif ukoll li tiddiskuti x-xogħol tagħha rigward il-kooperazzjoni xjentifika u l-komunikazzjonijiet. Avveniment ieħor fl-2009 għall-partijiet interessati kienet il-laqgħa mal-omg ambjentali li l-efsa organizzat f Parma fejn rappreżentanti mid-dġ Saħħa u Konsumaturi (DĠ SANCO) u d-dġ Ambjent ipparteċipaw bħala osservaturi. Din il-laqgħa kienet opportunità għall-awtorità biex tippreżenta x-xogħol tagħha fil-qasam talevalwazzjoni tar-riskju tal-oġi u biex tiskambja 28 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR l-fehmiet mal-partijiet interessati. Dan wassal għal fehim reċiproku aħjar rigward l-argumenti u l-fehmiet bejn l-esperti tal-bord OĠI u l-membri tal-omg ambjentali. Fil-qasam tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa, f Ġunju 2009, l-efsa ltaqgħet ukoll mal-partijiet interessati u mal-istati Membri biex tispjega x-xogħol tal-efsa f dan il-qasam u kif hija tevalwa l-pretensjonijiet kif ukoll biex tippreżenta d-dokumenti gwida rilevanti differenti li pproduċiet. Involviment fi djalogu xjentifiku L-eċċellenza fix-xjenza tibqa valur prinċipali għall-efsa. Element importanti taż-żamma taleċċellenza huwa l-involviment fi djalogu, biex tisma u titgħallem, u biex tikkondividi l-informazzjoni. B dan il-mod, l-efsa tistinka wkoll biex iżżid l-għarfien u l-fehim rigward ix-xogħol tagħha. Pereżempju, f Settembru 2009, l-efsa organizzat konferenza ta livell għoli biex tippreżenta x-xogħol tagħha u biex tiskambja l-fehmiet dwar l-evalwazzjonijiet tar-riskju tal-oġi għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ambjent. L-OĠI jipprovdu eżempju tajjeb fejn l-awtorità tipprovdi pariri xjentifiċi sodi u informazzjoni b bażi xjentifika, tħaffef l-iskambju tal-fehmiet, tippromwovi l-fehim u t-tagħlim reċiproku, u tikkomunika b mod miftuħ u bi trasparenza dwar ix-xogħol tagħha ta evalwazzjoni tar-riskji. Għall-ewwel darba fl-ewropa, din il-konferenza ta jumejn fi Brussell, laqqgħet flimkien lill-maniġers tar-riskji u lill-assessuri tar-riskji mill-istati Membri, kif ukoll lil rappreżentanti mill-partijiet interessati inklużi gruppi tal-industrija, tal-konsumaturi u ambjentali biex jiddiskutu l-istatus u l-isfidi tal-ġejjieni tal-evalwazzjoni tar-riskju rigward l-oġi. Min-naħa tal-kummissjoni Ewropea, l-importanza ta dan l-avveniment intweriet permezz tad-diskorsi tad-diretturi Ġenerali tad-dġ SANCO u d-dġ Ambjent, li għamlu d-diskorsi tal-ftuħ u tal-għeluq, rispettivament. B kollox, madwar 150 parteċipant attendew għal din ilkonferenza, li ntlaqgħet tajjeb. Fost l-avvenimenti xjentifiċi organizzati mill-efsa fl-2009, il-colloquium Xjentifiku tagħha dwar Ikel Ġdid huwa eżempju tajjeb. Madwar darbtejn fis-sena, l-efsa torganizza dawn il-konferenzi xjentifiċi biex toffri lix-xjenzjati l-possibbilità li jiskambjaw il-fehmiet tagħhom u biex tkattar u tippromwovi l-ideat ġodda. Fi żmien dan l-avveniment, ir-regolament dwar ikel ġdid kien qiegħed jiġi rrivedut, bir-regolament il-ġdid jipprevedi evalwazzjoni tar-riskju ċċentralizzata li ssir mill-efsa. Għaldaqstant, l-awtorità laqqgħet il-colloquium biex jiddiskuti l-informazzjoni xjentifika u r-rekwiżiti tad-dejta meħtieġa għallapplikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta ikel ġdid u ingredjenti ġodda tal-ikel fl-unjoni Ewropea. B dan il-mod, l-efsa kisbet minn kmieni input prezzjuż mingħand il-partijiet interessati kollha rigward id-dokument gwida relatat, dwar l-evalwazzjoni tas-sigurtà ta ikel ġdid, li se jkun abbozzat fl-2010. Madwar 100 espert internazzjonali fl-evalwazzjoni tas-sigurtà u affarijiet regolatorji, kif ukoll manifatturi tal-ikel u oħrajn involuti f ikel ġdid, ġejjin minn 25 pajjiż fl-ue u minn pajjiżi barra l-ue, attendew għall-colloquium. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 29

Kuntatt mal-komunità xjentifika Ix-xjenza tal-efsa wkoll laħqet punt indikattiv sinifikanti fl-2009, bit-tnedija ta żona web ġdida u ddedikata, fil-websajt korporattiva tal-awtorità għall-ġurnal EFSA. L-għan tal-iżvilupp ġdid tal- Ġurnal EFSA huwa li jkabbar il-viżibilità internazzjonali tax-xogħol xjentifku tal-awtorità u li jagħraf ix-xogħol tal-esperti xjentifiċi fil-bordijiet u l-gruppi tax-xogħol tagħha. Id- dehra ġdida tal-ġurnal EFSA issa tagħmilha aktar faċli għall-qarrejja li jibbrawżjaw u jfittxu l-prodotti xjentifiċi tal-efsa. Il-qarrejja jistgħu wkoll jabbonaw b mod faċli biex jirċievu l-aħħar ħarġiet tal-ġurnal EFSA u jistgħu, b mod sempliċi, jaraw l-artikoli permezz ta servizzi online ta sindikazzjoni tal-aħbarijiet bħall-rss. Barra minn hekk, il-ġurnal EFSA jimmira li jissodisfa l-istandards tal-pubblikazzjonijiet akkademiċi u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-bażijiet tad-dejta biblijografiċi rilevanti għax-xogħol tal-efsa. Meta ż-żona web tal-ġurnal EFSA tkun implimentata b mod sħiħ, l-efsa ser tapplika għall-bażijiet tad-dejta biblijografiċi għall-indiċjar tal-artikoli tal-ġurnal EFSA, u b hekk tkompli tiżdied il-viżibilità xjentifika tax-xogħol tal-awtorità. Sħubija soda mal-istituzzjonijiet tal-ue Iż-żjara ta dik li kienet il-kummissarju Ewropew għas-saħħa, Androulla Vassiliou, għand l-efsa f Ottubru 2009, kien eżempju notevoli tas-sħubija soda u dejjem tiżdied bejn l-awtorità u l-istituzzjonijiet. Hija u tindirizza lill-persunal, il-kummissarju Vassiliou rreferiet għall-pariri xjentifiċi robusti tal-efsa bħala kruċjali biex jgħinu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ue joħolqu qafas regolatorju li jikseb wieħed mill-ogħla livelli ta sigurtà fl-ikel fid-dinja. Il-Kummissarju b mod speċifiku rreferiet għat-titjib fl-ippjanar u l-istabbiliment tal-prijoritajiet bħala riżultat tar-relazzjonijiet taxxogħol mill-qrib bejn l-awtorità u l-kummissjoni pereżempju, fil-qbil dwar pjan ta skadenzi floqsma tal-applikazzjonijiet. L-aġenda ta jumejn tal-kummissarju inkludiet diversi sessjonijiet ta diskussjoni rigward l-attivitajiet riċenti tal-efsa fl-oqsma tal-ikklownjar, in-nanoteknoloġija, l-oġi u n-nutrizzjoni, kif ukoll sessjoni li indirizzat l-attivitajiet attwali u talġejjieni rigward il-ġbir tad-dejta. Filwaqt li rrakkomandat is-sistema eżistenti ta sħubija bejn l-awtorità u l-kummissjoni, il-kummissarju kkummentat dwar kooperazzjoni saħansitra eqreb bejn l-efsa u istituzzjonijiet oħrajn, partikolarment dwar kwistjonijiet li jinkludu t-teknoloġiji l-ġodda u l-oġi. Il-Kummissarju identifikat ukoll il-kwalità tal-pariri xjentifiċi tal-efsa, li huma l-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-ue, bħala l- pedament tas-suċċess tal-awtorità. F Ottubru, id-direttur Eżekuttiv tal-efsa, Catherine Geslain-Lanéelle indirizzat lill-kumitat għall- Ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sigurezza tal-ikel (il-kumitat ENVI) tal-parlament Ewropew fi Brussell. Id-Direttur Eżekuttiv enfasizzat l-importanza tal-konsultazzjoni mal-parlament rigward l-attivitajiet u l-prijoritajiet tal-efsa. Ħidma ma aġenziji oħrajn tal-ue Għall-EFSA, dimensjoni importanti oħra tal-2009 kienet ir-rwol tal-awtorità bħala koordinatur tan-netwerk tal-aġenziji tal-ue. L-għan ta dan innetwerk huwa li jipprovdi forum għad-diskussjoni u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell istituzzjonali. Dan jippermetti lill-aġenziji li jikkondividu l-esperjenzi, jiżviluppaw l-aħjar prattiki komuni, jorganizzaw taħriġ konġunt u jippromwovu l-immaġni ġenerali u l-viżibilità tal-aġenziji tal-ue. Inħoloq grupp ta ħidma bejn l-istituzzjonijiet tal-ue biex jislet lezzjonijiet mill-iskjerament tal- 30 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR aġenziji regolatorji tal-ue u biex iqis kif l-aġenziji jistgħu jikkontribwixxu l-aħjar fl-ambitu tal-qafas istituzzjonali mġedded maħluq mit-trattat ta Liżbona. B mod parallel, il-kummissjoni Ewropea bdiet evalwazzjoni orizzontali tas-sistema tal-aġenziji. Din kienet diskussa fi ħdan in-netwerk u wasslet għal riflessjonijiet rigward il-ġejjieni tal-aġenziji, jiġifieri l-iżvilupp ta viżjoni komuni kondiviża għall-aġenziji f termini ta governanza, effikaċja, immaniġġjar, u r-relazzjonijiet tagħhom fi ħdan issistema tal-ue. Pereżempju, fid-dawl ta din l-evalwazzjoni, ġie żviluppat pjan ta komunikazzjoni li jenfasizza r-rwol ġenerali u l-kontribuzzjoni tal-aġenziji fissistema tal-ue. Dan wassal, pereżempju, għalliżvilupp ta fuljett promozzjonali bejn l-aġenziji. Barra minn hekk, fil-laqgħa tagħhom ta Ottub ru 2009, il-kapijiet tal-aġenziji adottaw il-karta tas-servizzi ta Verifika Interna (IAS) li tifformalizza r-relazzjonijiet bejn l-aġenziji tal-ue u l-ias fir-rigward tal-attivitajiet ta verifika interna. Il-Kapijiet tal-aġenziji approvaw ukoll id-dokument ta Aspettattivi Reċiproki tal-ias li jispjega l-proċeduri ta ħidma bejn l-ias u l-aġenziji tal-ue. Eżempju konkret ta kooperazzjoni bejn l-aġenziji huwa n-netwerk ta Komunikazzjoni u Informazzjoni tal-kapijiet tal-aġenziji tal-ue, li l-efsa ppresidiet ukoll fl-2009. Wieħed mill-punti indikattivi tal-2009 ta dan in-netwerk kienet il-laqgħa mal-kummissarju għall-komunikazzjonijiet tal-ue preċedenti, Margot Wallström, dwar ix-xogħol talaġenziji fil-komunikazzjonijiet. Barra minn hekk, l-awtorità ħolqot u qassmet lista tal-kuntatti li tkopri l-web staff fl-aġenziji kollha, qabel wettqet stħarriġ tal-punti ta referenza fosthom, biex ikunu stabbiliti s-suġġetti komuni li dwarhom jeħtieġ li jitgħallmu. Abbażi ta din l-informazzjoni, l-efsa mbagħad organizzat grupp ta taħriġ imfassal apposta għall-web staff tal-aġenziji tal-ue, li pprovda wkoll opportunitajiet għan-netwerking u forum għal diskussjonijiet u skambji professjonali. Dan il-grupp ta taħriġ kellu 57 parteċipant, u skont il-feedback, kien ta suċċess kbir. Żvilupp ta rabtiet eqreb mal-komunità lokali tal-efsa Għall-EFSA, aspett partikolari tal-kuntatt lokali u reġjonali huwa l-komunikazzjoni mal-komunità fejn hija lokalizzata l-awtorità u fejn jgħix il-persunal tagħha. Huwa importanti li l-pubbliku f Parma kif ukoll dawk li jieħdu d-deċizjonijiet lokali u reġjonali jifhmu x-xogħol tal-efsa. Għaldaqstant, kull sena l-efsa tipprova ttejjeb il-qagħda lokali tagħha permezz ta avvenimenti speċifiċi. Fl-2009, l-awtorità organizzat il- Festa dell Europa f kollaborazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex tfakkar Jum Schuman. L-għan kien li tkattar il-fehim lokali dwar l-efsa u li tippromwovi l-għarfien dwar l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew u, b mod aktar ġenerali, dwar il-proġett Ewropew. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 31

6. RISPONS, EFFIĊJENZA U EFFIKAĊJA Il-produzzjoni dejjem tikber tal-efsa tikkonferma l-kisbiet tal-awtorità fit-tfassil effettiv tas-sistemi u l-infrastrutturi tal-immaniġġjar tagħha, filproċessi tagħha li jiffunzjonaw bl-aktar mod effiċjenti, fl-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha b mod produttiv u fit-trattament b suċċess tallimitazzjonijiet tagħha. Bħal fis-snin ta qabel, fl-2009 l-awtorità wriet ukoll li tabilħaqq kapaċi tirreaġixxi b mod rapi du fir-rispons tagħha għal theddid għas-sigurtà flikel. Li titgħallem il-lezzjonijiet minn inċidenti bħal dawn u li twettaq eżerċizzji ta simulazzjoni ta kriżi, jgħinu lill-efsa biex tibqa mħejjija u attenta. L-effikaċja u l-effiċjenza tal-efsa mhux biss kienu kkonfermati mit-trattament tagħha ta kwistjonijiet urġenti iżda wkoll mill-produzzjoni kontinwa u dejjem tikber tagħha. F każ ta kriżi Is-simulazzjoniet ta kriżi fl-2009, li kienu jinkludu żewġ eżerċizzji separati, kienu parti minn approċċ sistematiku biex tkun lesta u mħejjija għal theddid urġenti għas-sigurtà fl-ikel. L-għan tal-ewwel eżerċizzju kien li jittestja l-proċessi interni tal-efsa, li jirfina l-kapaċità tagħha li tipprovdi evalwazzjoni tar-riskju b mod rapidu u li jappoġġja l-pubblikazzjoni ta pariri b miżuri ta komunikazzjoni adegwati. It-tieni eżerċizzju ttestja l-abilità tal-awtorità li tikkomunika u tikkollabora mal-kummissjoni Ewropea u l-istati Membri f emerġenza. Flimkien dawn iż-żewġ simulazzjonijiet koprew l-operazzjonijiet kollha u l-kors tal-azzjoni kollu li l-awtorità tkun trid twettaq biex tkun rapida malajr kemm jista jkun waqt li tipprovdi riżultati ta kwalità għolja sabiex timmaniġġja kriżi b suċċess. Dawn is-simulazzjonijiet intużaw ukoll biex ikun ittestjat il-manwal ta emerġenza tal-efsa li kien ġie aġġornat kmieni fl-2009. B mod ġenerali, issimulazzjonijiet kienu eżerċizzju prezzjuż għallpersunal tal-awtorità biex jitgħallem u jittestja l-proċeduri u l-infrastruttura kif ukoll biex iħossu aktar komdu meta titfaċċa sitwazzjoni reali. Mit-teorija għall-prattika Minbarra l-kriżijiet issimulati, l-efsa kellha tittratta ma xenarji mill-ħajja reali, b mod partikolari l-ħtieġa li tipprovdi pariri xjentifiċi urġenti fir-rigward tal-preżenza ta nikotina fil-faqqiegħ selvaġġ u ta linka tal-imballaġġ fiċ-ċereali tal-kolazzjon. Fi Frar 2009, laboratorju fil-ġermanja sab livelli għoljin ta 4-methylbenzophenone (sustanza użata fil-linka tal-istampar tal-imballaġġ tal-ikel) fiċ-ċereali tal-kolazzjon. Minħabba f hekk l-efsa rċeviet talba għal pariri rapidi mill-kummissjoni Ewropea. Fl-ewwel evalwazzjoni, u filwaqt li bbażat fuq id-dejta mill-istati Membri, l-awtorità kkonkludiet li l-konsum fuq medda qasira ta żmien taċ-ċereali tal-kolazzjon ikkontaminati m għandux ikun ta theddida għall-maġġoranza tan-nies, iżda kien hemm bżonn ta aktar dejta biex twettaq evalwazzjoni tar-riskju sħiħ jekk il-kontaminazzjoni tal-ikel permezz tal-4-methylbenzophenone kienet ser tkompli. Wara dan 32 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

II. IMPENN BIEX NIŻGURAW LI L-IKEL TAL-EWROPA JKUN SIGUR l-inċident, l-efsa kompliet teżamina l-kwistjoni, u tat aktar pariri addizzjonali flimkien mar-rispons rapidu li kienet ipprovdiet aktar qabel. L-Awtorità stabbiliet ukoll grupp ta ħidma għall-materjali mhux tal-plastik f kuntatt mal-ikel u kkompilat lista ta kuntatt ta esperti għal appoġġ xjentifiku. Fil-Ġermanja wkoll, fl-2009, kienet instabet innikotina f kampjuni ta faqqiegħ boletus. Għal darb oħra, il-kummissjoni Ewropea kkuntattjat lill-efsa b talba għal opinjoni rigward jekk in-nikotina kinitx tirrappreżenta theddida għas-sigurtà. It-talba waslet fis-27 ta April u l-iskadenza għad-dikjarazzjoni kienet stabbilita għal għaxart ijiem wara, fis-7 ta Mejju. L-Awtorità kkonkludiet li r-residwi li nstabu kienu tabilħaqq jirrappreżentaw riskju potenzjali għas-saħħa talkonsumaturi. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-efsa, il-kummissjoni Ewropea u l-istati Membri stabbilixxew linji gwida li jiżguraw livell għoli ta ħarsien tal-konsumaturi fl-ue. B mod partikolari, kienu stabbiliti programm ta sorveljanza u valuri bħala linja gwida temporanja għar-residwi fil-faqqiegħ frisk u mnixxef. F dawn iż-żewġ każijiet urġenti, l-awtorità kienet kapaċi tipprovdi l-pariri b mod rapidu u tevita li jinħoloq tħassib pubbliku mingħajr ħtieġa. Lejn effiċjenza u effikaċja Ix-xogħol xjentifiku tal-efsa wkoll kompla jikber fl-2009, bin-numru tal-mandati għal pariri xjentifiċi, prinċipalment mill-kummissjoni Ewropea, jiżdied minn madwar 285 fl-2008 għal 317 fl-2009. Fl-istess ħin, il-produzzjoni xjentifika żdiedet ukoll b mod sinifikanti: total ta 636 fl-2009 meta mqabbla ma 489 fl-2008, żieda ta 30 %. B mod partikolari, il-kisbiet fl-effiċjenza marbuta maż-żieda fir-riżorsi ddedikati għall-unitajiet li jitt rattaw l-applikazzjonijiet (l-unitajiet ANS, CEF, FEEDAP, OĠI, NDA u PRAPeR) f dawn l-aħħar snin kienu akkumpanjati minn żieda sinifikanti filproduttività tagħhom, minn 165 opinjoni adottati fl-2008 għal 435 fl-2009. Barra minn hekk, bħala appoġġ għall-bordijiet u biex tiżdied aktar il-produzzjoni tagħhom, kienu esternalizzati aktar attivitajiet permezz ta kuntratti u għotjiet (ara wkoll pġ.12), u żdied in-numru tal-esperti esterni li jgħinu lill-bordijiet fil-gruppi tax-xogħol. Barra minn hekk, l-awtorità kompliet tkabbar l-għarfien rigward ix-xogħol xjentifiku tal-efsa permezz ta relazzjonijiet proattivi mal-midja: 34 % talopinjoni jiet tal-efsa fl-2009 kienu appoġġjati minn attivitajiet għall-midja; permezz ta pubblikazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-ue, 19-il avveniment madwar l-ewropa, u titjib kontinwu fil-websajt tal- EFSA biex jittejbu aktar l-użabilità u l-aċċessibilità tagħha. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 33

III. ĦARSA L QUDDIEM LEJN L-2010 34 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

III. ĦARSA L QUDDIEM LEJN L-2010 Fl-2009, l-awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-ikel kompliet tintiseġ b mod strett fit-tessut tas-sistema tas-sigurtà fl-ikel tal-ue u kienet dejjem aktar viżibbli fuq livell internazzjonali. Fl-2010, l-efsa qed timmira li tkompli tibni fuq dawn il-kisbiet billi tagħti spinta lill-kapaċità tal-evalwazzjoni tar-riskju fl-ewropa, issaħħaħ l-effikaċja tal-komunikazzjonijiet tagħha u tikkonsolida l-attrattività tagħha għallpersunal u l-esperti. Fl-2010, l-efsa ser tkompli tara x-xogħol tagħha jiżdied, b mod partikolari fil-qasam tal-awtorizzazzjonijiet. Waqt li tkompli tagħmel il-flussi tax-xogħol tagħha aktar effiċjenti, il-produttività tal-efsa ser twassal għal produzzjoni mistennija ta madwar 900 prodott xjentifiku. Spinta lillkapaċità tal-evalwazzjoni tar-riskju fl-ewropa tfisser il-kondiviżjoni tal-programmi tax-xogħol tal-efsa mal-aġenziji nazzjonali fi stadju bikri biex jitħaffef l-ippjanar tagħhom fuq terminu medju ta żmien u l-issettjar tal-prijoritajiet b rabta mal-kummissjoni. Proġett importanti ieħor għall-awtorità fl-2010 huwa li tkompli tibni l-attivitajiet tagħha ta ġbir tad-dejta madwar l-ewropa. L-għan se jkun li titjieb aktar il-konsistenza tad-dejta fl-istati Membri biex id-dejta ssir aktar komparabbli. Eżempju ta dan huwa l-proġett Menu tal-ue X hemm fil-menu fl- Ewropa? li jimmira li jarmonizza l-ġbir tad-dejta dwar il-konsum tal-ikel fl-ewropa. Biex tpoġġi dan ix-xogħol kollu f perspettiva, l-efsa ser toħroġ l-ewwel Strateġija Xjentifika tagħha fl-2010. Ser tkompli l-kooperazzjoni qawwija tal-efsa mal-istati Membri, il-partijiet interessati u atturi oħra fil-katina tal-ikel biex ikun żgurat li l-ħarsien tal-konsumatur u l-politika dwar is-saħħa jkunu appoġġjati mill-aktar evidenza xjentifika robusta disponibbli u li l-efsa tibqa influwenti fl-iżvilupp ta metodoloġiji ta evalwazzjoni tar-riskju fl-ewropa u lil hinn minnha. Għal dan il-għan, l-efsa ser tkompli timplimenta l-approċċ strateġiku tagħha għallattivitajiet internazzjonali. B Kummissjoni Ewropea u Parlament Ewropew li nħatru mill-ġdid, l-efsa ser tiżviluppa rabtiet aktar qawwija mal-istituzzjonijiet tal-ue. Għan fundamentali tal-awtorità jibqa t-tisħiħ tal-fiduċja fl- EFSA u fis-sistema tas-sigurtà fl-ikel tal-ue permezz ta komunikazzjoni tar-riskju effettiva u permezz ta djalogu mal-imsieħba u l-partijiet interessati. L-EFSA ser tirrevedi wkoll l-istrateġija talkomunikazz joni tagħha, adottata għall-ewwel darba fl-2006, biex tqis it-tibdiliet fix-xenarju talkomunikazzjoni, kif ukoll it-tkabbir u l-evoluzzjoni tal-organizzazzjoni. L-approċċ ġenerali jimmira li jkompli r-relazzjonijiet ta xogħol mill-qrib malaġenziji nazzjonali tas-sigurtà fl-ikel u n-netwerks tal-partijiet interessati waqt li jsir aktar titjib fissempliċità tal-komunikazzjonijiet tagħha u jitwessa aktar il-kuntatt mal-pubbliku. L-istrateġija tal-komunikazzjoni rriveduta ser tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni pubblika u mistennija li tkun sottomessa lill-bord tat-tmexxija għall-validazzjoni finali sal-aħħar tal-2010. Fl-2010, l-efsa ser tkompli ssaħħaħ ukoll ir-relazzjoni jiet mal-partijiet interessati. Għal dan il-għan, hija ser tiżviluppa pjan tax-xogħol kontinwu li ser jiġi aġġornat kontinwament. Dan il-pjan ser jipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-attivitajiet u l-avvenimenti kollha organizzati għal u mal-partijiet interessati. L-eżempji jinkludu: dejjem aktar laqgħat tekniċi mal-partijiet interessati fl-2010; grupp ta ħidma ġdid li jipproponi modi għal aktar tisħiħ tal-involviment tal-partijiet interessati flattivitajiet tal-efsa, b żieda mal-parteċipazzjoni f konsultazzjonijiet pubbliċi u l-avvenimenti xjentifiċi tal-efsa; u l-formazzjoni ta gruppi konsultattivi. Bħala konklużjoni, l-efsa ser tkompli tibni fuq ilprogress li sar fl-aħħar snin biex tindirizza x-xogħol dejjem jiżdied waqt li tinvolvi aktar lill-imsieħba u lill-partijiet interessati fil-livelli nazzjonali, Ewropej u internazzjonali. Dan ser jiżgura li l-efsa tkompli tkun lesta u kapaċi twettaq il-parti tagħha fil-ħarsien tas-sigurtà fl-ikel u tas-saħħa pubblika fl- Ewropa. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 35

ANNES I TABELLA ORGANIZZATTIVA 36 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNES I TABELLA ORGANIZZATTIVA BORD TAL-IMMANIĠĠJAR KUMITAT XJENTIFIKU U FORUM KONSULTATTIV D. Liem UFFIĊĊJU TAD-DIRETTUR EŻEKUTTIV U TAL-BORD TAL-IMMANIĠĠJAR G. Gizzi DIRETTUR EŻEKUTTIV Catherine Geslain-Lanéelle STRATEĠIJA U PROSPETTIVA C. Majewski AWDITJAR INTERN D. Caira IMMANIĠĠJAR TAL-KWALITÀ A. Van Impe AMMINISTRAZZJONI O. Ramsayer VALUTAZZJONI TAR-RISKJU R. Maijala KOOPERAZZJONI U GĦAJNUNA XJENTIFIKA H. Deluyker KOMUNIKAZZJONIJIET A.-L. Gassin KONTIJIET P. Pinhal PROTEZZJONI TAD-DEJTA C. Reunis SAĦĦA U BENESSERI TAL-ANNIMALI (AHAW) F. Berthe ADDITTIVI FL-GĦALF (FEEDAP) C. Roncancio Peña KOOPERAZZJONI XJENTIFIKA (SCO) B. Berger METODOLOĠIJA TAL- EVALWAZZJONI (AMU) D. Verloo UFFIĊĊJU GĦALL-ISTAMPA S. Pagani INFORMAZZJONI U AVVENIMENTI PUBBLIĊI (PIE) C. Buller FINANZI F. Monnart IT U OPERAZZJONIJIET F. Angelucci ADDITTIVI TAL-IKEL U SORSI TAN-NUTRI- JENTI (ANS) H. Kenigswald ORGANIŻMI MMODI- FIKATI ĠENETIKAMENT (GMO) P. Bergman RISKJI EMERĠENTI (EMRISK) T. Robinson ĠBIR U ESPOŻIZZJONI TAD-DEJTA (DATEX) S. Fabiansson WEB Y. Gamming RIŻORSI UMANI N. Le Gourierec AFFARIJIET LEGALI U TAL-POLITIKA D. Detken PERIKLI BIJOLOĠIĊI (BIOHAZ) M. Hugas NUTRIZZJONI (NDA) J. Kleiner PESTIĊIDI (PRAPeR) H. Fontier ŻOONOŻI (Ġbir tad-dejta) P. Makela MATERJALI F KUNTATT MAL-IKEL, ENZIMI, ĦWAWAR (CEF) A. Feigenbaum KONTAMINANTI (CONTAM) C. Heppner SAĦĦA TAL-PJANTI (PLH) E. Ceglarska PRODOTTI GĦALL- PROTEZZJONI TAL-PJANTI (PPR) M. Dunier-Thomann Direttorat Unità Sezzjoni R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 37

ANNESS II LISTA TA AKRONIMI 38 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS II LISTA TA AKRONIMI ADI Teħid Aċċettabbli ta Kuljum AFCWG Grupp tax-xogħol tal-komunikazzjonijiet tal-forum Konsultattiv AHAW Bord/Unità dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali AMR Reżistenza Antimikrobika AMU Unità tal-metodoloġija tal-evalwazzjoni ANS Bord/Unità dwar l-addittivi tal-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda mal-ikel BIOHAZ Bord/Unità dwar il-perikli bijoloġiċi BPA Bisphenol A BSE Enċefalopatija Sponġiformi Bovina CEF Bord/Unità dwar il-materjali f kuntatt mal-ikel, l-enzimi, is-sustanzi għat-togħma u l-għajnuniet tal-ipproċessar INEX Sistema ta reviżjoni interna u esterna tal-efsa ĊKR Ċentru Konġunt tar-riċerka KE Kummissjoni Ewropea CONTAM Bord/Unità dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel MRL(s) Livell(i) Massimu(i) ta Residwu(i) DATEX Ġbir tad-dejta u Espożizzjoni (Unità) MRSA Staphylococcus Aureus Reżistenti għall-metiċillina DĠ: Direttorat Ġenerali (Kummissjoni Ewropea) NDA Bord/Unità dwar il-prodotti tad-dieta, in-nutrizzjoni u l-allerġiji DĠ SANCO DĠ Saħħa u Konsumaturi, Direttorat Ġenerali għas-saħħa u l-konsumaturi PE Il-Parlament Ewropew DRV(s) Valur(i) ta Referenza tad-dieta PLH Bord/Unità dwar is-saħħa tal-pjanti ECDC Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard PPR Bord/Unità dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-residwi tagħhom ECHA Aġenzija Ewropea tas-sustanzi Kimiċi PRA Analiżi tar-riskju ta Pesti EFSA Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-ikel PRAPeR Unità dwar Studju bejn il-pari dwar l-evalwazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi EMA Aġenzija Ewropea tal-mediċini RA Direttorat għall-evalwazzjoni tar-riskju EMRISK Riskji Emerġenti (Unità) RASFF Sistema ta Twissija Rapida għall-ikel u l-għalf (Unjoni Ewropea) ENVI ESCO FAO Kumitat għall-ambjent, is-saħħa Pubblika u s-sigurezza tal-ikel (Il-Parlament Ewropew) Kooperazzjoni Xjentifika tal-efsa Organizzazzjoni tal-ikel u l-biedja tan-nazzjonijiet Uniti SC SCA SCENIHR Kumitat Xjentifiku Kooperazzjoni u Għajnuna Xjentifika (Direttorat) Kumitat Xjentifiku dwar ir-riskji tas-saħħa Emerġenti u Ġodda (Il-Kummissjoni Ewropea) FEEDAP Bord/Unità dwar l-addittivi u l-prodotti jew is-sustanzi użati fl-għalf SCO Unità dwar Kooperazzjoni Xjentifika ĠI Ġenetikament Immodifikat(i) TSE Enċefalopatija Sponġiformi Trasmessibbli GMO(s) Organiżmu(i) Ġenetikament Immodifikat(i) UE L-Unjoni Ewropea HC Health Canada US L-Istati Uniti IAS Servizzi tal-verifika Interna (Il-Kummissjoni Ewropea) WHO Organizzazzjoni Dinjija tas-saħħa R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 39

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 40 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Produzzjoni xjentifika tal-efsa fl-2009 Kumitat / Taqsima Opinjonijiet tal-kumitat Xjentifiku / Kumitati dwar Applikazzjonijiet Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat Xjentifiku / Kumitati Stqarrijiet tal- Kumitat Xjentifiku / Kumitati Gwida tal-kumitat Xjentifiku / Kumitati Stqarrijiet tal-efsa Gwida tal-efsa Konklużjonijiet dwar l-istudju bejn il-pari dwar il-pestiċidi Opinjonijiet raġunati Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa Rapporti esterni* Kumitat Xjentifiku (SC) - 2-3 1 - - - 7 - Saħħa u Benesseri tal-annimali (AHAW) - 15 1 1 - - - - 2 7 Addittivi tal-ikel u Sorsi ta Nutrijenti (ANS) 33 2 37 1 - - - - - - Perikli bijoloġiċi (BIOHAZ) 2 16 2-2 - - - - - Materjali ta kuntatt mal-ikel, enzimi, ħwawar (CEF) 78 3-2 1 - - - 2 - Kontaminanti (CONTAM) - 12 2-1 - - - - 2 Addittivi tal-ikel (FEEDAP) 36 3-1 - 1 - - - 1 Organiżmi Modifikati Ġenetikament (GMO) 17 9 1-1 - - - 16 - Nutrizzjoni (NDA) 165 9 - - 1 2 - - - - Saħħa tal-pjanti (PLH) - 2 1 1 - - - - - 10 Prodotti ta Protezzjoni tal-pjanti (PPR) - 8 - - - 1 - - 5 1 Metodoloġija tal-evalwazzjoni (AMU) - - - - - - - - 1 2 Ġbir u espożizzjoni tad-dejta (DATEX) - - - - - 1 - - 4 2 Riskji emerġenti (EMRISK) - - - - - - - - 2 1 Pestiċidi (PRAPeR) - - - - 1-28 76 1 - Kooperazzjoni Xjentifika (SCO) - - - - - - - - - 2 Żoonożi (Ġbir ta dejta) - - - - - - - 14 5 Total 331 81 44 9 8 5 28 76 54 33 Produzzjoni xjentifika totali tal-efsa 636 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 41

Il-Kumitat Xjentifiku Il-kompitu prinċipali tal-kumitat Xjentifiku huwa li jipprepara pariri xjentifiċi fil-qasam ta approċċi ġodda u armonizzati għall-valutazzjoni tar-riskju tal-ikel u l-għalf. Huwa jipprovdi wkoll parir strateġiku lid-direttur Eżekuttiv tal-efsa. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat Xjentifiku 2 Gwida tal-kumitat Xjentifiku 3 Stqarrijiet tal-efsa 1 Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 7 Ġew imfittxija aktar pariri mill-kumitat Xjentifiku dwar l-implikazzjonijiet tal-ikklonjar tal-annimali, b mod partikolari sabiex jipprovdu aktar dettalji dwar ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fl-opinjoni dwar l-ikklonjar tal-annimali li kienet ippubblikata fl-2008. F Ġunju 2009 ġiet ippubblikata stqarrija tal- EFSA. Il-Kumitat Xjentifiku ġie mitlub ukoll jipprepara dokument ta gwida għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta applikazzjonijiet li jinvolvu l-applikazzjoni tan-nanoxjenza u tan-nanoteknoloġiji għall-ikel u l-għalf. Inbeda x-xogħol sabiex jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-valutazzjoni tar-riskju ta applikazzjonijiet ta nanoteknoloġiji relatati mal-ikel safejn huwa possibbli bl-għarfien preżenti. Il-gwida għandha tiġi ffinalizzata sas-sajf 2010. L-approċċi għar-reżistenza antimikrobika, attività trasversali għall-efsa, ġew indirizzati kemm mill-kumitat GMO kif ukoll mill-kumitat BIOHAZ bl-appoġġ tal-president tal-kumitat Xjentifiku li mexxa grupp ta ħidma dwar dan is-suġġett. Il-Kumitat Xjentifiku adotta dokument li jiffoka fuq it-trasparenza fil-kontributi xjentifiċi prodotti mill-efsa. Dan id-dokument jindirizza l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu applikati fl-identifikazzjoni ta sorsi tad-dejta, il-kriterji għallinklużjoni/esklużjoni tad-dejta, il-kunfidenzjalità tad-dejta, is-suppożizzjonijiet u l-inċertezzi. Il-Kumitat Xjentifiku u l-gruppi ta Ħidma tiegħu kkontribwew għall-iżvilupp, il-promozzjoni u l-applikazzjoni ta approċċi u metodoloġiji ġodda u armonizzati għall-valutazzjoni tar-riskju fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf. B mod partikolari, ġie ffinalizzat id-dokument ta gwida dwar it-trasparenza fil-valutazzjoni tar-riskju, wara konsultazzjoni pubblika. Ġie ffinalizzat dokument gwida ieħor dwar l-użu ta approċċ b doża ta referenza (BMD) fil-valutazzjoni tar-riskji; fl-2010 se jiġi organizzat workshop biex tiġi żviluppata l-kompetenza esperta tal-efsa f dan il-qasam u tkun assigurata l-implimentazzjoni ta approċċ armonizzat fil-kumitati kollha. Ġiet ippubblikata wkoll l-opinjoni dwar l-approċċi eżistenti għas-sostituzzjoni, tnaqqis u rfinar tal-ittestjar talannimali fil-valutazzjoni tar-riskji tal-ikel u l-għalf. Ġiet iffinalizzata l-gwida dwar il-valutazzjoni tassigurtà tal-botaniċi u tal-preparazzjonijiet botaniċi, billi tqiesu r-rakkomandazzjonijiet li għamel ilgrupp ta ħidma ESCO (Kooperazzjoni Xjentifika tal-efsa) dwar każijiet magħżula. F Novembru 2009 ġie organizzat workshop biex jippreżenta l-ħidma magħmula mill-efsa lill-partijiet interessati u lill- Istati Membri, u biex jiddiskuti t-triq possibbli l quddiem dwar din il-kwistjoni. Għaddejja ħidma dwar l-applikabilità aktar wiesgħa tal-kunċett ta limitu tat-tħassib tossikoloġiku fil-valutazzjoni tar-riskji tal-efsa. L-opinjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji/ benefiċċji tal-ikel se tiġi ffinalizzata fl-2010 wara konsultazzjoni pubblika. Twaqqaf grupp ta ħidma ġdid sabiex jipprovdi kummentarju u rakkomandazzjonijiet dwar strateġiji għall-ittestjar tal-ġenotossiċità filkamp tal-attivitajiet tal-efsa. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 42 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Saħħa u Benesseri tal-annimali Il-Kumitat dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali (il-kumitat AHAW) jipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar kull aspett tal-mard tal-annimali u l-benesseri tal-annimali. Il-ħidma tiegħu tikkonċerna primarjament l-annimali li jipproduċu l-ikel, inkluż il-ħut. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet Ġeneriċi 15 Stqarrijiet tal-kumitat AHAW 1 Gwida tal-kumitat AHAW 1 Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 2 Rapporti esterni* 7 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa Il-Kumitat AHAW adotta 13-il opinjoni xjentifika dwar kwistjonijiet relatati mal-benesseri talannimali li jkopru l-benesseri tal-baqar tal-ħalib, l-isturdament u l-qtil ta speċijiet ta ħut, approċċi ġenerali għall-benesseri tal-ħut u l-kunċett li l-ħut kapaċi jħossu. Barra minn hekk, ġiet adottata stqarrija dwar il-ħtiġijiet ta riċerka għall-benesseri tal-ħut imrobbi fil-farms tal-ħut. Ġew adottati opinjonijiet xjentifiċi dwar il-brucella suis fil-majjali u l-mard ta emorraġija epiżootika. Tlesta rapport xjentifiku intern dwar l-influwenza pandemika l-ġdida (H1N1) bħala l-ewwel risposta tal-istat ta tħejjija ma diversi taqsimiet oħra. Taħt l-artikolu 36, ġew iffinalizzati rapporti esterni dwar it-tuberkulożi fl-annimali selvaġġi fl-ue, id-deni tal-emorraġija tal-kongo Krimew, il-mard ta emorraġija epiżootika, il-virus tas-settiċemija emorraġika virali, Bonamia spp. u linji gwida għall-valutazzjoni tar-riskju dwar il-benesseri tal-annimali fir-rigward tat-trasport. Tnedew żewġ sejħiet skont l-artikolu 36, dwar linji gwida għallvalutazzjoni tar-riskju għall-benesseri tal-annimali (trobbija u ġestjoni), u dwar l-impatt tal-għażla ġenetika fl-ispeċi tal-bhejjem fuq is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, rispettivament. Saret laqgħa teknika mal-partijiet interessati (NGOs, l-industrija, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u esperti mill-istati Membri) dwar l-għażla ġenetika fit-trobbija talbrojlers sabiex jiġu diskussi s-sorsi u d-disponibbiltà tad-dejta u approċċi għall-valutazzjoni tar-riskju sabiex isostnu l-mandat dwar l-aspetti tas-saħħa u l-benesseri tal-għażla ġenetika fil-brojlers. Barra minn hekk, tnediet sejħa pubblika għad-dejta għal dan il-mandat. Ġie adottat dokument ta gwida dwar prattika tajba fit-twettiq ta valutazzjoni xjentifika dwar is-saħħa tal-annimali bl-użu ta mudelli. F Mejju ġie organizzat Forum Konsultattiv speċjali dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali sabiex jiddiskuti suġġetti ta interess komuni u huwa propost li dan l-eżerċizzju jerġa jsir sabiex jippromwovi kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-istati Membri u l-efsa. Ġie ppubblikat rapport tekniku li jippreżenta r-riżultat ta stħarriġ imwettaq mit-taqsima tal-ahaw dwar l-organizzazzjoni, l-approċċ u l-proċeduri applikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju fir-rigward tas-saħħa u l-benesseri talannimali fl-istati Membri. Se tkompli l-ħidma fuq l-iżvilupp ta metodoloġiji għall-valutazzjoni tarriskju, fosthom proġett skont l-artikolu 36 dwar valutazzjonijiet tar-riskju fl-importazzjonijiet ibbażati fuq il-komoditajiet. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 43

Addittivi tal-ikel u sorsi ta nutrijenti miżjuda mal-ikel Il-Kumitat dwar l-addittivi tal-ikel u s-sorsi ta nutrijenti miżjuda mal-ikel (il-kumitat ANS) jittratta kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fl-użu tal-addittivi fl-ikel, sorsi ta nutrijenti u sustanzi oħra miżjuda apposta mal-ikel (għall-ħwawar u l-enzimi, ara p. 46). Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet tal-kumitat ANS dwar Applikazzjonijiet 33 Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat ANS 2 Stqarrijiet tal-kumitat ANS 37 Gwida tal-kumitat ANS 1 Ġew adottati 72 opinjoni u dikjarazzjonijiet xjentifiċi mill-kumitat ANS li jikkorrispondu għal 157 dossier ta applikazzjoni. Sabiex tiġi ffinalizzata l-evalwazzjoni tas-sorsi ta nutrijenti, ġew adottati 23 opinjoni xjentifika u 36 dikjarazzjoni xjentifika li jikkorrispondu għal 144 dossier ta applikazzjoni. Kompliet il-valutazzjoni tar-riskju ta addittivi oħra tal-ikel (eż. l-evalwazzjoni ta addittivi ġodda tal-ikel u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-kuluri li jintużaw fl-ikel) u l-kumitat adotta 12-il opinjoni xjentifika (10 opinjonijiet dwar applikazzjonijiet u 2 opinjonijiet ġeneriċi) u stqarrija waħda f dan il-qasam. F Mejju 2009 ġew iffinalizzati żewġ kuntratti maħruġa fl-2008 għat-tħejjija ta dokumenti ta qabel l-evalwazzjoni, għall-evalwazzjoni tas-sorsi ta nutrijenti għas-supplimenti tal-ikel. Ġew iffirmati erba kuntratti ġodda sabiex isostnu l-mandati preżenti u dawk futuri dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi tal-ikel. Saret laqgħa massegretarjat tal-kumitat Konġunt ta Esperti tal-fao/ WHO dwar l-addittivi fl-ikel (JECFA) sabiex tiġi diskussa l-koope razzjoni. Kienu ppubblikati tliet sejħiet pubbliċi għall-informazzjoni sabiex tinġabar dejta għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta diversi addittivi tal-ikel li jappartjenu għall-kategoriji funzjonali talpreservattivi, antiossidanti, emulsjonanti, stabbilizzaturi, sustanzi li jgħaqqdu u x-xema. Il-Kumitat ANS adotta stqarrija dwar ir-rekwiżiti ta informazzjoni għall-applikazzjonijiet taladdittivi tal-ikel bil-għan li tiġi pprovduta bażi għall-preparazzjoni fil-ġejjieni ta gwida dwar l-applikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel. F Mejju ġie ffinalizzat kuntratt ta akkwist sabiex jinkisbu kummenti dwar il-gwida eżistenti għall-applikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel u proposti għal aktar żvilupp ta gwida aġġornata. Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati wkoll bil-miktub dwar il-gwida eżistenti. Hija ppjanata gwida ġdida għall-applikazzjonijiet taladdittivi tal-ikel. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 44 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Perikli bijoloġiċi fosthom it-tses Il-Kumitat tal-efsa dwar il-perikli bijoloġiċi (il-kumitat BIOHAZ) jittratta perikli bijoloġiċi relatati mas-sigurtà fl-ikel, il-mard li jinġarr fl-ikel, l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs), il-mikrobijoloġija tal-ikel, l-iġjene tal-ikel u kwistjonijiet assoċjati relatati mal-immaniġġjar tal-iskart. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet tal-kumitat BIOHAZ dwar Applikazzjonijiet 2 Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat BIOHAZ 16 Stqarrijiet tal-kumitat BIOHAZ 2 Stqarrijiet tal-efsa 2 Fl-2009, il-kumitat BIOHAZ adotta total ta 24 opinjoni u rapport xjentifiku. Inħarġet opinjoni konġunta dwar l-amr b kollaborazzjoni mal-emea, l-ecdc u s-scenihr, u rapport xjentifiku konġunt dwar l-istaphylococcus aureus reżistenti għall-meticillin (MRSA) b kollaborazzjoni mal-ecdc u l-emea. Barra minn hekk, BIOHAZ adotta opinjoni dwar il-mrsa fl-annimali u fl-ikel u ħareġ opinjoni konġunta mal- Kumitat GMO dwar l-użu ta ġeni AMR bħala markaturi fi pjanti GM. Opinjonijiet oħra ttrattaw: l-użu ta batterjofaġi fil-produzzjoni tal-ikel; aspetti tal-benesseri tal-baqar tal-ħalib relatati mas-sigurtà fl-ikel; il- Campylobacter; ir-reżistenza għall-bse fil-mogħoż; il-bse fil-kisjiet intestinali tal-ifrat; ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali relatat mar-reviżjoni tarreġim ta monitoraġġ tal-bse f xi Stati Membri; u tliet opinjonijiet dwar prodotti sekondarji mill-annimali (ABP). L-ewwel mudell ta valutazzjoni kwantitattiva sħiħa tar-riskju mikrobijoloġiku (QMRA) madwar l-ue kollha tas-salmonella fil-ħnieżer, iffinanzjat taħt l-artikolu 36, ġie konkluż fl-2009. Kien organizzat workshop ma esperti u partijiet interessati u l-kumitat BIOHAZ se jagħti l-opinjoni tiegħu bbażata fuq ir-rapport, fl-2010. Saru wkoll laqgħat għall-partijiet interessati mal-industrija tal-laħam Aħmar (UECBV) u mal-european Fat Processors and Renderers Association (EFPRA). Tlesta l-proġett mogħti b kuntratt dwar id-destin tas-salmonella spp. fuq il-karkassi talbrojlers. F Ġunju u f Ottubru 2009 saru laqgħat tan-netwerks dwar il-valutazzjoni tar-riskju Mikrobijoloġiku u dwar il-bse-tse, rispettivament. Kienet adottata l-opinjoni dwar il-manteniment tal-lista ta mikroorganiżmi ta Suppożizzjoni Kkwalifikata tas-sigurtà (QPS). Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 45

Materjali li jmissu mal-ikel, enzimi, ħwawar u għajnuniet tal-ipproċessar Il-Kumitat dwar materjali li jmissu mal-ikel, enzimi, ħwawar u għajnuniet tal-ipproċessar (il-kumitat CEF) jittratta kwistjonijiet relatati mal-użu mingħajr periklu ta materjali li jmissu mal-ikel, enzimi, ħwawar u għajnuniet tal-ipproċessar, u anki kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-proċessi. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet tal-kumitat CEF dwar Applikazzjonijiet 78 Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat CEF 3 Gwida tal-kumitat CEF 2 Stqarrijiet tal-efsa 1 Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 2 Il-Kumitat CEF adotta total ta 78 opinjoni li 38 minnhom kienu jittrattaw 300 sustanza tat-taħwir u 29 kienu jittrattaw sustanzi użati biex jiġu mmanifatturati materjali li jmissu mal-ikel. Barra minn hekk, ġew adottati total ta 11-il opinjoni dwar ħwawar tadduħħan. Ingħata parir urġenti fil-forma ta stqarrija mill-efsa dwar ir-riskji li jista jkun hemm assoċjati ma 4-benzophenone u hydroxybenzophenone li joriġinaw minn materjali li jmissu mal-ikel. B kollox ġew organizzati 8 laqgħat mal-partijiet interessati (l-industrija, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-kummissjoni). L-evalwazzjoni li għaddejja ta 2,600 sustanza ta taħwir preżenti fis-suq kienet appoġġjata minn żewġ kuntratti u kienu assenjati żewġ kuntratti ġodda għal ħidma preparatorja filqasam tal-materjali li jmissu mal-ikel. Il-Kumitat CEF adotta linji gwida għall-evalwazzjoni ta imballaġġ attiv u intelliġenti u l-evalwazzjoni talenzimi tal-ikel. Saru konsultazzjonijiet pubbliċi għal tliet dokumenti ta gwida dwar l-enzimi, l-imballaġġ attiv u intelliġenti, u l-ħwawar. Kienu organizzati tmien laqgħat mal-industrija sabiex jiġu diskussi u ċċarati r-rekwiżiti stabbiliti fid-dokument ta gwida għall-evalwazzjoni tal-enzimi. Barra minn hekk, kienu adottati opinjonijiet dwar il-kjarifika tal-marġni tassigurtà applikat għall-evalwazzjonijiet tal-ħwawar tad-duħħan u l-valutazzjoni tal-espożizzjoni taddieta għall-ħwawar tad-duħħan. Tlestiet valutazzjoni tas-sigurtà tas-solvent ta estrazzjoni dimethylether. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 46 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Kontaminanti fil-katina tal-ikel Il-Kumitat dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel (il-kumitat CONTAM) huwa responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel u tal-għalf, u sustanzi mhux mixtieqa bħal tossikanti naturali, mikotossini u residwi ta sustanzi mhux awtorizzati mhux koperti minn Kumitati oħra. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat CONTAM 12 Stqarrijiet tal-kumitat CONTAM 2 Stqarrijiet tal-efsa 1 Rapporti esterni* 2 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa Il-Kumitat CONTAM adotta 14-il produzzjoni xjentifika (12-il opinjoni u żewġ stqarrijiet). Tliet opinjonijiet ittrattaw l-impatt ta metalli bħall-kadmju, l-arseniku u l-uranju. Barra minn hekk, ġew iffinalizzati ħames opinjonijiet dwar tossini rregolati talfrott tal-baħar bil-qoxra. Il-Kumitat ħareġ stqarrija li tindirizza l-influwenza tal-ipproċessar tat-tossini tal-frott tal-baħar bil-qoxra u stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa pubblika tal-aflatossini fil-ġewż, ħlief il-lewż, il-ġellewż u l-pistaċċi. Ġiet iffinalizzata l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-annimali minn tossikanti naturali tal-pjanti preżenti fl-għalf tal-annimali (żewġ opinjonijiet). Wara talba mill- Kummissjoni, il-kumitat CONTAM evalwa l-kriterji u s-sigurtà tas-sustanzi li jiġu ttrasportati bħala merkanzija f kontejners tal-vapuri li mbagħad jintużaw biex jittrasportaw xaħmijiet u żjut għall-ikel fl-ue (żewġ opinjonijiet). Barra minn hekk, il-kumitat CONTAM f kollaborazzjoni mat-taqsimiet tad-datex u l-praper, ipprovda parir rapidu dwar in-nikotina fil-faqqiegħ selvaġġ li ppermetta lill-kummissjoni biex timplimenta miżuri f waqthom sabiex tħares is-saħħa pubblika. Filqafas ta proġett skont l-artikolu 36 ġiet żviluppata b suċċess bażi tad-dejta dwar prodotti mediċinali veterinarji użati f Pajjiżi Terzi; din il-bażi tad-dejta tiffaċilita approċċ proattiv għall-preparazzjoni għattalbiet futuri dwar il-limiti ta residwi ta sustanzi farmakoloġiċi attivi fl-ikel li ġej mill-annimali. Ġie ppreparat dokument ta sfond permezz ta proġett skont l-artikolu 36, li jiġbor fil-qosor informazzjoni relatata mal-analiżi, l-inċidenza u t-tossikoloġija ta tmien mikotossini u prodotti naturali tal-pjanti, sabiex jiffaċilita l-valutazzjonijiet tar-riskju filġejjieni. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 47

Addittivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf tal-annimali Il-Kumitat tal-efsa dwar addittivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf tal-annimali (il-kumitat FEEDAP) jipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar is-sigurtà u/jew l-effikaċja tal-addittivi u l-prodotti jew sustanzi użati fl-għalf tal-annimali. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet tal-kumitat FEEDAP dwar Applikazzjonijiet 36 Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat FEEDAP 3 Gwida tal-kumitat FEEDAP 1 Gwida tal-efsa 1 Rapporti esterni* 1 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa Il-Kumitat FEEDAP adotta total ta 36 opinjoni filqafas tar-regolament (KE) Nru 1831/2003, fosthom 22 opinjoni għal prodotti ġodda jew estensjoni talużu ta prodotti awtorizzati, waħda għal evalwazzjoni mill-ġdid, tlieta li jgħaqqdu użu ġdid u evalwazzjoni mill-ġdid, tnejn għal modifika fit-termini tal-awtorizzazzjoni ta prodott awtorizzat, waħda għal awtorizzazzjoni urġenti u seba talbiet għall-evalwazzjoni ta informazzjoni supplimentari ppreżentata millapplikanti wara opinjonijiet inkonklużivi. Adozzjonijiet oħra kienu jinkludu: parti III tal-opinjoni dwar il-karotenojdi fir-rigward tal-karotenojdi sofor; opinjoni dwar ir-ractopamine; u opinjoni dwar l-użu ta komposti tal-kobalt bħala addittivi finnutrizzjoni tal-annimali. Saru disa seduti tekniċi ma assoċjazzjonijiet tal-industrija/applikanti sabiex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet. Sabiex titħejja l-ħidma għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi tal-għalf kollha eżistenti skont l-artikolu 10 tar-regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew organizzati ħames laqgħat mal-istati Membri, il-kummissjoni u l-laboratorju Komunitarju ta Referenza. Barra minn hekk, fl-2009 ġiet aġġornata l-gwida amministrattiva għall-applikanti għall-preżentazzjoni ta applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta addittivi tal-għalf. Bil-għan li jittejbu l-immaniġġjar, id-distribuzzjoni, l-arkivjar u l-valutazzjoni talinformazzjoni inkluża fl-applikazzjonijiet, inbdiet proċedura ta akkwist b kollaborazzjoni mat- Taqsima għall-operazzjonijiet tal-it (ITOP) tal-efsa għall-evalwazzjoni ta sistemi għas-sottomissjoni elettronika tad-dossiers. Ġiet mogħtija għotja skont l-artikolu 36 għall-preparazzjoni ta sensiela ta monografi dwar ir-rwol bijoloġiku, il-kontenut fl-għalf u l-ħtiġijiet fin-nutrizzjoni tal-annimali, ta 27 element traċċa u ultratraċċa. Il-Kumitat FEEDAP iffinalizza d-dokument ta gwida teknika għall-addittivi sensorji, li jtemm sett ta dokumenti ta gwida għall-applikanti dwar il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Ir-rapport estern ta proġett skont l-artikolu 36 dwar sustanzi ta detossifikazzjoni tal-mikotossini li jintużaw bħala addittivi fl-għalf, wasal, u se jintuża mill-kumitat FEEDAP fit-tħejjija tad-dokument ta gwida. Ingħatat għotja skont l-artikolu 36 għat-tħejjija ta rapport sabiex tinġabar u tiġi sintetizzata dejta u informazzjoni xjentifika dwar il-potenzjal tal-mikroorganiżmi u l-enzimi użati fl-ikel u fl-għalf li jikkawżaw sensitizzazzjoni respiratorja. Ir-rapport finali dwar proġett ta akkwist għall-evalwazzjoni preliminari tal-impatt ambjentali taż-żingu u r-ram li jintużaw fin-nutrizzjoni tal-annimali huwa mistenni f Jannar 2010. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 48 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Organiżmi Modifikati Ġenetikament Il-Kumitat dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament (il-kumitat GMO) jagħmel valutazzjonijiet tar-riskju tal-ikel GM u applikazzjonijiet għall-għalf, jipprovdi pariri xjentifiċi bi tweġiba għal talbiet ad hoc minn amministraturi tar-riskju, u jidentifika kwistjonijiet xjentifiċi li jeħtieġu aktar attenzjoni. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet tal-kumitat GMO dwar Applikazzjonijiet 17 Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat GMO 9 Stqarrijiet tal-kumitat GMO 1 Stqarrijiet tal-efsa 1 Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 16 Il-Kumitat GMO adotta 17-il opinjoni xjentifika li kienu jkopru 21 dossier ta applikazzjoni. L-EFSA ppubblikat 12-il rapport tekniku marbuta ma dossiers ta applikazz joni ( opinjonijiet ġenerali ), li flimkien malopinjoni xjentifika jinkludu wkoll il-kummenti tal-istati Membri u dokumenti oħra stipulati fir-regolament. Total ta 14 mill-opinjonijiet xjentifiċi adottati kienu jittrattaw applikazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta pjanti GM skont ir-regolament (KE) Nru 1829/2003, filwaqt li 3 kienu adozzjonijiet konġunti mal-kumitat FEEDAP (skont ir-regolament (KE) Nru 1831/2003). Kienu adottati b kollox 8 opinjonijiet ġeneriċi, 3 marbuta malevalwazzjoni ta informazzjoni ppreżentata b appoġġ għall-klawsoli ta Salvagwardja invokati mill-istati Membri (Artikolu 23 tad-direttiva 2001/18/KE), 2 marbuta ma talba mill-kummissjoni Ewropea dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-ġeni li jimmarkaw ir-reżistenza għall-antibijotiċi, u 3 dwar talbiet għal parir xjentifiku relatat ma opinjonijiet dwar applikazzjonijiet adottati qabel. Fl-2009, l-efsa organizzat 4 laqgħat ma esperti mill-istati Membri, 3 ma applikanti u laqgħa ma NGOs biex tiddiskuti l-applikazzjonijiet. Il-Kumitat GMO adotta abbozzi ta opinjonijiet xjentifiċi fuq gwida għall-analiżi statistika tad-dejta ġġenerata għal evalwazzjoni komparattiva tas-sigurtà fl-ikel u gwida dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti GM għal skopijiet mhux għall-ikel jew għall-għalf. Ittnejn kienu suġġetti għal konsultazzjoni pubblika, u kummenti minnha ġew inkorporati fil-verżjonijiet adottati. Il-Kumitat GMO adotta abbozz ta dokument ta gwida għall-applikanti dwar l-allerġeniċità talpjanti GM u l-mikroorganiżmi GM; f Diċembru 2009 tnediet konsultazzjoni pubblika u l-adozzjoni taddokument finali hija skedata għall-2010. Fil-proċess tal-iżvilupp ta gwida, saru laqgħat ma esperti mill- Istati Membri (2), l-applikanti (1) u partijiet terzi (2). Barra minn hekk, f Settembru 2009 fi Brussell saret konferenza dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-gmos għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, li laqqgħet flimkien 150 attur prinċipali mill-ewropa u lil hinn minnha. Sabiex tiġi appoġġjata l-ħidma tal-kumitat GMO fl-iżvilupp ta gwida għall-valutazzjoni tar-riskju tal-annimali GM, kienu ffirmati tliet proġetti mogħtija b kuntratt. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 49

Prodotti tad-dieta, Nutrizzjoni u Allerġiji Il-Kumitat NDA jittratta kwistjonijiet relatati man-nutrizzjoni umana, prodotti tad-dieta u allerġiji mill-ikel. Huwa jagħti parir ukoll dwar suġġetti assoċjati bħall-ikel ġdid, ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta għan-nutrijenti u l-enerġija, u r-regolament tal-ue dwar il-pretensjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet tal-kumitat NDA dwar Applikazzjonijiet 165 Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat NDA 9 Stqarrijiet tal-efsa 1 Gwida tal-efsa 2 Fl-2009, il-kumitat NDA adotta 174 opinjoni, li l-maġġoranza tagħhom (125) kienu jirrigwardaw pretensjonijiet funzjonali skont l-artikolu 13(1) li kienu jkopru 937 klejm. Dwar it-tfal u l-pretensjonijiet ta tnaqqis tar-riskju, kienu adottati 24 opinjoni u ġew adottati 10 opinjonijiet dwar pretensjonijiet ibbażati fuq żviluppi xjentifiċi ġodda u/jew dejta proprjetarja. Fil-kuntest tal-proċedura għallawtorizzazzjoni tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa, il-kumitat NDA adotta wkoll 2 opinjonijiet dwar il-kundizzjonijiet għall-użu ta pretensjonijiet dwar is-saħħa fuq l-aċidi grassi essenzjali u fuq l-isterols u l-istanols tal-pjanti. Fil-qasam tal-valutazzjoni tassigurtà tal-ikel ġdid, il-kumitat NDA adotta 5 opinjonijiet li jikkorrispondu għal 5 applikazzjonijiet. Barra minn hekk, il-kumitat adotta opinjonijiet dwar l-età xierqa għall-introduzzjoni tal-ikel kumplementari fit-trabi u l-eżenzjoni possibbli mill-ittikkettar għall-beta-amylase mix-xgħir. Rigward il-valuri dijetetiċi ta referenza, il-kumitat NDA nieda konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-abbozz ta opinjonijiet tiegħu dwar ix-xaħmijiet u l-karboidrati u organizza laqgħa tal-esperti mal-istati Membri sabiex jiddiskuti dawn l-opinjonijiet flimkien mal-abbozz ta opinjonijiet dwar linji gwida tad-dieta bbażati fuq l-ikel, prinċipji ġenerali għall-kisba u l-applikazzjoni ta valuri dijetetiċi ta referenza u valuri dijetetiċi ta referenza għall-ilma. Kienu adottati verżjonijiet riveduti ta dawn id-dokumenti li jinkorporaw il-kummenti riċevuti. Ġie adottat ukoll parir dwar l-ittikkettar tal-valuri ta konsum ta referenza għal elementi nutrizzjonali magħżula. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjonijiet ta pretensjonijiet dwar is-saħħa, l-efsa pprovdiet parir addizzjonali lill-applikanti fil-forma ta dokument bil-mistoqsijiet frekwenti (FAQ). L-abbozz ta FAQ kien suġġett għal konsultazzjoni pubblika u ġie diskuss f laqgħa mal-applikanti qabel ma ġie ffinalizzat bħala rapport tekniku tal-efsa. Il-kummenti riċevuti kemm mill-konsultazzjoni pubblika kif ukoll mil-laqgħa ġew ippubblikati flimkien ma spjegazzjoni fil-qosor ta kif ġew ikkunsidrati l-kummenti. L-EFSA kellha wkoll laqgħa mal-istati Membri u l-kummissjoni biex taġġornahom dwar l-evalwazzjoni tal-pretensjonijiet tas-saħħa skont l-artikolu 13(1) u, għal dan il-għan, tħejja abbozz ta dokument ta informazzjoni li ġie aġġornat u ppubblikat wara l-laqgħa bħala rapport tekniku tal-efsa. Ingħata kuntratt għal proġett dwar il-karatterizzazzjoni tal-probijotiċi fil-qafas talevalwazzjoni tal-pretensjonijiet dwar is-saħħa. Fid-dawl tar-reviżjoni imminenti tar-regolament dwar l-ikel ġdid, kienet organizzata konferenza xjentifika sabiex tirċievi input bikri mingħand ilpartijiet interessati għall-preparazzjoni ta gwida xjentifika u teknika riveduta għall-applikanti għallpreparazzjoni tal-applikazzjonijiet għal ikel ġdid. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 50 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Is-Saħħa tal-pjanti Il-Kumitat tal-efsa dwar is-saħħa tal-pjanti (il-kumitat PLH) jipprovdi pariri xjentifiċi dwar ir-riskji li jġibu magħhom il-pesti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-pjanti, lill-prodotti mill-pjanti jew lill-bijodiversità fl-ue. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat PLH 2 Stqarrijiet tal-kumitat PLH 1 Gwida tal-kumitat PLH 1 Rapporti esterni* 10 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa Il-Kumitat PLH adotta erba produzzjonijiet fl-2009, fosthom opinjonijiet dwar l-affidabilità u l-effikaċja ta metodu propost għat-trattament taċ-ċana infestata bin-nematodu tal-injam tal-arżnu Bursaphelenchus xylophilus u evalwazzjoni ta analiżi tar-riskju minn pesti (PRA) li għamel ir-renju Unit dwar l-oak processionary moth, Thaumetopoea processionea. Il-Kumitat ipproduċa wkoll stqarrija bħala risposta urġenti dwar proposta għat-trattament kiesaħ talpjanti tal-frawli sabiex tiġi eliminata l-bemisia tabaci mill-konsenji li jridu jintbagħtu mill-istati Uniti tal- Amerika lejn l-ue. Inħarġet ukoll gwida dwar l-evalwazzjoni tal-valutazzjonijiet tar-riskju minn pesti għal miżuri fitosanitarji magħmula minn partijiet terzi. Il-Kumitat PLH adotta dokument ta gwida għallevalwazzjoni ta PRAs magħmul minn partijiet terzi sabiex jiġġustifikaw miżuri fitosanitarji skont id-direttiva tal-kunsill 2000/29/KE. F Ottubru sar it-tieni Forum Konsultattiv Speċjali dwar is-saħħa tal-pjanti u l-aġenda kienet tinkludi l-ħtiġijiet ta informazzjoni, ir-riskji emerġenti u s-sorveljanza talpesti. Il-kollaborazzjoni mal-jrc dwar l-immudellar użat għat-tbassir tal-istabbiliment u l-firxa talorganiżmi li jagħmlu l-ħsara, wasslet għat-tnedija ta ClimPest, qafas għall-immudellar tal-adattabilità klimatika tal-pesti. Tlesta proġett skont l-artikolu 36 dwar inventarju ta sorsi tad-dejta għall-pras (PRASSIS) u ġiet iffirmata sejħa skont l-artikolu 36 għal approċċ komparattiv għall-istudji tal-każ għall- PRAs. Fl-aħħar tal-2009 ġie maqbul u ffirmat proġett kollaborattiv imġedded ma Agricast u JRC (Ispra). Id-dokument ta gwida dwar qafas armonizzat għallvalutazzjoni tar-riskji tal-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u lill-prodotti mill-pjanti ġie approvat millkumitat u l-kummenti riċevuti minn konsultazzjoni pubblika ġew inkorporati fid-dokument għalladozzjoni u l-pubblikazzjoni fl-2010. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 51

Prodotti ta protezzjoni tal-pjanti u r-residwi tagħhom Il-Kumitat PPR jipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti ta protezzjoni tal-pjanti (magħrufin b mod komuni bħala pestiċidi) u r-residwi tagħhom, billi jħares lejn ir-riskji għall-utent/ħaddiem, għall-konsumatur u għall-ambjent. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Opinjonijiet Ġeneriċi tal-kumitat PPR 8 Gwida tal-efsa 1 Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 5 Rapporti esterni* 1 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa Il-Kumitat PPR adotta opinjoni waħda dwar il-valutazzjoni tal-espożizzjoni kumulattiva tal-fungiċidi triazole u sitt opinjonijiet dwar l-aġġornament tal- Annessi II u III tad-direttiva 91/414 KEE. Fl-ewwel nofs tal-2010 hemm skedat li jiġu ppubblikati opinjonijiet dwar l-għażliet għall-għan ta protezzjoni u dwar l-iżvilupp ta ekoreġjuni. Il-Kumitat PPR adotta opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-espożizzjoni fil-ħamrija din hija relatata maddokument ta gwida li qed jiġi żviluppat dwar ilpersistenza tal-pestiċidi fil-ħamrija. Id-dokument ta gwida dwar il-valutazzjoni tar-riskju għall-għasafar u l-mammali ġie ppubblikat f Diċembru minn Grupp ta Ħidma konġunt li kien jinkludi rappreżentanti tal-istati Membri, il-kummissjoni Ewropea u l-efsa. Rapporti magħmulin permezz ta għotjiet skont l-artikolu 36 kienu użati fil-ħidma ta preparazzjoni għall-pubblikazzjoni ta dokumenti gwida dwar l-emissjonijiet minn sistemi ta uċuħ protetti (eż. serer) skedati għall-adozzjoni fl-2010, l-espożizzjoni tal-ħaddiema, l-operaturi, il-persuni fil-qrib u r-residenti, u għal opinjoni dwar it-twaqqif ta gruppi ta valutazzjoni komuni tas-sustanzi attivi għal valutazzjoni tar-riskju kumulattiv u l-evalwazzjoni tarrilevanza tossikoloġika tal-metaboliti tal-pestiċidi. Ġie ffirmat kuntratt ta għoti tax-xogħol għall-ħidma ta preparazzjoni għal gwida dwar l-assorbiment dermali. Permezz ta kuntratti mal-jrc, tlestew dokumenti gwida għall-prinċipji tal-evalwazzjoni tat-tagħbija tossikoloġika tal-metaboliti, il-prodotti ta degradazzjoni u ta reazzjoni tal-pestiċidi filkomoditajiet tal-ikel u dwar il-persistenza fil-ħamrija (għandhom jiġu ppubblikati fl-ewwel nofs tal-2010). It-Taqsima PPR organizzat żewġ workshops għallpartijiet interessati dwar id- destin tal-pestiċidi, f Mejju fil-jrc (Ispra) u f Novembru f Parma, b 70 u b 60 parteċipant, rispettivament. Fl-2010, se tkompli l-ħidma fuq l-aġġornament taż-żewġ dokumenti ta gwida eżistenti dwar l-ekotossikoloġija (tal-art u tal-ilma). Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 52 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Metodoloġija tal-valutazzjoni It-Taqsima dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni (AMU) tipprovdi appoġġ tekniku fil-qasam tal-istatistika, l-immudellar, l-immaniġġjar tad-dejta u l-valutazzjoni tar-riskju. Hija tikkontribwixxi b mod partikolari għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta approċċi ġodda jew irfinuti għall-valutazzjoni tar-riskju fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 1 Rapporti esterni* 2 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa L-AMU pprovdiet appoġġ xjentifiku għal opinjonijiet tal-kumitati dwar il-contam, PLH, AHAW, BIOHAZ u GMO u l-kumitat Xjentifiku. Dan kien jinkludi: għajnuna fl-immaniġġjar tad-dejta għallopinjonijiet tal-biohaz; analiżi epidemjoloġika u statistika għal BIOHAZ, CONTAM u PLH; u valutazzjonijiet sistematiċi tal-letteratura b metaanaliżijiet. Eżempju ta dawn tal-aħħar kien ir-rapport tekniku Metaanaliżi tar-relazzjoni bejn id-doża u l-effett tal-kadmju għall-evalwazzjoni tad- Doża ta Referenza li ġie integrat fl-opinjoni tal-con- TAM dwar il-kadmju. F Diċembru, l-amu, megħjuna minn grupp ta ħidma ta esperti esterni, ħarġet dokument ta gwida dwar l-applikazzjoni ta metodoloġija ta valutazzjoni sistematika għall-valutazzjonijiet tas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf. Din se tiġi ttestjata waqt workshop għallesperti u l-persunal tal-efsa fi Frar 2010. Mill-2003 l hawn, kien hemm rapporti fl-ewropa u fl-istati Uniti tal-amerika ta mortalità serja tan-naħal fix-xehdiet. Fl-2006 intuża għall-ewwel darba t-terminu Disturb tal-kollass tal-kolonja (CCD) biex jiddeskrivi dan ilfenomenu li huwa kkaratterizzat mit-telf rapidu talpopolazzjoni ta naħal adult minn kolonja. Filwaqt li ma kinitx stabbilita l-kawża tas-ccd, ġew proposti diversi etjoloġiji. Sabiex tinvestiga fatturi oħra possibbli ta riskju, l-amu nediet sejħa għal proġett miftuħ għall-organizzazzjonijiet kompetenti skont l-artikolu 36 tar-regolament (KE) Nru 178/2002. L-eżitu ta dan il-proġett ġie ppubblikat f Diċembru 2009. L-AMU ppubblikat ukoll rapport dwar mudelli kwantitattivi li jiddeskrivu l-firxa, l-istabbiliment jew l-iżvilupp ta pesti tal-pjanti fuq uċuħ tar-raba fl-ewropa, li jinkludi dejta ġeografika u klimatika u/ jew il-fenoloġija tal-pjanti bħala fatturi kontributorji. L-eżitu ta dan il-proġett, li kien sostnut b għotja skont l-artikolu 36, jinkludi wkoll inventarju elettroniku strutturat ta mudelli magħżula u analizzati, li se jkun utli għax-xogħol ta mmudellar ta tbassir fil-ġejjieni dwar il-pesti tal-pjanti. Filwaqt li l-ikel rikk fl-isoflavoni huwa kkunsidrat bħala parti minn dieta b saħħitha, jibqgħu ċerti mistoqsijiet fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq is-saħħa, it-tnaqqis fir-riskju tal-mard u t-titjib fil-kwalità talħajja. Wara konsultazzjoni mal-forum Konsultattiv, ġie stabbilit li dan is-suġġett huwa ta interess għal diversi Stati Membri. Għalhekk, l-amu ntalbet tistabbilixxi grupp ta ħidma ESCO li għandu jissottometti rapport fl-2010 li jipprovdi ħarsa ġenerali tal-letteratura dwar il-perikli potenzjali u l-benefiċċji għas-saħħa assoċjati mal-konsum tal-isoflavoni. L-AMU pprovdiet ukoll appoġġ epidemjoloġiku u ta mmudellar għall-istudji bażiċi tat-taqsima DATEX (β-casomorphin-7) u tat-taqsima dwar iż-żoonożi kif ukoll appoġġ ta ġestjoni tad-dejta għar-rapport annwali dwar ir-residwi tal-pestiċidi. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 53

Ġbir u Espożizzjoni tad-dejta It-Taqsima għall-ġbir u l-espożizzjoni tad-dejta (it-taqsima DATEX) tieħu ħsieb il-ġbir, il-kollazzjoni u l-analiżi ta dejta dwar il-konsum tal-ikel u l-inċidenza ta sustanzi kimiċi fl-ikel u fl-għalf għal valutazzjonijiet tal-espożizzjoni fuq livell Ewropew. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Gwida tal-efsa 1 Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 4 Rapporti esterni* 2 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa Impriża importanti għat-taqsima DATEX kienet il-ħolqien ta Grupp ta Ħidma sabiex jeżamina l-evidenza xjentifika disponibbli tal-effetti li jistgħu jħallu fuq is-saħħa l-â-casomorphins u l-peptidi relatati, u b mod partikolari l-β-casomorphin-7 (BCM7), sekwenza ta peptidi li hija preżenti fil-proteina talħalib β-casein. Numru żgħir ta studji ssuġġerew li l-bcm7 jista jikkontribwixxi għal żieda fir-riskju ta ċertu mard li ma jitteħidx, bħall-awtiżmu, il-mard kardjovaskulari u d-dijabete tat-tip I. L-EFSA wett qet din il-ħidma bħala parti mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni regolari tagħha tar-riskji emerġenti li jista jkun hemm assoċjati mal-katina tal-ikel. Il-Grupp ta Ħidma kkonkluda li ma setgħetx tiġi stabbilita relazzjoni ta kawża u effett bejn il-konsum dijetetiku tal-bcm7, il-peptidi relatati jew il-prekursuri ta proteini possibbli tagħhom, u l-mard li ma jitteħidx. Bażi tad-dejta komprensiva dwar il-konsum tal-ikel qed tiġi mimlija b informazzjoni fl-iżjed livell dettaljat disponibbli f kull Stat Membru li jikkollabora, għat-tfal u l-adulti. Huwa mistenni li din il-bażi tad-dejta tkun operattiva mill-2010 sabiex tippermetti kalkoli aktar preċiżi tal-espożizzjoni fir-rigward tas-sustanzi jew l-aġenti fl-ikel li jagħmlu l-ġid jew il-ħsara. Matul is-sena ħarġu linji gwida għal iżjed armonizzazzjoni fil-ġbir tad-dejta dwar il-konsum tal-ikel. Fi sforz kooperattiv mal-istati Membri, l-efsa ħadet pass importanti sabiex ittejjeb aktar il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-espożizzjoni Ewropea dwar is-sigurtà fl-ikel. Grupp ta Ħidma kkoordinat mit- Taqsima DATEX żviluppa abbozz ta dokument ta gwida dwar kif l-aħjar li tiġi mmaniġġjata d-dejta mħollija ċċensurata (dejta taħt il-limitu ta rilevament). It-taqsima investigat is-suppożizzjonijiet default użati fl-efsa għall-kalkolu tar-riskju bil-għan li dan l-użu jkun armonizzat fid-dixxiplini kollha. Iddokument se jiġi ppubblikat matul l-2010. Fuq talba tal-kummissjoni Ewropea, it-taqsima DATEX analizzat dejta miġbura mill-istati Membri dwar l-akrilamide u l-furan u ħarġet żewġ rapporti. Ir-rapport dwar l-akrilamide eżamina l-impatt talmiżuri volontarji meħuda mill-industrija biex tnaqqas il-livelli tal-akrilamide. Għalkemm jidher li kien hemm >>> 54 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 >>> tendenza lejn espożizzjoni aktar baxxa, għadu mhux ċar jekk il-miżuri kellhomx l-effett mixtieq. Ir-rapport dwar il-furan kien pass provviżorju sabiex jiġu mifhuma aħjar il-livelli ta furan fl-ikel u dan kien ikkumplementat minn żewġ proġetti mogħtija skont l-artikolu 36 li kienu jittrattaw l-effett tal-metodi ta preparazzjoni tal-ikel fuq il-formazzjoni tal-furan, u l-espożizzjoni għall-furan bil-ġbid man-nifs waqt it-tisjir. Is-settijiet tad-dejta li jirriżultaw għandhom jippermettu lill-efsa li tipproduċi valutazzjoni aktar robusta tal-espożizzjoni permezz ta rotot differenti fosthom il-ġbid man-nifs. Tfassal rapport dwar il-preżenza tad-dijossini fl-ikel u fl-għalf. It-taqsima għenet ukoll għall-ewwel darba lill-kummissjoni fit-tħejjija tal-istatistika għar-rapport annwali dwar ir-residwi tal-mediċini veterinarji. It-Taqsima DATEX ikkontribwiet għal diversi opinjonijiet billi vvalutat l-espożizzjoni tad-dieta għal firxa ta sustanzi, speċjalment kontaminanti. Inġabret informazzjoni dwar il-livelli ta bijotossini tal-baħar fil-frott tal-baħar u l-livelli tal-espożizzjoni ġew ipparagunati ma valuri gwida bbażati fuq is-saħħa mill- Kumitat CONTAM. Ma kienx faċli li tinġabar dejta dwar l-arseniku billi ftit kien hemm informazzjoni dwar l-arseniku inorganiku, li huwa l-komponent tossiku prinċipali. Ġew prodotti algoritmi bbażati fuq informazzjoni mil-letteratura sabiex jorbtu l-livelli tal-arseniku totali mal-istimi tal-arseniku inorganiku fil-gruppi rispettivi tal-ikel. Ġiet ikkalkulata l-espożizzjoni għall-adulti u għall-ewwel darba kien possibbli li jiġu pprovduti kalkoli dettaljati talespożizzjoni għal gruppi ta etajiet differenti ta tfal li jkopru diversi Stati Membri. Ingħatat għajnuna lill-kumitat CEF biex jagħżel metodu xieraq biex tiġi vvalutata l-espożizzjoni fil-ħwawar tad-duħħan. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 55

Riskji Emerġenti It-Taqsima dwar ir-riskji Emerġenti (it-taqsima EMRISK) hija responsabbli għat-twaqqif ta proċeduri sabiex timmonitorja, tiġbor u tanalizza informazzjoni u dejta biex tidentifika riskji emerġenti fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf, bil-għan li tevitahom. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 2 Rapporti esterni* 1 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa Il-Grupp ta Ħidma ESCO dwar ir-riskji Emerġenti ppubblika rapport tekniku dwar ir-riskji emerġenti li, flimkien mar-rapporti preċedenti mill-kumitat Xjentifiku, jifforma l-bażi tal-ewwel rapport annwali tal-efsa dwar ir-riskji emerġenti li għandu joħroġ fil-bidu tal-2010. Ġie ppubblikat rapport tekniku li jiddeskrivi l-evalwazzjoni tas-sistemi ta monitoraġġ fuq l-internet għall-identifikazzjoni tarriskji emerġenti. Dan ir-rapport jiddeskrivi l-evalwazzjoni ta strument ta monitoraġġ tal-midja, MedISys, żviluppat miċ-ċentru Konġunt tar-riċerka, u l-paragun tiegħu ma ProMED-mail għas-siwi tiegħu fl-identifikazzjoni ta riskji emerġenti. Permezz ta proġett mogħti b kuntratt ġiet ikkonsenjata bażi tad-dejta dwar komposti bijoattivi mill-pjanti u kienet imne dija u mogħtija sejħa dwar l-immudellar, it-tbassir u l-immappjar u l-emerġenza tal-mikotossini fiċ-ċereali fl-ue minħabba t-tibdil fil-klima. L-EMRISK hija responsabbli wkoll sabiex tikkoordina l-livell ta preparazzjoni tal-efsa biex twieġeb għal kwistjonijiet urġenti. Għal dan il-għan, ġew aġġornati l-proċeduri mdaħħla mill- EFSA biex tindirizza talbiet urġenti bħal dawn (il- Manwal tal-emerġenza), billi bniet fuq l-esperjenza miksuba fl-immaniġġjar ta kwistjonijiet urġenti u l-eżerċizzji ta taħriġ intern. L-EMRISK ikkoordinat eżerċizzju li sar mal-istati Membri u d-dġ SANCO li kellu l-għan speċifiku li jissimula l-komunikazzjoni f sitwazzjonijiet ta kriżi. L-eżerċizzji ġew ippjanati u mwettqa b kollaborazzjoni ma konsulent estern (iffinanzjat permezz ta akkwist) u grupp ta ħidma espert. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 56 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Studju bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi It-Taqsima ta Studju bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi (PRAPeR) hija responsabbli għall-istudju bejn il-pari tas-sustanzi attivi li jintużaw fil-prodotti ta protezzjoni tal-pjanti. Il-valutazzjonijiet, fosthom l-istudju bejn il-pari, jintbagħtu lill-kummissjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi jekk is-sustanza għandhiex tiġi inkluża fil-lista pożittiva tal-ue tas-sustanzi permessi li jistgħu jintużaw fi prodotti madwar l-ewropa. It-taqsima hija involuta wkoll fil-valutazzjoni tar-riskju tal-konsumaturi esposti għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel, li tifforma l-bażi għall-istabbiliment tal-livelli massimi ta residwi (MRLs) skont il-liġi tal-ue. It-taqsima hija responsabbli wkoll sabiex tħejji r-rapport annwali dwar ir-residwi tal-pestiċidi. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Stqarrijiet tal-efsa 1 Konklużjonijiet tal-istudju bejn il-pari dwar il-pestiċidi 28 Opinjonijiet raġunati 76 Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 1 Fl-1 ta Settembru 2008, daħal fis-seħħ ir-regolament (KE) Nru 396/2005. B riżultat ta dan, it- Taqsima PRAPeR kienet involuta fil-proċeduri għall-istabbiliment u l-modifika tal-livelli massimi ta residwi (MRLs) li għalihom l-istati Membri beħsiebhom jawtorizzaw użijiet ġodda tal-pestiċidi, u fil-qafas tal-istabbiliment ta tolleranzi għallimportazzjonijiet (Artikolu 10 tar-regolament 396/2005). Fl-2009, ġew ippreżentati 101 applikazzjoni ta MRL mill-kummissjoni Ewropea li kienu jirrigwardaw madwar 400 MRL. Bi tweġiba għal dawn it-talbiet, l-efsa ħarġet 70 opinjoni raġunata (li kienu jindirizzaw 76 talba). Barra minn hekk, l-efsa pprovdiet tliet opinjonijiet raġunati dwar talbiet speċifiċi tal-kummissjoni Ewropea għal sustanzi attivi li għalihom kienu preżunti riskji għas-saħħa tal-konsumaturi. Fil-programm ta valutazzjoni tal- MRLs (Artikolu 12 tar-regolament 396/2005), l-efsa rċeviet informazzjoni ta sfond mill-istati Membri għal 137 sustanza attiva li issa qed jiġu vvalutati mill-efsa. B kollaborazzjoni mal-istati Membri u l-kummissjoni Ewropea, ġie stabbilit pjan ta ħidma għall-prijoritizzazzjoni u l-finalizzazzjoni talopinjonijiet raġunati. Ma kienx possibbli li jiġu ffinalizzati n-numri previsti ta opinjonijiet raġunati skont l-artikolu 12(1) u 12(2) kif indikat fil-pjan ta Ġestjoni 2009 għar-raġunijiet li ġejjin: sottomissjoni tard tad-dokumenti mill-istati Membri; ingħatat prijorità akbar lill-applikazzjonijiet ta rutina għal MRL (Artikolu 10 tar-regolament 396/2005) u allokazzjoni prijoritizzata tarriżorsi disponibbli fit-taqsima PRAPeR għal dan ix-xogħol; in-numru ta applikazzjonijiet ta rutina għal MRL u tal-opinjonijiet raġunati maħruġa mill-efsa bi tweġiba għal dawn l-applikazzjonijiet (Artikolu 10 tar-regolament 396/2005) kien akbar milli mistenni, li kompla naqqas il-kapaċità disponibbli għal applikazzjonijiet skont l-artikolu 12. >>> R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 57

Studju bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi >>> It-Taqsima PRAPeR aġġornat il-bażi tad-dejta talvaluri tossikoloġiċi ta referenza tal-pestiċidi, billi qieset il-valuri ġodda jew emendati stabbiliti fl-ue jew minn korpi internazzjonali. Il-bażi tad-dejta tinkludi iżjed minn 1 100 valur ta konsum aċċettabbli għal kull ġurnata (ADI) u 900 valur ta doża ta referenza akuta (ARfD). Tnediet sejħa għall-offerti li kellha l-għan li ttejjeb il-bażi tad-dejta xjentifika fuq il-mrls irrakkomandati mill-codex Alimentarius. Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex titwettaq valutazzjoni komprensiva tar-riskju kif mitlub filprogramm ta valutazzjoni tal-mrls skont l-artikolu 12, u sabiex tipprovdi lill-amministraturi tar-riskju l-informazzjoni dwar jekk il-mrls stabbiliti mill- Codex Alimentarius humiex siguri għall-konsumaturi Ewropej. B kollaborazzjoni mat-taqsimiet CONTAM, DATEX u EMRISK, it-taqsima PRAPeR ħejjiet stqarrija b risposta għat-talba għal opinjoni xjentifika urġenti dwar ir-riskju għas-saħħa pubblika minħabba l-preżenza tan-nikotina fil-faqqiegħ selvaġġ. Fl-2009, l-efsa ppubblikat l-ewwel Rapport Annwali dwar ir-residwi tal-pestiċidi għall-2007. Ir-rapport jiġbor fil-qosor ir-riżultati ta madwar 74 000 kampjun analizzat fl-2007 mill-istati Membri sabiex jassiguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet legali. Fil-qosor, ir-rapport sab li 96 % tal-kampjuni analizzati kienu konformi mal-livelli massimi legali ta residwi (MRLs) u 4 % kienu jaqbżuhom, meta pparagunati ma 5 % fl-2006. Din id-dejta ntużat sabiex tistma l-espożizzjoni reali tal-konsumaturi għar-residwi talpestiċidi permezz tal-ikel; ir-riżultati ta din l-istima huma inklużi wkoll fir-rapport. Minħabba n-nuqqasijiet identifikati fil-format preżenti tar-rappurtaġġ, l-efsa żviluppat mudell ġdid għad-dejta sabiex jiġu sottomessi r-riżultati tal-attivitajiet ta monitoraġġ. Dan il-format ġdid tad-dejta ġie ttestjat fi proġett pilota ma 6 Stati Membri li ssottomettew ir-riżultati ta monitoraġġ miksuba fl-2008 għal madwar 6 miljun determinazzjoni ta pestiċidi f 27 000 kampjun. It-Taqsima nediet sejħa għall-offerti rigward għajnuna xjentifika u teknika għat-tfassil tar-rapport annwali li jmiss dwar ir-residwi tal-pestiċidi. L-attivitajiet fl-istudju bejn il-pari dwar il-pestiċidi fl-2009 kienu jinkludu: sustanzi attivi ġodda; sustanzi li reġgħu ġew sottomessi għall-inklużjoni fl-anness I tad-direttiva 91/414/KEE wara deċiżjoni inizjali biex ma jiġux inklużi; sustanzi diġà inklużi fl-anness I bilperjodi tal-inklużjoni se jiskadu; sustanzi inklużi fl- Anness I li l-konklużjonijiet tal-efsa dwarhom huma mistennija li jingħataw sal-31 ta Diċembru 2010, (l-hekk imsejħa mogħdija ħadra, jiġifieri sustanzi li jikkonformaw mal-kriterji ta indikazzjonijiet ċari li m hemmx effetti ħżiena); u sustanzi li d-dejta ta konferma dwarhom ġiet ippreżentata wara l-inklużjoni. Saru sensiela ta laqgħat xjentifiċi ma esperti mill- Istati Membri b rabta ma sustanzi attivi ġodda u eżistenti u mikroorganiżmi użati bħala sustanzi attivi. L-EFSA rċeviet rapporti ta valutazzjoni għal 50 sustanza li reġgħu ġew ippreżentati u 6 sustanzi għal >>> 58 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 >>> tiġdid tal-anness I, u bdiet konsultazzjoni mal-istati Membri, l-applikanti u l-pubbliku ġenerali sabiex tipprovdi kummenti lill-kummissjoni Ewropea. Għal ħafna mis-sustanzi li reġgħu ġew ippreżentati, il-perjodu ta konsultazzjoni huwa estiż sal-2010. L-EFSA rċeviet ukoll talba mingħand il-kummissjoni Ewropea sabiex torganizza studju bejn il-pari ma esperti mill-istati Membri u tipprovdi konklużjonijiet dwar 20 sustanza ppreżentati mill-ġdid u 6 sustanzi għal tiġdid tal-anness I. B risposta għat-termini ta skadenza stretti assoċjati mal-programmi ta sottomissjoni mill-ġdid u ta tiġdid, it-taqsima PRAPeR żiedet l-użu tat-telekonferenzi u organizzat 23 telekonferenza ma esperti mill-istati Membri. L-EFSA ġiet mistiedna wkoll sabiex tipprovdi kummenti lill- Kummissjoni Ewropea dwar il-valutazzjoni tad-dejta ta konferma ppreżentata mill-istati Membri relaturi dwar 9 sustanzi. B kollox, it-taqsima PRAPeR ipprovdiet konklużjonijiet dwar 28 sustanza fl-2009, fosthom 9 sustanzi attivi ġodda, 9 sustanzi li reġgħu ġew ippreżentati u 7 sustanzi attivi eżistenti inklużi fl-anness I iżda li l-istudju bejn il-pari dwarhom kien ġie pospost. Dan in-numru huwa iżjed baxx milli mistenni minħabba: li l-efsa ma kinitx mitluba mill-kummissjoni biex tfassal konklużjonijiet dwar dejta ta konferma; dewmien mhux previst fil-programmi kemm ta tiġdid tal-anness I kif ukoll ta sottomissjoni mill-ġdid; u, bi qbil mal-kummissjoni, l-iskadenza għall-biċċa l-kbira tas-sustanzi tal- mogħdija ħadra ġiet estiża għall- 2012. Minħabba f hekk, in-numru ta konsultazzjonijiet pubbliċi mnedija fl-2009 kien ukoll iżjed baxx milli mistenni. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 59

Kooperazzjoni Xjentifika L-għan tat-taqsima dwar il-kooperazzjoni Xjentifika (SCO) huwa li tippromwovi kooperazzjoni xjentifika, proġetti u skambju ta informazzjoni xjentifika bejn l-efsa u l-aġenziji nazzjonali għas-sigurtà fl-ikel fl-istati Membri tal-ue. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Rapporti esterni (*) 2 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa In-netwerk ta Punti Fokali, li beda fl-2007, kompla l-ħidma tiegħu ta appoġġ għall-membri tal-forum Konsultattiv. Għal dan il-għan, ġew iffirmati ftehimiet multiannwali dwar Punti Fokali mas-27 Stat Membru kollha sabiex jiġi kkonsolidat in-netwerk eżistenti. F Settembru 2009, it-tliet pajjiżi kandidati tal-ue ssieħbu fin-netwerk ta Punti Fokali. Bosta Punti Fokali, b mod partikolari fil-pajjiżi tal-ewropa Ċentrali, organizzaw avvenimenti biex ikabbru l-għarfien dwar il-ħidma tal-istati Membri u tal-efsa. It-Taqsima SCO ħejjiet rapport dwar l-attivitajiet tal-punti Fokali fl-2009. Il-prijoritajiet tan-netwerk ta Punti Fokali kienu jinkludu l-iskambju ta informazzjoni dwar attivitajiet ta taħriġ u dwar proġetti bħall-ġbir tad-dejta u l-iffinanzjar tar-riċerka. Il-lista estiża ta organizzazzjonijiet taħt l-artikolu 36 li jappoġġjaw l-efsa issa tinkludi 370 organizzazzjoni u l-programm ta ħidma għall-2010 ġie adottat mill- Bord Amministrattiv tal-efsa fl-2009 sabiex jassi gura bidu bikri tal-implimentazzjoni tiegħu. Fl-2009 ingħata taħriġ lill-punti Fokali sabiex dawn ikunu jistgħu jżidu l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet taħt l-artikolu 36 fil-pajjiżi tagħhom u qed jiġu żviluppati strumenti tal-it sabiex itejbu n-netwerking. Tħejja rapport ta valutazzjoni bbażat fuq stħarriġ tal-attivi tajiet koperti bl-iskemi ta għoti u akkwist tal-efsa. Il-bażi tad-dejta tal-esperti tal-efsa kompliet tikber u issa tinkludi madwar 2,000 espert minn aktar minn 60 pajjiż. Dan it-tkabbir jirriżulta mill-attivitajiet ta kooperazzjoni mibdija din is-sena mal-istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jiżdied l-użu ta din il-bażi tad-dejta. Matul l-2009 ħarġu ħames rapporti regolari tal-attività dwar il-proġett tal-bażi tad-dejta tal-esperti. Il-Grupp ta Ħidma ESCO dwar l- Analiżi tar-riskji u l-benefiċċji tal-fortifikazzjoni tal-ikel bl-aċidu Foliku lesta l-ħidma tiegħu. Ir-rapport tiegħu, li jinkorpora r-riżultati ta avveniment xjentifiku f Uppsala, ġie ppubblikat u ppreżentat mid-direttur Eżekuttiv lill-kumitat Xjentifiku sabiex jiġi kkunsidrat mill-kumitat NDA. Il-Pjattaforma għall-iskambju ta Informazzjoni (IEP) tipprovdi strument għall-istati Membri u l-efsa biex jiskambjaw informazzjoni dwar l-attivitajiet ta valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn organizzazzjonijiet tal-istati Membri b mandat simili għal tal-efsa. Sal-lum, l-iep ippubblikat iżjed minn 400 dokument xjentifiku. Barra minn hekk, hija tipprovdi pjanijiet ta ħidma u informazzjoni oħra speċifika għall-pajjiż. Minn April, kienu pprovduti disa rapporti ta kull xahar lill-utenti. F Diċembru tnieda spazju ġdid fuq l-internet għall- Ġurnal tal-efsa sabiex jiffaċilita l-inklużjoni tal- Ġurnal f bażijiet tad-dejta biblijografiċi. It-titjib tal-ġurnal huwa mmirat sabiex jipprovdi żbokk għall-ħidma xjentifika tal-efsa li jkun viżibbli u influwenti fil-komunità xjentifika u fl-istess ħin jikkonforma mal-aħjar prassi fil-pubblikazzjoni akkademika. F Marzu ġie ppubblikat ir-rapport fil- Qosor dwar il-konferenza Nru 12 (Campylobacter). Fid-19 u l-20 ta Novembru, madwar 100 xjenzat u parti interessata minn 25 pajjiż attendew it-13-il konferenza xjentifika tal-efsa X hemm ġdid dwar l-ikel Ġdid li saret f Amsterdam. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. 60 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS III OPINJONIJIET U DOKUMENTI XJENTIFIĊI TAL-EFSA 2009 Ġbir ta Dejta dwar iż-żoonożi It-Taqsima dwar iż-żoonożi tanalizza u tirrapporta dejta dwar iż-żoonożi, ir-reżistenza antimikrobika, il-kontaminanti antimikrobiċi u t-tifqigħat li jinġarru fl-ikel. Id-dejta tiġi sottomessa mill-istati Membri u pajjiżi oħra li jirrappurtaw, skont id-direttiva 2003/99/KE. Produzzjoni xjentifika 2009 Għadd Rapporti Xjentifiċi jew Tekniċi tal-efsa 14 Rapporti esterni (*) 5 * Rapporti magħmula għall-efsa minn partijiet esterni skont proċeduri speċifiċi tal-efsa L-armonizzazzjoni tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ taż-żoonożi fl-ue ssoktat fl-2009 bil-għan li titjieb il-kwalità tad-dejta li tiġi riċevuta u analizzata f livell Komunitarju. B mod partikolari, erba rapporti dwar speċifikazzjonijiet għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ armonizzat ta parassiti żoonotiċi (Trichinella, Ecinococcus, Cysticercus u Sarcocystis) fl-annimali mill-istati Membri tal-ue kienu ppubblikati bħala riżultati ta proġett ta għotja skont l-artikolu 36. Barra minn hekk, it-taqsima kkoordinat żewġ proġetti ta għotjiet oħra skont l-artikolu 36 li kellhom l-għan li jarmonizzaw il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-idrofobija u d-deni Q fl-annimali kif ukoll il-metodi ta stħarriġ għall-aġenti żoonotiċi fl-ikel fost l-istati Membri. Barra dan, it-taqsima nnifisha, megħjuna mit-task Force għall-ġbir tad-dejta dwar iż-żoonożi u gruppi ta ħidma esterni, ħarġet speċifikazzjonijiet għal stħarriġ armonizzat dwar żewġ patoġeni żoonotiċi, l-e.coli verotossiġenika u l-yersinia enterocolitica, flannimali u fl-ikel. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma maħsuba sabiex jiggwidaw lill-istati Membri fl-attivitajiet ta monitoraġġ nazzjonali tagħhom fejn jenfasizzaw l-importanza ta tfassil tajjeb tal-istħarriġ. Fuq talba tal-kummissjoni, ġew ippreparati wkoll speċifikazzjonijiet tekniċi għal stħarriġ madwar l-ue kollha li se jsir fl-2010 dwar il-listeria monocytogenes, li hija patoġen importanti li tinġarr fl-ikel lest biex jittiekel. Id-dejta mir-rappurtaġġ annwali dwar iż-żoonożi mill-istati Membri u mit-tliet studji bażiċi li saru fl-2008 madwar l-ue kollha, ġiet ivvalidata b suċċess bl-użu ta sistema ta ġestjoni tad-dejta bbażata fuq SAS bi kriterji ta validazzjoni awtomatiċi. Saru sforzi speċjali sabiex tittejjeb l-analiżi tad-dejta annwali dwar iż-żoonożi u tal-istudji bażiċi kemm millaspetti tal-it kif ukoll dawk metodoloġiċi. Għal dan il-għan, ġew żviluppati sistemi ta maħżen tad-dejta bbażati fuq il-web u GIS (sistemi ta informazzjoni ġeografika) sabiex jiffaċilitaw immaniġġjar u aċċess iżjed faċli għad-dejta. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta analiżi statistika u spazjali tad-dejta dwar iż-żoonożi kif ukoll l-analiżi tax-xejriet temporali ġew indirizzati ulterjorment minn żewġ gruppi ta ħidma ta esperti li pprovdew rakkomandazzjonijiet għalliżjed metodi xierqa li għandhom jiġu applikati fl-iżvilupp fil-futur. Il-metodoloġija ta analiżi mtej ba ntużat qabel fir-rapport Komunitarju fil-qosor dwar iż-żoonożi fl-2008 u fir-rapport fil-qosor dwar it-tifqigħat li jinġarru mal-ikel fl-2007, rapporti li ġew ippreparati b kollaborazzjoni maċ-ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ECDC). Għal darba oħra, is-salmonella u l-campylobacter instab li kienu l-iżjed patoġeni żoonotiċi rrappurtati b mod frekwenti fl-ue. Ġew ippubblikati żewġ rapporti dwar l-istudji bażiċi li saru madwar l-ue kollha dwar l-istaphylococcus aureus reżistenti għall-methicillin (MRSA) u s-salmonella fil-majjali tat-tgħammir. Firrapporti kollha, saret enfasi speċjali fuq il-komunikazzjoni ċara tas-sejbiet u l-analiżijiet. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għas-cd-rom mehmuża. R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 61

ANNESS IV RAPPORT FINANZJARJU 62 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS IV RAPPORT FINANZJARJU Implimentazzjoni tal-baġit tal-2009 EUR 68.92 miljun, jew 97.1 % tal-baġit ta EUR 70.96 miljun, inkluż il-programm ta Pre-Adeżjoni, kienu impenjati. Il-livell tal-impenn kien 1 % inqas mill-mira stabbilita għas-sena, jiġifieri 98 %. miljun EUR 35 30 25 EUR 53.47 miljun, jew 75.4 % tat-total tal-approprjazzjonijiet, tħallsu. Dan illivell tal-ħlas huwa 3 % inqas mill-mira ta EUR 55.6 miljun. 20 15 EUR 9.5 miljun tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas inġarru għall-2010 jew 13 % tal-baġit implimentat (24.4 % fl-2008). 10 5 Approprjazzjonijiet Impenji 0 Persunal Infrastruttura Operazzjonijiet Pagamenti Titolu Approprjazzjoni (miljun EUR) Impenji (miljun EUR) Impenjati (fil-mija) Ħlasijiet (miljun EUR) Imħallsa (fil-mija) RAL (miljun EUR) Persunal 34.77 33.81 97 % 33.12 95 % 0.69 Infrastruttura 10.75 10.69 99 % 6.30 59 % 4.40 Operazzjonijiet 25.44 24.42 96 % 14.05 55 % 10.37 Li minnhom Pre-Adeżjoni 0.51 0.35 69 % 0.23 46 % 0.11 Total 70.96 68.92 97 % 53.47 75 % 15.45 R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 63

Implimentazzjoni ta Bbaġitjar Abbażi tal-attivitajiet 2009 miljun EUR 30 25 20 15 10 5 0 Attività 1 Attività 2 Attività 3 Attività 4 Approprjazzjonijiet Impenji Pagamenti Attività Approprjazzjonijiet (miljun EUR) Impenji (miljun EUR) Impenjati (fil-mija) Ħlasijiet (miljun EUR) Imħallsa (fil-mija) RAL (miljun EUR) Attività 1 30.72 29.84 97 % 24.05 78 % 5.79 Attività 1: Għoti ta pariri u opinjonijiet xjentifiċi Attività 2: Metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskji Attività 3: Komunikazzjoni u djalogu Attività 4: Immaniġġjar u amministrazzjoni Attività 2 19.52 19.04 98 % 13.58 70 % 5.46 Attività 3 10.42 9.96 96 % 7.18 69 % 2.78 Attività 4 10.30 10.09 98 % 8.67 84 % 1.42 Total 70.96 68.92 97 % 53.47 75 % 15,45 64 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L

ANNESS IV RAPPORT FINANZJARJU Approprjazzjonijiet ABB 2009 Attività 1 43 % 27 % Attività 2 15 % 15 % Attività 3 Implimentazzjoni ABB 2009 Attività 4 Attività 2 Attività 1: Għoti ta pariri u opinjonijiet xjentifiċi Attività 2: Metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskji Attività 3: Komunikazzjoni u djalogu Attività 4: Immaniġġjar u amministrazzjoni Attività 1 43.3 % 14.6 % 27.6 % 14.4 % Attività 3 Attività 4 R A P P O R T A N N W A L I 2 0 0 9 65

66 A W T O R I T À E W R O P E A D W A R I S - S I G U R T À F L - I K E L