Karti tal-g alliema u twe ibiet. merlin. malti

Σχετικά έγγραφα
Ta Cumbo kienu nies mill-aħjar, sinjuri, nobbli, qalbhom tajba, u dħulin ma kulħadd.

Mill-Editur. Ħbieb, Nilqagħkom għal ħarġa oħra ta dan il-fuljett ta Awwissu 2010 li hija t-53 ħarġa ta din issensiela.

DORIANNE NIEQSA MID-DAWL. Carmel G. Cauchi Tpin ijiet ta Frank Schembri

Il-Ómistax-il Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

Ftehim bejn il-pajjiωi dwar id-drittijiet tal-persuni b DiΩabilità

Copyright 2019 Servizz Helsien Emozzjonali, Fondazzjoni St Jeanne Antide, 51 Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien; tel

Hello, Jien Napo. Inti min inti? Taf x nag mel jien? Jiena na dem b ala handyman

Sidna Ìesù Kristu Sultan tal-óolqien Kollu

Is-Sbatax-il Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

It-Tmienja u G oxrin Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

Werrej. L-Għaqda Ħbieb tal-presepju Malta, tixtieq tirringrazzja lil kull min kiteb f din il-ħarġa tal-fuljett.

Smig Tikka Malti 2a. Taqsima 1: Jien u l-familja. Testi tal-podcasts li jinsabu fuq

Karti tal-g alliema u twe ibiet. merlin.. studji socjali

Struzzjonijiet għall-installazzjoni u linji gwida għall-manutenzjoni

It-tag lim ta esù Kristu fil-bibbja kien

It-Tlieta u Tletin Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

Smig Tikka Malti 3a. Taqsima 1: Min Jien? Fejn noqg od? Taqsima 2: L-iskola

It-Tnejn u Tletin Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

JASON JUÛA S-SIÌÌU TAR-ROTI. Carmel G. Cauchi Tpin ijiet ta Adam Apap

Vol 29 Nru 159 Jannar - Marzu 2008

IL-FESTA BIL-BANDIERI

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

L-Ewwel Óadd tal-avvent

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

Ref. Ares(2016) /02/2016. Gwida għall-utent. għad-definizzjoni ta SME. Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Smig Tikka Malti 3b. Taqsima 6: Draguni u dinosawri. Testi tal-podcasts li jinsabu fuq

Issej et Babel, g ax hemmhekk il-mulej awwad ilsien l-art kollha.

MARCEL NIEQES MIS-SMIGÓ. Carmel G. Cauchi Tpin ijiet ta C.S. Lawrence

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Il-Presepju. Fuljett ma ru mill- GÓAQDA ÓBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA c/o 56, Amaltea, Triq il-marg, Attard ATD Malta. Óar a Nru.

Smig Tikka Malti 1a. Taqsima 1: Jien. Taqsima 2: Il-familja. Testi tal-podcasts li jinsabu fuq

Tifkira Solenni tal-passjoni tal-mulej

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

L-ILMA Mulej, a tkun imfa ar f Óuna l-ilma, irωin u safi wisq, me tie qatig...

Vol 29 Nru 161 Lulju - Settembru 2008

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

g aç-çelebrazzjoni tal-quddiesa u tal-litur ija tas-sig at u A enda EkkleΩjastika Sena Litur ika

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Vol 30 Nru 166 Ottubru - Diçembru 2009

Il-Óames Óadd tar-randan

Solennitajiet tal-mulej fiω-ûmien ta Matul is-sena

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

(Test b relevanza għaż-żee) (6) Teknoloġiji ġodda li qed ifiġġu fis-suq, bħal-leds, għandhom ikunu suġġetti għal dan ir-regolament.

Nru. 87 Lulju - Settembru 2017

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Il-President Charles Schembri mal- Oganizzatur UngeriΩ waqt is-sitt safra tal-banda Santa Katarina V.M.

FRANÌISKU IL-MIXJA U L-ÓOLMA. Murray Bodo

Anness II. Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet għal opinjoni pożittiva

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea. (Atti mhux leġiżlattivi) DEĊIŻJONIJIET

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

OMMNA MARIJA. Il-Messa ta Fatima huwa Sej a g as-sagrifiççju

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Kunsill tal-unjoni Ewropea Brussell, 19 ta Ġunju 2015 (OR. en)

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

g aç-çelebrazzjoni tal-quddiesa u tal-litur ija tas-sig at u A enda EkkleΩjastika Sena Litur ika

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR

L-G id il-kbir tal-qawmien tal-mulej mill-imwiet

ANNESS III SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT, IT-TIKKETTAR U L-FULJETT TA TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Xog lijiet ippubblikati ta Oreste Calleja: 4 DRAMMI: ANESTESIJA ÇENS PERPETWU SATIRA IÌSMAIÓIRSA

SAN BONAVENTURA. Il-Óajja ta San Fran isk Is-Si ra tal-óajja Il-Mixja tar-ru lejn Alla. Mill-kitbiet ta San Bonaventura - 1

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA. Brussell, 15 ta' Lulju 2011 (18.07) (OR. en) 12987/11 TRANS 216

Page 1 of 110 ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

KaΩin tal-banda San Gabriel Óal Balzan A.D Il-Glorji tal-imghoddi Garanzija ghall-gejjieni. 90 Sena

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS 1 SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Nru. 93 Jannar - Marzu 2019

ANNESS 1 SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Ûmien ta Matul is-sena IΩ-Ωmien huwa mitmum, u s-saltna ta Alla waslet; indmu u emmnu fl-evan elju.

It-Tlettax-il Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

Tridu tal-g id u Ûmien il-g id Ebda sura ma kellu, ebda miel biex in arsu lejh.

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Impenjata biex tiżgura li l-ikel tal-ewropa jkun ħieles mill-periklu

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

2008O0008 MT

GLORJA TAL-KLERU MALTI

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL-QOSOR. Medicinal product no longer authorised

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

OMMNA MARIJA. Kif Fran isku g ex il-messa ta Fatima. Mit-ta dita ma Swor Angela de Fatima Coelho

Kriterji tal-ue għall-akkwist Pubbliku Ekoloġiku (GPP) għal Ħiters Idroniċi

Missal Ruman. Ordni g all-qari tal-quddiesa g all-ìranet Ferjali fi Ûminijiet Privile jati

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

It-Tnejn u Tletin Óadd taω-ûmien ta Matul is-sena

IL-PROFETI Introduzzjoni Ta rif u Riflessjonijiet Guido Schembri ofm Edizzjoni TAU

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

Editorjal ta Marcello Ghirlando ofm

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

2008O0008 MT

Tridu tal-g id u Ûmien il-g id

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT FIL

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT

ANNESS I SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT. Prodott mediċinali li m għadux awtorizzat

Transcript:

Karti tal-g alliema u twe ibiet merlin malti

Ippubblikat g all-ewwel darba fl-2012 b ala pdf imniωωel minn www.merlinpublishers.com Dan il-pdf hu ma sub biex jintuωa mal-ktieb Merlin Benchmark Malti (978999091406-1) Merlin Publishers Ltd 42, Triq Mountbatten, Il-Blata l-bajda, Malta www.merlinpublishers.com Copyright Merlin Publishers Ltd Siltiet copyright l-awturi rispettivi tag hom Is-silta fil-5 karta copyright Trevor Ûahra, me uda minn Il-Ìenn li jωommni f sikkti, pubblikazzjoni Merlin Publishers Is-silta fis-7 karta copyright Trevor Ûahra, me uda minn Intervista ma Ûarbun, Sag tar, Marzu 2010 Is-silta fit-8 karta copyright Kilin, me uda minn Fuq il-g ajn ta San Bastjan, pubblikazzjoni Klabb Kotba Maltin Is-silta fid-9 karta copyright Mary Puli, me uda minn Is-Sinjorina Anna mill-ktieb TuΩΩana (ed. Ìor Mallia u Trevor Ûahra), pubblikazzjoni Merlin Publishers Dan il-pdf ma jistax jitqassam f xi g amla jew legatura o ra lief kif inhu ppubblikat, ming ajr il-permess tal-pubblikatur.

IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR IL-ĦIN: 10 minuti KARTA 1 Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux assessjat) L-interlokutur jistaqsi lill-istudent dawn il-mistoqsijiet biex irabbilu ftit kunfidenza u jnaqqaslu t-tensjoni li jista jkollu. Iħajru wkoll jitkellem bla ma jiddejjaq. 1A Lil Student A: Bonġu, x jismek? 1B Lil Student B: Bonġu, x jismek? 2A Lil Student A: Minn fejn inti? 2B Lil Student B: Kemm għandek żmien? 3A Lil Student A: X għamilt sabiħ ilbieraħ wara l-iskola? 3B Lil Student B: X biħsiebek tagħmel illum wara li tispiċċa l-iskola? 4A Lil Student A: Kif tasal l-iskola: bil-mixi jew iwasslek xi ħadd? Min? 4B Lil Student B: X tara int u ġej/ja l-iskola? (tfal oħra, ħwienet, djar ) 5A Lil Student A: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 5B Lil Student B: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 6A Lil Student A: X kien jismu u għaliex għoġbok? 6B Lil Student B: X kien jismu u għaliex għoġbok? 7A Lil Student A: Liema żmien tas-sena jogħġbok l-aktar? Għaliex? 7B Lil Student B: Tieħu gost l-iskola? X jogħġbok l-aktar? 1

Taħriġ 2: L-Intervista (3 minuti) L-interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru. Lil Student A: Lil Student B: X inhi d-data llum? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. Meta twelidt? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. L-interlokutur jgħid lil Student A: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar kif tqatta tmiem il-ġimgħa. a) Tkun tixtieq li jasal tmiem il-ġimgħa? Għaliex? b) X tieħu gost tagħmel l-aktar is-sibt filgħodu? ċ) X tagħmel il-ħadd filgħodu u waranofsinhar? d) Issib ċans li tiltaqa mal-ħbieb? Fejn tmorru? L-interlokutur jgħid lil Student B: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-qari. a) Tħobb xejn taqra? Għaliex tħobb taqra? b) Xi tħobb taqra l-aktar: Kotba, magazines jew xi ħaġa oħra? ċ) B liema lingwa tħobb taqra l-aktar? Għaliex? d) Semmi ktieb sabiħ li għoġbok l-aktar u għaliex? 2

IL-KRITERJI GÓALL-VALUTAZZJONI TAL-MALTI MITKELLEM Il-vokabularju (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jinqeda biss bi kliem u fra ijiet ba içi filmod kif jesprimi ru u. Idur g al kliem jew fra ijiet b lingwa o ra li mhix il-malti. Ju a firxa wiesg a ta vokabularju li jkun addattat g as-sitwazzjoni partikolari tatta dit. It-ta dit mexxej u l-interazzjoni (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, imma jkun je tie g ajnuna kontinwa. Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, bla skossi u ming ajr tbatija ejda. Jie u balji morfolo içi u sintattiçi It-twe ibiet mhumiex relevanti minkejja l-g ajnuna li jing ata. Il-korrettezza grammatikali (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Ir-relevanza tad-diskors (3 marki) 0-1 - 2-3 It-tlissin tal-kliem u l-intonazzjoni tad-diskors (3 marki) Il-kliem huwa mlissen b mod baljat u b influwenza ta lingwa barranija flintonazzjoni. 0-1 - 2-3 Ta ri 3/4 (2 marki) Jinqeda b kostruzzjonijiet morfolo içi u sintattiçi korretti. Jifhem il-mistoqsijiet u/jew l-istruzzjonijiet u jwie eb b mod relevanti. Il-kliem huwa mlissen b mod tajjeb u b intonazzjoni korretta. Dawn il-marki jing ataw skont kriterju partikulari li jkun marbut mat-ta ri 3 u 4 3

IL-MALTI: IS-SMIGĦ IL-KARTA TAL-GĦALLIEM IL-ĦIN: 30 minuta KARTA 1 Merħba tfal! Matul is-sessjoni tas-smigħ se tisma żewġ siltiet. Jekk trid, tista tibda taħdem l-eżerċizzji fil-ktieb li għandek quddiemek waqt li qed tisma l-qari tas-siltiet. Kull silta, flimkien mal-eżerċizzji, se naqrahomlok darbtejn. Issa nitolbok tiftaħ il-ktieb li għandek quddiemek u ssib paġna 3. ---------- Waqfa ta 10 sekondi ---------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A u Taħriġ B tal-ewwel silta. ---------- Waqfa ta 25 sekonda ---------- Issa se naqralek l-ewwel silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. ---------- Waqfa ta 3 sekondi ---------- Il-Qari tal-ewwel Silta: Fil-jiem li ġejjin għandu jitressaq quddiem il-kunsill Lokali ta Ħal Siġra rapport magħmul minn żewġ periti. Dan jgħin il-kunsill ta Ħal Siġra jiddeċiedi jekk iħallix jew jaqlax tmintax-il siġra li hemm fi Triq il-palazz li se tkun irranġata b bankini ġodda u mogħtija t-tarmak. Il-Kunsill qabbad perit biex imexxi x-xogħol f din it-triq. Huwa ressaq il-pjanti tiegħu u ried jaqla s-siġar biex minflok ikun hemm bankini wiesgħa li jintużaw ukoll minn nies b siġġu tar-roti u ommijiet bil-pushchairs. In-nies tat-triq ma qablux mal-pjanti tal-perit u marru jipprotestaw mal-kunsill. Is-Sur Leli Muscat, f isem ir-residenti, tkellem magħna u spjega li dawn is-siġar huma tal-bżar, ta Ġuda u taċ-ċipress. Qal li spiss jara l-isturnell jieqaf jistrieħ fis-siġar tal-bżar. Dawn minbarra l-għasafar tal-bejt u pitirrossi li jgħixu fihom. Hu semma wkoll li s-siġar ta Ġuda jiftħu fjuri roża u jiġbdu kwantità kbira ta friefet illejl żgħar. Dawn l-ispeċi saru rari f Malta u għalhekk tkun ħasra kbira jekk inkomplu neqirdulhom is-siġar li jgħixu fihom. 4

Meta sema lir-residenti, il-kunsill Lokali ddeċieda li għalissa jwaqqaf ix-xogħol. Qabbad żewġ periti oħra jisimgħu l-opinjoni ta kulħadd u jagħmlu rapport bil-fehmiet tagħhom. Imbagħad ikun f idejn il-kunsill li jiddeċiedi x-xorti ta dawn it-tmintax-il siġra ta Triq il- Palazz f Ħal Siġra. Issa se naqralek Taħriġ A. Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: L-aħbar li smajt hija fuq il-kunsill Lokali ta Ħal Siġra. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Dan il-kunsill qiegħed jistenna minn żewġ periti. Numru tlieta: Fuq dak li jgħidu l-periti, il-kunsill Lokali jrid jieħu deċiżjoni importanti fuq is-siġar li hemm fi Triq il-. Numru erbgħa: It-triq se jkollha l- ġodda u tingħata wkoll it-. Issa se naqralek Taħriġ B. Qabbel Kolonna A ma Kolonna B billi tikteb in-numru t-tajjeb. L-ewwel waħda hija lesta. F Kolonna A, f numru wieħed, naqraw: Il-perit ried jaqla s-siġar biex F Kolonna B din is-sentenza tkompli iwessa l-bankini. Għalhekk ktibt numru wieħed fil-kaxxa ta ħdejha. Mela s-sentenza sħiħa tiġi: Il-perit ried jaqla s-siġar biex iwessa l-bankini. 5

Issa se naqralek Kolonna A u wara naqra Kolonna B. Waqt li qed naqra tista tibda tqabbel iż-żewġ partijiet tas-sentenzi. Kolonna A: Numru tnejn: Numru tlieta: Numru erbgħa: Numru ħamsa: Ir-residenti tat-triq ma qablux miegħu Skont in-nies, is-siġar ta Ġuda huma meħtieġa biex Leli Muscat, wieħed mir-residenti, iħobb josserva l-għasafar Il-kunsill sema lin-nies u waqqaf ix-xogħol u qabbad żewġ periti oħra Issa se naqralek Kolonna B: ma jkomplux jinqerdu speċi rari ta friefet il-lejl. li jistkennu fis-siġar tat-triq. biex jagħmlu rapport wara li jisimgħu l-fehma ta kulħadd. u marru jipprotestaw mal-kunsill Lokali. ---------- Waqfa ta 10 sekond għal min għadu qed jikteb ---------- Issa se naqralek is-silta kollha għat-tieni darba. Waqt li qed tisma tista tkompli taħdem u tispiċċa l-eżerċizzji. Il-Qari tal-ewwel Silta: Fil-jiem li ġejjin għandu jitressaq quddiem il-kunsill Lokali ta Ħal Siġra rapport magħmul minn żewġ periti. Dan jgħin il-kunsill ta Ħal Siġra jiddeċiedi jekk iħallix jew jaqlax tmintax-il siġra li hemm fi Triq il-palazz li se tkun irranġata b bankini ġodda u mogħtija t-tarmak. Il-Kunsill qabbad perit biex imexxi x-xogħol f din it-triq. Huwa ressaq il-pjanti tiegħu u ried jaqla s-siġar biex minflok ikun hemm bankini wiesgħa li jintużaw ukoll minn nies b siġġu tar-roti u ommijiet bil-pushchairs. In-nies tat-triq ma qablux mal-pjanti tal-perit u marru jipprotestaw mal-kunsill. Is-Sur Leli Muscat, f isem ir-residenti, tkellem magħna u spjega li dawn is-siġar huma tal-bżar, ta Ġuda 6

u taċ-ċipress. Qal li spiss jara l-isturnell jieqaf jistrieħ fis-siġar tal-bżar. Dawn minbarra l-għasafar tal-bejt u pitirrossi li jgħixu fihom. Hu semma wkoll li s-siġar ta Ġuda jiftħu fjuri roża u jiġbdu kwantità kbira ta friefet illejl żgħar. Dawn l-ispeċi saru rari f Malta u għalhekk tkun ħasra kbira jekk inkomplu neqirdulhom is-siġar li jgħixu fihom. Meta sema lir-residenti, il-kunsill Lokali ddeċieda li għalissa jwaqqaf ix-xogħol. Qabbad żewġ periti oħra jisimgħu l-opinjoni ta kulħadd u jagħmlu rapport bil-fehmiet tagħhom. Imbagħad ikun f idejn il-kunsill li jiddeċiedi x-xorti ta dawn it-tmintax-il siġra ta Triq il- Palazz f Ħal Siġra. Se naqralek Taħriġ A għat-tieni u għall-aħħar darba. Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: L-aħbar li smajt hija fuq il-kunsill Lokali ta Ħal Siġra. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Dan il-kunsill qiegħed jistenna minn żewġ periti. Numru tlieta: Fuq dak li jgħidu l-periti, il-kunsill Lokali jrid jieħu deċiżjoni importanti fuq is-siġar li hemm fi Triq il-. Numru erbgħa: It-triq se jkollha l- ġodda u tingħata wkoll it-. Issa se naqralek Taħriġ B għat-tieni u għall-aħħar darba. Qabbel Kolonna A ma Kolonna B billi tikteb in-numru t-tajjeb. L-ewwel waħda hija lesta. F Kolonna A, f numru wieħed, naqraw: Il-perit ried jaqla s-siġar biex F Kolonna B din is-sentenza tkompli 7

iwessa l-bankini. Għalhekk ktibt numru wieħed fil-kaxxa ta ħdejha. Mela s-sentenza sħiħa tiġi: Il-perit ried jaqla s-siġar biex iwessa l-bankini. Issa se naqralek Kolonna A u wara naqra Kolonna B. Waqt li qed naqra tista tibda tqabbel iż-żewġ partijiet tas-sentenzi. Kolonna A: Numru tnejn: Numru tlieta: Numru erbgħa: Numru ħamsa: Ir-residenti tat-triq ma qablux miegħu Skont in-nies, is-siġar ta Ġuda huma meħtieġa biex Leli Muscat, wieħed mir-residenti, iħobb josserva l-għasafar Il-kunsill sema lin-nies u waqqaf ix-xogħol u qabbad żewġ periti oħra Issa se naqralek Kolonna B: ma jkomplux jinqerdu speċi rari ta friefet il-lejl. li jistkennu fis-siġar tat-triq. biex jagħmlu rapport wara li jisimgħu l-fehma ta kulħadd. u marru jipprotestaw mal-kunsill Lokali. ---------- Waqfa ta 10 sekond għal min għadu qed jikteb ---------- Issa għandek minuta biex tiċċekkja Taħriġ A u Taħriġ B. ---------- Dan huwa t-tmiem tal-ewwel silta ---------- Issa ngħaddu għat-tieni silta. Nitolbok issib paġna 4. -------------- Waqfa ta 5 sekondi ------------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A u Taħriġ B tat-tieni silta. -------------- Waqfa ta 45 sekonda ------------- Issa se naqralek it-tieni silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. 8

Il-Qari tat-tieni Silta: Mixħut fuq is-sufan, bdejt inqalleb l-istazzjonijiet tat-televixin. Milli jidher l-aħbarijiet kollha fuq il-gwerra u kull fejn tqalleb ħlief ġlied, sparar, nies jiġru u jgħajtu ma tarax. Ma ridtx narahom u għalaqt għajnejja u bla ma ridt f moħħi bdew ġejjin it-tifkiriet ta dakinhar li bdiet il-gwerra. Għadni niftakar sew. Kien il-ħdax ta Ġunju 1942 u jien kelli dsatax-il sena. Kont ilni naħdem it-tarzna xahrejn. Dakinhar qomt bħas-soltu mal-erbgħa u nofs ta filgħodu u wara li ħadt il-kafè tlaqt bil-mixi lejn Bormla. Meta wasalt bdejt ix-xogħol bħas-soltu. Niftakar li għall-ħabta tas-sebgħa daqqet is-sirena u jien u sħabi tlaqna kollox u morna nistkennu fix-xeltrijiet ġol-blat li kellna fit-tarzna. Uħud minn sħabi ħasbu li kien taħriġ tassoltu u baqgħu jaħdmu. Imma wara ftit narawhom ġejjin jiġru kemm jifilħu lejna hekk kif fuq rasna bdew jinstemgħu ħsejjes qawwija tal-ajruplani tal-gwerra. Bdejna nisimgħu tisfir li jtarrax u theżżiż qawwi ta bombi neżlin ma kullimkien. Fix-xelter kulħadd twerwer u tgeddes il ġewwa kemm seta. Kultant kienet tinħass theżżiża aktar qawwija mill-oħrajn u d-dawl baxx li kellna kien jintefa għal ftit u jerġa jiġi. Kollha kemm aħna ma ftaħniex ħalqna. Kulħadd inkwetat għall-familja tiegħu. Ġibt quddiem għajnejja lil ommi u lil ħuti ż-żgħar imwerwrin. Ftakart f missieri, li kien suldat fuq il-kanuni tal-barrakka. Jien u sħabi dorna ma Lonzu tal-mużew ngħidu r-rużarju b ħeġġa kbira. Ma nafx kemm domna hemm ġew. Niftakar li hekk kif daqqet is-sirena li l-attakki kienu għaddew, kulħadd ħareġ mgħaġġel biex jitlaq lejn daru ħalli jara lill-familja tiegħu. Jien għamilt l-istess. Iżda jien u ħiereġ niftakarni nisma leħen maħnuq ħiereġ minn taħt borġ ġebel isejjaħ għall-għajnuna. Waqaft u flimkien ma ħamsa oħra minn sħabi qbadna nwarrbu l-ġebel sakemm irnexxielna noħorġu lil Ċikku, l-imgħallem tagħna. Ma nistax ninsa l-ħarsa tiegħu u l-għafsa kbira li għafasli idi hekk kif għabbewh fl-ambulanza u telqu jiġru bih lejn l-isptar. Wara xi ġimgħa Ċikku reġa daħal għax-xogħol u għadu sal-lum jirringrazzjani li salvajtlu ħajtu. Issa se naqralek Taħriġ A. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. 9

Numru wieħed: L-awtur ftakar fil-gwerra għax iltaqa ma ħabib tiegħu u tkellmu fuq dak iż-żmien. kien qed iqalleb l-aħbarijiet u ħlief ġlied u sparar ma bediex jara. beda jara dokumentarju wara l-aħbarijiet fuq it-tieni gwerra. It-tweġiba t-tajba hija kien qed iqalleb l-aħbarijiet u ħlief ġlied u sparar ma bediex jara. Għalhekk immarkajt sinjal fil-kaxxa ta ħdejha. Is-sentenza sħiħa hija: L-awtur ftakar fil-gwerra għax kien qed iqalleb l-aħbarijiet u ħlief ġlied u sparar ma bediex jara. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Fl-ewwel jum li bdiet il-gwerra, l-awtur mar bħas-soltu għax-xogħol fit-tarzna. baqa d-dar għax kien ma jiflaħx. kien ħareġ ma sħabu u marru Bormla. Numru tlieta: Meta kien fix-xelter, huwa raqad raqda fil-fond. qagħad jitkellem ma sħabu fuq il-gwerra. ftakar f missieru u fil-familja tiegħu. Numru erbgħa: Fix-xelter, Lonzu tal-mużew beda jipprietka fuq il-paċi. jgħid ir-rużarju. jibża u jibki. 10

Numru ħamsa: Malli daqqet is-sirena, l-awtur u sħabu ħarġu mix-xelter u telqu lejn djarhom biex jaraw lill-familja tagħhom. marru jkomplu x-xogħol. marru jqallbu fid-djar imwaqqgħa. Numru sitta: Waqt li kien ħiereġ mit-tarzna, l-awtur sema l-ħoss tal-ajruplani riesqa fuqhom. lil sħabu jsejħulu biex imur magħhom. leħen maħnuq ħiereġ minn taħt borġ ġebel. Numru sebgħa: Minn taħt il-ġebel huwa salva ħamsa minn sħabu. kelb ferut. lill-imgħallem tiegħu. Issa se naqralek Taħriġ B. Immarka fil-kolonna t-tajba biex tgħid jekk hux VERU, FALZ jew MA SSEMMIETX. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Il-gwerra li jiftakar l-awtur bdiet f Malta f Ġunju 1942. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Din Veru. Għalhekk fil-kaxxa għamilt sinjal taħt Veru. Issa se naqralek il-bqija tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: L-awtur kien ilu dsatax-il sena jaħdem it-tarzna. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru tlieta: Hu kien joqgħod mal-familja tiegħu f Ħaż-Żabbar. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? 11

Numru erbgħa: Missier l-awtur kien suldat fuq il-kanuni tal-barrakka. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru ħamsa: L-imgħallem Ċikku miet waqt dan l-attakk. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sitta: F dan l-attakk ġew madwar ħamsin ajruplan mill-italja. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sebgħa: F dan l-attakk intefgħu ħafna bombi fl-inħawi tat-tarzna. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? -------------- Waqfa ta 30 sekonda għal min għadu qed jikteb ------------- Issa se nerġa naqralek it-tieni silta, għat-tieni darba u l-aħħar darba. Waqt il-qari tista tkompli taħdem l-eżerċizzji. Il-Qari tat-tieni Silta: Mixħut fuq is-sufan, bdejt inqalleb l-istazzjonijiet tat-televixin. Milli jidher l-aħbarijiet kollha fuq il-gwerra u kull fejn tqalleb ħlief ġlied, sparar, nies jiġru u jgħajtu ma tarax. Ma ridtx narahom u għalaqt għajnejja u bla ma ridt f moħħi bdew ġejjin it-tifkiriet ta dakinhar li bdiet il-gwerra. Għadni niftakar sew. Kien il-ħdax ta Ġunju 1942 u jien kelli dsatax-il sena. Kont ilni naħdem it-tarzna xahrejn. Dakinhar qomt bħas-soltu mal-erbgħa u nofs ta filgħodu u wara li ħadt il-kafè tlaqt bil-mixi lejn Bormla. Meta wasalt bdejt ix-xogħol bħas-soltu. Niftakar li għall-ħabta tas-sebgħa daqqet is-sirena u jien u sħabi tlaqna kollox u morna nistkennu fix-xeltrijiet ġol-blat li kellna fit-tarzna. Uħud minn sħabi ħasbu li kien taħriġ tassoltu u baqgħu jaħdmu. Imma wara ftit narawhom ġejjin jiġru kemm jifilħu lejna hekk kif fuq rasna bdew jinstemgħu ħsejjes qawwija tal-ajruplani tal-gwerra. Bdejna nisimgħu tisfir li jtarrax u theżżiż qawwi ta bombi neżlin ma kullimkien. Fix-xelter kulħadd twerwer u tgeddes il ġewwa kemm seta. Kultant kienet tinħass theżżiża aktar qawwija mill-oħrajn u d-dawl baxx li kellna kien jintefa għal ftit u jerġa jiġi. 12

Kollha kemm aħna ma ftaħniex ħalqna. Kulħadd inkwetat għall-familja tiegħu. Ġibt quddiem għajnejja lil ommi u lil ħuti ż-żgħar imwerwrin. Ftakart f missieri, li kien suldat fuq il-kanuni tal-barrakka. Jien u sħabi dorna ma Lonzu tal-mużew ngħidu r-rużarju b ħeġġa kbira. Ma nafx kemm domna hemm ġew. Niftakar li hekk kif daqqet is-sirena li l-attakki kienu għaddew, kulħadd ħareġ mgħaġġel biex jitlaq lejn daru ħalli jara lill-familja tiegħu. Jien għamilt l-istess. Iżda jien u ħiereġ niftakarni nisma leħen maħnuq ħiereġ minn taħt borġ ġebel isejjaħ għall-għajnuna. Waqaft u flimkien ma ħamsa oħra minn sħabi qbadna nwarrbu l-ġebel sakemm irnexxielna noħorġu lil Ċikku, l-imgħallem tagħna. Ma nistax ninsa l-ħarsa tiegħu u l-għafsa kbira li għafasli idi hekk kif għabbewh fl-ambulanza u telqu jiġru bih lejn l-isptar. Wara xi ġimgħa Ċikku reġa daħal għax-xogħol u għadu sal-lum jirringrazzjani li salvajtlu ħajtu. Issa se naqralek Taħriġ A għat-tieni darba u l-aħħar darba. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: L-awtur ftakar fil-gwerra għax iltaqa ma ħabib tiegħu u tkellmu fuq dak iż-żmien. kien qed iqalleb l-aħbarijiet u ħlief ġlied u sparar ma bediex jara. beda jara dokumentarju wara l-aħbarijiet fuq it-tieni gwerra. It-tweġiba t-tajba hija kien qed iqalleb l-aħbarijiet u ħlief ġlied u sparar ma bediex jara. Għalhekk immarkajt sinjal fil-kaxxa ta ħdejha. Is-sentenza sħiħa hija: L-awtur ftakar fil-gwerra għax kien qed iqalleb l-aħbarijiet u ħlief ġlied u sparar ma bediex jara. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Fl-ewwel jum li bdiet il-gwerra, l-awtur 13

mar bħas-soltu għax-xogħol fit-tarzna. baqa d-dar għax kien ma jiflaħx. kien ħareġ ma sħabu u marru Bormla. Numru tlieta: Meta kien fix-xelter, huwa raqad raqda fil-fond. qagħad jitkellem ma sħabu fuq il-gwerra. ftakar f missieru u fil-familja tiegħu. Numru erbgħa: Fix-xelter, Lonzu tal-mużew beda jipprietka fuq il-paċi. jgħid ir-rużarju. jibża u jibki. Numru ħamsa: Malli daqqet is-sirena, l-awtur u sħabu ħarġu mix-xelter u telqu lejn djarhom biex jaraw lill-familja tagħhom. marru jkomplu x-xogħol. marru jqallbu fid-djar imwaqqgħa. Numru sitta: Waqt li kien ħiereġ mit-tarzna, l-awtur sema l-ħoss tal-ajruplani riesqa fuqhom. lil sħabu jsejħulu biex imur magħhom. leħen maħnuq ħiereġ minn taħt borġ ġebel. Numru sebgħa: Minn taħt il-ġebel huwa salva ħamsa minn sħabu. kelb ferut. lill-imgħallem tiegħu. 14

Issa se naqralek Taħriġ B għat-tieni darba u l-aħħar darba. Immarka fil-kolonna t-tajba biex tgħid jekk hux VERU, FALZ jew MA SSEMMIETX. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Il-gwerra li jiftakar l-awtur bdiet f Malta f Ġunju 1942. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Din Veru. Għalhekk fil-kaxxa għamilt sinjal taħt Veru. Issa se naqralek il-bqija tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: L-awtur kien ilu dsatax-il sena jaħdem it-tarzna. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru tlieta: Hu kien joqgħod mal-familja tiegħu f Ħaż-Żabbar. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru erbgħa: Missier l-awtur kien suldat fuq il-kanuni tal-barrakka. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru ħamsa: L-imgħallem Ċikku miet waqt dan l-attakk. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sitta: F dan l-attakk ġew madwar ħamsin ajruplan mill-italja. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sebgħa: F dan l-attakk intefgħu ħafna bombi fl-inħawi tat-tarzna. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? -------------- Waqfa ta 30 sekonda għal min għadu qed jikteb ------------- Issa għandek żewġ minuti biex tiċċekkja l-eżerċizzji kollha. Grazzi. L-eżami tas-smigħ spiċċa. Saħħa! 15

IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR IL-ĦIN: 10 minuti KARTA 2 Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux assessjat) L-interlokutur jistaqsi lill-istudent dawn il-mistoqsijiet biex irabbilu ftit kunfidenza u jnaqqaslu t-tensjoni li jista jkollu. Iħajru wkoll jitkellem bla ma jiddejjaq. 1A Lil Student A: Bonġu, x jismek? 1B Lil Student B: Bonġu, x jismek? 2A Lil Student A: Minn fejn inti? 2B Lil Student B: Kemm għandek żmien? 3A Lil Student A: X għamilt sabiħ ilbieraħ wara l-iskola? 3B Lil Student B: X biħsiebek tagħmel illum wara li tispiċċa l-iskola? 4A Lil Student A: Kif tasal l-iskola: bil-mixi jew iwasslek xi ħadd? Min? 4B Lil Student B: X tara int u ġej/ja l-iskola? (tfal oħra, ħwienet, djar ) 5A Lil Student A: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 5B Lil Student B: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 6A Lil Student A: X kien jismu u għaliex għoġbok? 6B Lil Student B: X kien jismu u għaliex għoġbok? 7A Lil Student A: Liema żmien tas-sena jogħġbok l-aktar? Għaliex? 7B Lil Student B: Tieħu gost l-iskola? X jogħġbok l-aktar? 16

Taħriġ 2: L-Intervista (3 minuti) L-Interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru. Lil Student A: Lil Student B: X inhi d-data llum? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. Meta twelidt? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. L-interlokutur jgħid lil Student A: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-komputer. a) Taf tużah il-kompjuter? Fejn tużah l-aktar? b) Inti tuża l-kompjuter biex tistudja jew biex tilgħab? ċ) Tista tuża l-kompjuter għal xi ħaġa oħra? d) Tixtieq titgħallem aktar kif tuża aħjar il-kompjuter? Għaliex? L-interlokutur jgħid lil Student B: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar għaqdiet. a) Int membru f xi għaqda? X jisimha? b) Fejn tiltaqgħu u kull meta tattendi l-għaqda tiegħek? ċ) Semmi żewġ attivitajiet li torganizza din l-għaqda u li jogħġbuk l-aktar. Għaliex jogħġbuk? d) X ġid tieħu minn din l-għaqda? Kif tista tgħinek il quddiem? 17

IL-KRITERJI GÓALL-VALUTAZZJONI TAL-MALTI MITKELLEM Il-vokabularju (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jinqeda biss bi kliem u fra ijiet ba içi filmod kif jesprimi ru u. Idur g al kliem jew fra ijiet b lingwa o ra li mhix il-malti. Ju a firxa wiesg a ta vokabularju li jkun addattat g as-sitwazzjoni partikolari tatta dit. It-ta dit mexxej u l-interazzjoni (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, imma jkun je tie g ajnuna kontinwa. Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, bla skossi u ming ajr tbatija ejda. Jie u balji morfolo içi u sintattiçi It-twe ibiet mhumiex relevanti minkejja l-g ajnuna li jing ata. Il-korrettezza grammatikali (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Ir-relevanza tad-diskors (3 marki) 0-1 - 2-3 It-tlissin tal-kliem u l-intonazzjoni tad-diskors (3 marki) Il-kliem huwa mlissen b mod baljat u b influwenza ta lingwa barranija flintonazzjoni. 0-1 - 2-3 Ta ri 3/4 (2 marki) Jinqeda b kostruzzjonijiet morfolo içi u sintattiçi korretti. Jifhem il-mistoqsijiet u/jew l-istruzzjonijiet u jwie eb b mod relevanti. Il-kliem huwa mlissen b mod tajjeb u b intonazzjoni korretta. Dawn il-marki jing ataw skont kriterju partikulari li jkun marbut mat-ta ri 3 u 4 18

IL-MALTI: IS-SMIGĦ IL-KARTA TAL-GĦALLIEM IL-ĦIN: 30 minuta KARTA 2 Merħba tfal! Matul is-sessjoni tas-smigħ se tisma żewġ siltiet. Jekk trid, tista tibda taħdem l-eżerċizzji fil-ktieb li għandek quddiemek waqt li qed tisma l-qari tas-siltiet. Kull silta, flimkien mal-eżerċizzji, se naqrahomlok darbtejn. Issa nitolbok tiftaħ il-ktieb li għandek quddiemek u ssib paġna 19. ---------- Waqfa ta 10 sekondi ---------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A u Taħriġ B tal-ewwel silta. ---------- Waqfa ta 25 sekonda ---------- Issa se naqralek l-ewwel silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. ---------- Waqfa ta 3 sekondi ---------- Il-Qari tal-ewwel Silta: Is-Siġar tal-bonsai indaħħlu s-siġar f darna Is-siġar tal-bonsai huma siġar tal-foresti li jitkabbru fi qsari żgħar. Dan it- tkabbir ilu jeżisti għal sekli sħaħ fiċ-ċina u fil-ġappun. Fl-Ewropa saru popolari meta ġabuhom magħhom vjaġġaturi li żaru dawn l-artijiet. Fost il-bonsai insibu siġar tal-ballut, tal-pin Jekk tieħu ħsiebhom sewwa jgħixu għal snin twal. Huma jridu kura ta espert li jkollu ħafna paċenzja u mħabba kbira lejhom għaliex jieħdu żmien twil biex jikbru ftit millimetri. Il-bonsai jitkabbru billi titpoġġa ż-żerriegħa fi qsari apposta. Sakemm jikbru ftit, jeħtieġu ammont preċiż ta ilma u dawl. L-esperti jemmnu li trid snin twal ta esperjenza biex tagħraf meta l-pjanta jkollha bżonn l-ilma u kemm trid tagħtiha. Dan għaliex l-għeruq huma delikati ħafna u qatt ma għandhom jitħallew jinxfu għalkollox. L-għeruq u l-friegħi tal-bonsai jridu jinżabru ta spiss biex is-siġra tibqa ċkejkna. Huma jitkabbru f forom differenti skont il-qafas tal-ħadid li jitilgħu miegħu. 19

Ħafna nies jitħajru jkabbru l-bonsai imma jsibu li mhumiex kapaċi. Għalhekk iqabbdu lil xi ħadd espert u dan iżommhom għandu. Kultant jeħduhom id-dar biex iżejnu meta jkollhom xi okkażjoni speċjali. Ħafna dilettanti jemmnu li bejn il-bonsai u l-bniedem titrabba relazzjoni soda. Dan għaliex is-siġar jgħixu għal snin twal. Teżisti d-drawwa li l-bonsai jibqgħu jintirtu fil-familja. B hekk iservu ta tifkira ħajja ta dawk li għexu qabel. Issa se naqralek Taħriġ A. Aqta linja taħt it-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Il-bonsai huma (pjanti, siġar, ħxejjex) tal-foresti li jitkabbru fil-qsari fid-dar. It-tweġiba t-tajba hija siġar. Għalhekk għamilt linja taħt siġar. Is-sentenza sħiħa hija: Il-bonsai huma siġar tal-foresti li jitkabbru fil-qsari fid-dar. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Dawn is-siġar ilhom sekli sħaħ jitkabbru (fl-ewropa u fl-afrika, fiċ-ċina u l-ġappun, f Malta u Għawdex). Numru tlieta: Huma kapaċi jgħixu bosta (jiem, xhur, snin) basta jkollhom il-kura li jeħtieġu. Numru erbgħa: Biex il-bonsai jikbru ftit (millimetri, ċentimetri, metri) għandhom bżonn mill-espert imħabba kbira u ħafna paċenzja. Numru ħamsa: (L-għeruq, Il-friegħi, Il-weraq) tal-bonsai huma delikati ħafna u jridu ilma bil-qies u f waqtu. 20

Numru sitta: L-espert ikabbar il-bonsai billi jpoġġi (ż-żerriegħa, l-friegħi, l-basal) tas-siġar li jixtieq fi qsari apposta. -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------ Issa se naqralek Taħriġ B. Immarka b ċirku t-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Is-siġra tal-bonsai tibqa ċkejkna għax a) l-għeruq u l-friegħi tagħha jinżabru ta spiss. b) hija siġra li ma tikbirx. ċ) ma tissaqqix ħafna. It-tweġiba t-tajba hija a. Għalhekk immarkajt ċirku madwar l-ittra a. Is-sentenza sħiħa hija: Is-siġra tal-bonsai tibqa ċkejkna għax l-għeruq u l-friegħi tagħha jinżabru ta spiss. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: L-espert tal-bonsai jifforma s-siġra billi a) jaqta l-weraq skont id-disinn li jixtieq. b) jkabbar il-pjanta skont qafas apposta tal-ħadid. ċ) jpoġġiha fi qsari apposta u fid-dlam. Numru tlieta: Dawn is-siġar tal-bonsai jintużaw a) għall-ikel f riċetti Ċiniżi. b) għall-mediċina u fejqan tal-mard tat-tfal. ċ) biex iżejnu d-djar f okkażjonijiet speċjali. 21

Numru erbgħa: Fl-Ewropa, il-bonsai saru popolari meta a) l-gazzetti bdew jiktbu fuqhom. b) nies mill-ewropa marru ċ-ċina u l-ġappun u ġabuhom lura magħhom. ċ) ċ-ċiniżi u l-ġappuniżi bdew isiefru lejn pajjiżi tal-ewropa. Numru ħamsa: Nies li jridu jżejnu d-dar imma ma jafux ikabbru l-bonsai a) iqabbdu esperti biex ikabbru dawn il-pjanti u jagħtuhomlhom kull tant żmien. b) iżejnu bi pjanti tal-plastik li jixbhu l-bonsai. ċ) jissellfu mingħand il-ġirien tagħhom. Numru sitta: Familja li tiret siġra tal-bonsai tgħożżha ħafna għax a) tiswa ħafna flus. b) tfakkarha fis-siġar kbar li hemm fil-foresti. ċ) tfakkarha fil-familjari li kkuraw il-bonsai qabilha. ---------- Waqfa ta 10 sekondi għal min għadu qed jikteb ---------- Issa se naqralek is-silta kollha għat-tieni darba. Waqt li qed tisma tista tkompli taħdem u tispiċċa l-eżerċizzji. Il-Qari tal-ewwel Silta: Is-Siġar tal-bonsai indaħħlu s-siġar f darna Is-siġar tal-bonsai huma siġar tal-foresti li jitkabbru fi qsari żgħar. Dan it- tkabbir ilu jeżisti għal sekli sħaħ fiċ-ċina u fil-ġappun. Fl-Ewropa saru popolari meta ġabuhom magħhom vjaġġaturi li żaru dawn l-artijiet. Fost il-bonsai insibu siġar tal-ballut, tal-pin Jekk tieħu ħsiebhom sewwa jgħixu għal snin twal. Huma jridu kura ta espert li jkollu ħafna paċenzja u mħabba kbira lejhom għaliex jieħdu żmien twil biex jikbru ftit millimetri. Il-bonsai jitkabbru billi titpoġġa ż-żerriegħa fi qsari apposta. Sakemm jikbru ftit, jeħtieġu ammont preċiż ta ilma u dawl. L-esperti jemmnu li trid snin twal ta esperjenza biex tagħraf meta l-pjanta jkollha bżonn l-ilma u kemm trid tagħtiha. Dan għaliex l-għeruq huma delikati 22

ħafna u qatt ma għandhom jitħallew jinxfu għalkollox. L-għeruq u l-friegħi tal-bonsai jridu jinżabru ta spiss biex is-siġra tibqa ċkejkna. Huma jitkabbru f forom differenti skont il-qafas tal-ħadid li jitilgħu miegħu. Ħafna nies jitħajru jkabbru l-bonsai imma jsibu li mhumiex kapaċi. Għalhekk iqabbdu lil xi ħadd espert u dan iżommhom għandu. Kultant jeħduhom id-dar biex iżejnu meta jkollhom xi okkażjoni speċjali. Ħafna dilettanti jemmnu li bejn il-bonsai u l-bniedem titrabba relazzjoni soda. Dan għaliex is-siġar jgħixu għal snin twal. Teżisti d-drawwa li l-bonsai jibqgħu jintirtu fil-familja. B hekk iservu ta tifkira ħajja ta dawk li għexu qabel. Se naqralek Taħriġ A għat-tieni u għall-aħħar darba. Aqta linja taħt it-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Il-bonsai huma (pjanti, siġar, ħxejjex) tal-foresti li jitkabbru fil-qsari fid-dar. It-tweġiba t-tajba hija siġar. Għalhekk għamilt linja taħt siġar. Is-sentenza sħiħa hija: Il-bonsai huma siġar tal-foresti li jitkabbru fil-qsari fid-dar. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Dawn is-siġar ilhom sekli sħaħ jitkabbru (fl-ewropa u fl-afrika, fiċ-ċina u l-ġappun, f Malta u Għawdex). Numru tlieta: Huma kapaċi jgħixu bosta (jiem, xhur, snin) basta jkollhom il-kura li jeħtieġu. Numru erbgħa: Biex il-bonsai jikbru ftit (millimetri, ċentimetri, metri) għandhom bżonn mill-espert imħabba kbira u ħafna paċenzja. 23

Numru ħamsa: (L-għeruq, Il-friegħi, Il-weraq) tal-bonsai huma delikati ħafna u jridu ilma bil-qies u f waqtu. Numru sitta: L-espert ikabbar il-bonsai billi jpoġġi (ż-żerriegħa, l-friegħi, l-basal) tas-siġar li jixtieq fi qsari apposta. -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------ Issa se naqralek Taħriġ B. Immarka b ċirku t-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Is-siġra tal-bonsai tibqa ċkejkna għax a) l-għeruq u l-friegħi tagħha jinżabru ta spiss. b) hija siġra li ma tikbirx. ċ) ma tissaqqix ħafna. It-tweġiba t-tajba hija a. Għalhekk immarkajt ċirku madwar l-ittra a. Is-sentenza sħiħa hija: Is-siġra tal-bonsai tibqa ċkejkna għax l-għeruq u l-friegħi tagħha jinżabru ta spiss. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: L-espert tal-bonsai jifforma s-siġra billi a) jaqta l-weraq skont id-disinn li jixtieq. b) jkabbar il-pjanta skont qafas apposta tal-ħadid. ċ) jpoġġiha fi qsari apposta u fid-dlam. Numru tlieta: Dawn is-siġar tal-bonsai jintużaw a) għall-ikel f riċetti Ċiniżi. b) għall-mediċina u fejqan tal-mard tat-tfal. ċ) biex iżejnu d-djar f okkażjonijiet speċjali. 24

Numru erbgħa: Fl-Ewropa, il-bonsai saru popolari meta a) l-gazzetti bdew jiktbu fuqhom. b) nies mill-ewropa marru ċ-ċina u l-ġappun u ġabuhom lura magħhom. ċ) ċ-ċiniżi u l-ġappuniżi bdew isiefru lejn pajjiżi tal-ewropa. Numru ħamsa: Nies li jridu jżejnu d-dar imma ma jafux ikabbru l-bonsai a) iqabbdu esperti biex ikabbru dawn il-pjanti u jagħtuhomlhom kull tant żmien. b) iżejnu bi pjanti tal-plastik li jixbhu l-bonsai. ċ) jissellfu mingħand il-ġirien tagħhom. Numru sitta: Familja li tiret siġra tal-bonsai tgħożżha ħafna għax a) tiswa ħafna flus. b) tfakkarha fis-siġar kbar li hemm fil-foresti. ċ) tfakkarha fil-familjari li kkuraw il-bonsai qabilha. ---------- Waqfa ta 10 sekondi għal min għadu qed jikteb ---------- Issa għandek minuta biex tiċċekkja Taħriġ A u Taħriġ B ---------- Dan huwa t-tmiem tal-ewwel silta ---------- Issa ngħaddu għat-tieni silta. Nitolbok issib paġna 20. -------------- Waqfa ta 5 sekondi ------------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A u Taħriġ B tat-tieni silta. -------------- Waqfa ta 45 sekonda ------------- Issa se naqralek it-tieni silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. 25

Il-Qari tat-tieni Silta: Niftakar meta kont il-kenja, fl-afrika, ħabib tiegħi ħadni f raħal tal-maasaj. Kont smajt ħafna xorti fuqhom u issa li ġieni ċ-ċans li narahom mill-qrib m għedtx le. Kif wasalna, rajt nisa u tfal ħerġin wara xulxin mill-għerejjex baxxi u tondi magħmulin mit-tajn imnixxef fix-xemx. L-irġiel ma dehrux, ħlief ftit xjuħ. Kulħadd kellu rasu mqaxxra u miżbugħa ħamra. L-ilbies tal-maasaj jikkonsisti f biċċa drapp kbira kkulurita mdawra magħhom u maqfula f għoqda fuq spallithom. In-nisa kienu mimlija żibeġ, brazzuletti, imsielet tqal u kbar. Qisu kulma kellhom dendluh m għonqhom, ma rashom u ma ġisimhom kollu. Fid-daħla tar-raħal, stajt nara suldat żagħżugħ għassa. F rasu kellu ħafna rix u kien wieqaf dritt iserraħ fuq vleġġa bil-ponta vvalenata. Kien attent biex ma jħalli l-ebda annimal selvaġġ jersaq lejn ir-raħal. L-irġiel dejjem jirgħaw il-merħliet tal-baqar u l-mogħoż barra r-raħal. Rajthom iduru b biċċa zokk f idhom. Sirt naf li dik hija drawwa tagħhom u ma jmorru mkien mingħajr dak iz-zokk. Billi huma rgħajja, żgur li jiġu bżonnu fil-każ li jaraw xi annimal selvaġġ riesaq lejhom. Xi wħud iġorru magħhom ukoll qaws u vleġeġ. Il-kuraġġ tal-irġiel Maasaj huwa tal-għaġeb. Huma ma jaħsbuhiex darbtejn biex jattakkaw iljun li jkun se jħarbtilhom il-merħla tagħhom. Ħadd ma jiġih f moħħu li jaħrab u jħalli l-merħla waħidha. Jagħżlu li jmutu huma milli jitilfu xi mogħża jew baqra. Għall-Maasaj, il-baqar u l-art huma ħwejjeġ qaddisa. Huma jgħixu biss minn fuq dak li tagħtihom il-baqra li jarawha bħala r-rigal t Alla għalihom. Stajt nara l-irġiel jiġbdu d-demm minn għonq il-baqra u jħalltuh mal-ħalib biex jixorbuh. Il-baqra ma tweġġax. Dan ix-xorb huwa magħruf bħala saroj u huwa meqjuż bħala l-ikel tipiku tal-maasaj. L-art iqisuha bħala sagra u qatt ma jaħdmuha. Jekk xi ħadd iħaffer fil-ħamrija jħossu ħati u n-nies iħarsulu bl-ikrah. Huma jemmnu li l-art hija ta Alla biss u ta ħadd aktar. Għalhekk ma jaħsbuhiex darbtejn biex jidħlu f xi għalqa u jieklu mill-frott li jsibu. Issa se naqralek Taħriġ A. Imla l-vojt f din it-tabella billi ddaħħal kelma meħuda mis-silta. L-ewwel waħda hija lesta. Isem it-tribù: Maasaj Issa ngħaddu għall-kumplament tat-tabella u tista taħdimha. 26

-------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------Post fejn issibhom: Il-, fl-afrika -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------Tip ta djar li jgħixu fihom: Għerejjex magħmulin minn imnixxef fix-xemx -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------Xogħol prinċipali tal-irġiel: Irabbu u jirgħaw il-merħliet tal-baqar u tal- -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------L-aktar affarijiet għeżież: L-art li jgħixu fiha u l- -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------Ikel tipiku: Ħalib imħallat ma il-baqra -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------Issa se naqralek Taħriġ B. Ħares lejn dawn l-istampi u imla l-vojt bil-kelma t-tajba li tiftakar mis-silta li smajt. L-ewwel waħda hija lesta. L-IRĠIEL MAASAJ Rashom imqaxxra u miżbugħa. F idejhom iġorru u vleġġa biex iħarsu l-merħla tagħhom mill-annimali slavaġ. 27

IN-NISA MAASAJ L-ilbies kien ikun magħmul minn biċċa drapp marbuta għoqda fuq Ma widnejhom kienu jdendlu kbar u tqal ħafna. spallejhom. In-nisa kienu mimlija żibeġ u. -------------- Waqfa ta 30 sekonda għal min għadu qed jikteb ------------- Issa se nerġa naqralek it-tieni silta, għat-tieni darba u l-aħħar darba. Waqt il-qari tista tkompli taħdem l-eżerċizzji. Il-Qari tat-tieni Silta: Niftakar meta kont il-kenja, fl-afrika, ħabib tiegħi ħadni f raħal tal-maasaj. Kont smajt ħafna xorti fuqhom u issa li ġieni ċ-ċans li narahom mill-qrib m għedtx le. Kif wasalna, rajt nisa u tfal ħerġin wara xulxin mill-għerejjex baxxi u tondi magħmulin mit-tajn imnixxef fix-xemx. L-irġiel ma dehrux, ħlief ftit xjuħ. Kulħadd kellu rasu mqaxxra u miżbugħa ħamra. L-ilbies tal-maasaj jikkonsisti f biċċa drapp kbira kkulurita mdawra magħhom u maqfula f għoqda fuq spallithom. In-nisa kienu mimlija żibeġ, brazzuletti, imsielet tqal u kbar. Qisu kulma kellhom dendluh m għonqhom, ma rashom u ma ġisimhom kollu. Fid-daħla tar-raħal, stajt nara suldat żagħżugħ għassa. F rasu kellu ħafna rix u kien wieqaf dritt iserraħ fuq vleġġa bil-ponta vvalenata. Kien attent biex ma jħalli l-ebda annimal selvaġġ jersaq lejn ir-raħal. 28

L-irġiel dejjem jirgħaw il-merħliet tal-baqar u l-mogħoż barra r-raħal. Rajthom iduru b biċċa zokk f idhom. Sirt naf li dik hija drawwa tagħhom u ma jmorru mkien mingħajr dak iz-zokk. Billi huma rgħajja, żgur li jiġu bżonnu fil-każ li jaraw xi annimal selvaġġ riesaq lejhom. Xi wħud iġorru magħhom ukoll qaws u vleġeġ. Il-kuraġġ tal-irġiel Maasaj huwa tal-għaġeb. Huma ma jaħsbuhiex darbtejn biex jattakkaw iljun li jkun se jħarbtilhom il-merħla tagħhom. Ħadd ma jiġih f moħħu li jaħrab u jħalli l-merħla waħidha. Jagħżlu li jmutu huma milli jitilfu xi mogħża jew baqra. Għall-Maasaj, il-baqar u l-art huma ħwejjeġ qaddisa. Huma jgħixu biss minn fuq dak li tagħtihom il-baqra li jarawha bħala r-rigal t Alla għalihom. Stajt nara l-irġiel jiġbdu d-demm minn għonq il-baqra u jħalltuh mal-ħalib biex jixorbuh. Il-baqra ma tweġġax. Dan ix-xorb huwa magħruf bħala saroj u huwa meqjuż bħala l-ikel tipiku tal-maasaj. L-art iqisuha bħala sagra u qatt ma jaħdmuha. Jekk xi ħadd iħaffer fil-ħamrija jħossu ħati u n-nies iħarsulu bl-ikrah. Huma jemmnu li l-art hija ta Alla biss u ta ħadd aktar. Għalhekk ma jaħsbuhiex darbtejn biex jidħlu f xi għalqa u jieklu mill-frott li jsibu. Issa se naqralek Taħriġ A għat-tieni darba u l-aħħar darba. Imla l-vojt f din it-tabella billi ddaħħal kelma meħuda mis-silta. L-ewwel waħda hija lesta. Isem it-tribù: Maasaj Issa ngħaddu għall-kumplament tat-tabella u tista taħdimha. Post fejn issibhom: Il-, fl-afrika Tip ta djar li jgħixu fihom: Għerejjex magħmulin minn imnixxef fix-xemx Xogħol prinċipali tal-irġiel: Irabbu u jirgħaw il-merħliet tal-baqar u tal- L-aktar affarijiet għeżież: L-art li jgħixu fiha u l- 29

Ikel tipiku: Ħalib imħallat ma il-baqra -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------Issa se naqralek Taħriġ B għat-tieni darba u l-aħħar darba. Ħares lejn dawn l-istampi u imla l-vojt bil-kelma t-tajba li tiftakar mis-silta li smajt. L-ewwel waħda hija lesta. L-IRĠIEL MAASAJ Rashom imqaxxra u miżbugħa. F idejhom iġorru u vleġġa biex iħarsu l-merħla tagħhom mill-annimali slavaġ. 30

IN-NISA MAASAJ L-ilbies kien ikun magħmul minn biċċa drapp marbuta għoqda fuq Ma widnejhom kienu jdendlu kbar u tqal ħafna. spallejhom. In-nisa kienu mimlija żibeġ u. -------------- Waqfa ta 30 sekonda għal min għadu qed jikteb ------------- Issa għandek żewġ minuti biex tiċċekkja l-eżerċizzji kollha. Grazzi. L-eżami tas-smigħ spiċċa. Saħħa! 31

IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR IL-ĦIN: 10 minuti KARTA 3 Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux assessjat) L-interlokutur jistaqsi lill-istudent dawn il-mistoqsijiet biex irabbilu ftit kunfidenza u jnaqqaslu t-tensjoni li jista jkollu. Iħajru wkoll jitkellem bla ma jiddejjaq. 1A Lil Student A: Bonġu, x jismek? 1B Lil Student B: Bonġu, x jismek? 2A Lil Student A: Minn fejn inti? 2B Lil Student B: Kemm għandek żmien? 3A Lil Student A: X għamilt sabiħ ilbieraħ wara l-iskola? 3B Lil Student B: X biħsiebek tagħmel illum wara li tispiċċa l-iskola? 4A Lil Student A: Kif tasal l-iskola: bil-mixi jew iwasslek xi ħadd? Min? 4B Lil Student B: X tara int u ġej/ja l-iskola? (tfal oħra, ħwienet, djar ) 5A Lil Student A: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 5B Lil Student B: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 6A Lil Student A: X kien jismu u għaliex għoġbok? 6B Lil Student B: X kien jismu u għaliex għoġbok? 7A Lil Student A: Liema żmien tas-sena jogħġbok l-aktar? Għaliex? 7B Lil Student B: Tieħu gost l-iskola? X jogħġbok l-aktar? 32

Taħriġ 2: L-Intervista (3 minuti) L-Interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru. Lil Student A: Lil Student B: X inhi d-data llum? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. Meta twelidt? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. L-interlokutur jgħid lil Student A: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar it-televixin. a) Tħobb tarah it-televixin? Għaliex? b) Liema programmi tħobb tara l-aktar? Għaliex? ċ) Liema programmi jdejquk l-aktar u għaliex? d) Kemm tagħmel ħin kuljum tara t-televixin? L-interlokutur jgħid lil Student B: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-mixi. a) Tħobb timxi xi mixja twila? Għaliex? b) Fejn tħobb tmur timxi u ma min tmur? ċ) X tieħu miegħek meta tmur mixja twila? X tilbes speċjali? d) Taħseb li l-mixi huwa tajjeb għal saħħitna? Għaliex? 33

IL-KRITERJI GÓALL-VALUTAZZJONI TAL-MALTI MITKELLEM Il-vokabularju (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jinqeda biss bi kliem u fra ijiet ba içi filmod kif jesprimi ru u. Idur g al kliem jew fra ijiet b lingwa o ra li mhix il-malti. Ju a firxa wiesg a ta vokabularju li jkun addattat g as-sitwazzjoni partikolari tatta dit. It-ta dit mexxej u l-interazzjoni (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, imma jkun je tie g ajnuna kontinwa. Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, bla skossi u ming ajr tbatija ejda. Jie u balji morfolo içi u sintattiçi It-twe ibiet mhumiex relevanti minkejja l-g ajnuna li jing ata. Il-korrettezza grammatikali (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Ir-relevanza tad-diskors (3 marki) 0-1 - 2-3 It-tlissin tal-kliem u l-intonazzjoni tad-diskors (3 marki) Il-kliem huwa mlissen b mod baljat u b influwenza ta lingwa barranija flintonazzjoni. 0-1 - 2-3 Ta ri 3/4 (2 marki) Jinqeda b kostruzzjonijiet morfolo içi u sintattiçi korretti. Jifhem il-mistoqsijiet u/jew l-istruzzjonijiet u jwie eb b mod relevanti. Il-kliem huwa mlissen b mod tajjeb u b intonazzjoni korretta. Dawn il-marki jing ataw skont kriterju partikulari li jkun marbut mat-ta ri 3 u 4 34

IL-MALTI: IS-SMIGĦ IL-KARTA TAL-GĦALLIEM IL-ĦIN: 30 minuta KARTA 3 Merħba tfal! Matul is-sessjoni tas-smigħ se tisma żewġ siltiet. Jekk trid, tista tibda taħdem l-eżerċizzji fil-ktieb li għandek quddiemek waqt li qed tisma l-qari tas-siltiet. Kull silta, flimkien mal-eżerċizzji, se naqrahomlok darbtejn. Issa nitolbok tiftaħ il-ktieb li għandek quddiemek u ssib paġna 37. ---------- Waqfa ta 10 sekondi ---------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A u Taħriġ B tal-ewwel silta. ---------- Waqfa ta 25 sekonda ---------- Issa se naqralek l-ewwel silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. ---------- Waqfa ta 3 sekondi ---------- Il-Qari tal-ewwel Silta: Tbassir tat-temp It-temp illum 19 t Ottubru sebaħ xemxi u bnazzi imma mal-ħin beda tiela sħab oħxon mill- Grigal. Dan wassal biex waranofsinhar l-ajru ssaħħab u f xi nħawi għamlu ħalbiet ħfief taxxita. Ir-riħ nefaħ mil-lvant imma filgħaxija dar mill-grigal. L-ogħla temperatura rreġistrata llum kienet ta 22 grad Celsius filwaqt li mal-lejl mistennija tinżel għal 6 gradi. Xita mkejla mill-ewwel ta Settembru sal-lum hija ta 100 millimetru. Ħarsa lejn it-temp għal għada nsibu li fuqna se jkollna pressjoni għolja minn fuq l-ewropa. Din se taħbat ma pressjoni baxxa li ġejja minn fuq l-afrika u mistennija toħloq maltempati bix-xita u bir-ragħad. Għalhekk it-temp għal għada 20 t Ottubru mistenni li jkun bix-xita u bir-ragħad. Il-viżibilità tkun moderata għal ħażina fil-waqtiet tax-xita. Ir-riħ se jkun qawwi għal qawwi ħafna mill-grigal forza 4 u 5. Il-baħar se jkun b imbatt qawwi għal qawwi ħafna mill-grigal. Matul il-lejl il-maltemp mistenni li jkompli u r-riħ jilħaq qawwa ta riefnu l-aktar fl-inħawi fejn jaqbel. 35

L-ogħla temperatura għal għada mistennija li titla 19-il grad Celsius filwaqt li dik talbaħar se tkun 21 grad. Għal mal-lejl it-temperatura mistennija tinżel 4 gradi Celsius. Għal rapport aktar dettaljat għall-baħħara u s-sajjieda tista tidħol fis-sit TempMalta.com fejn tistgħu taraw it-tbassir tat-temp għall-ħamest ijiem li ġejjin. Issa se naqralek Taħriġ A. Qabbel Kolonna A ma Kolonna B. L-ewwel waħda hija lesta. F Kolonna A, f numru wieħed, naqraw: Ir-rapport jibda billi jgħid kif kien F Kolonna B din is-sentenza tkompli it-temp fid-19 t Ottubru. Għalhekk ktibt numru wieħed fil-kaxxa ta ħdejha. Mela s-sentenza sħiħa tiġi: Ir-rapport jibda billi jgħid kif kien it-temp fid-19 t Ottubru. Issa se naqralek Kolonna A u wara naqra Kolonna B. Waqt li qed naqra tista tibda tqabbel iż- żewġ partijiet tas-sentenzi. Kolonna A: Numru tnejn: Numru tlieta: Numru erbgħa: Numru ħamsa: Is-sħab oħxon li tela mal-ħin kien L-ogħla temperatura mkejla mal-jum kienet Xita li tkejlet minn Settembru kienet Kien se jagħmel il-maltemp għax Issa se naqralek Kolonna B: ta 22 grad Celsius. pressjoni għolja u baxxa kienu se jiltaqgħu. 100 millimetru. ġej mill-grigal. ---------- Waqfa ta 3 sekondi ---------- Issa se naqralek Taħriġ B. 36

Immarka fil-kaxxa t-tajba biex tgħid jekk hux VERU, FALZ jew MA SSEMMIETX. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: It-tbassir kien li l-20 t Ottubru kellu jkun bnazzi u xemxi. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Din Falz. Għalhekk fil-kaxxa għamilt sinjal taħt Falz. Issa se naqralek il-bqija tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Ir-riħ kellu jkun qawwi ħafna mill-grigal. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru tlieta: Kien mistenni li waqt ix-xita jagħmlu xi ħalbiet tas-silġ. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru erbgħa: Is-sajjieda setgħu jaraw tbassir tat-temp aktar dettaljat fuq sit apposta. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru ħamsa: Matul il-lejl il-maltempata kellha tnaqqas u r-riħ jieqaf. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sitta: Il-baħar kellu jkun ftit imqalleb mil-lvant. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sebgħa: It-temperatura ta matul il-lejl kellha titbaxxa għal 4 gradi. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? ---------- Waqfa ta 10 sekondi għal min għadu qed jikteb ---------- Issa se naqralek is-silta kollha għat-tieni darba. Waqt li qed tisma tista tkompli taħdem u tispiċċa l-eżerċizzji. 37

Il-Qari tal-ewwel Silta: Tbassir tat-temp It-temp illum 19 t Ottubru sebaħ xemxi u bnazzi imma mal-ħin beda tiela sħab oħxon mill- Grigal. Dan wassal biex waranofsinhar l-ajru ssaħħab u f xi nħawi għamlu ħalbiet ħfief taxxita. Ir-riħ nefaħ mil-lvant imma filgħaxija dar mill-grigal. L-ogħla temperatura rreġistrata llum kienet ta 22 grad Celsius filwaqt li mal-lejl mistennija tinżel għal 6 gradi. Xita mkejla mill-ewwel ta Settembru sal-lum hija ta 100 millimetru. Ħarsa lejn it-temp għal għada nsibu li fuqna se jkollna pressjoni għolja minn fuq l-ewropa. Din se taħbat ma pressjoni baxxa li ġejja minn fuq l-afrika u mistennija toħloq maltempati bix-xita u bir-ragħad. Għalhekk it-temp għal għada 20 t Ottubru mistenni li jkun bix-xita u bir-ragħad. Il-viżibilità tkun moderata għal ħażina fil-waqtiet tax-xita. Ir-riħ se jkun qawwi għal qawwi ħafna mill-grigal forza 4 u 5. Il-baħar se jkun b imbatt qawwi għal qawwi ħafna mill-grigal. Matul il-lejl il-maltemp mistenni li jkompli u r-riħ jilħaq qawwa ta riefnu l-aktar fl-inħawi fejn jaqbel. L-ogħla temperatura għal għada mistennija li titla 19-il grad Celsius filwaqt li dik talbaħar se tkun 21 grad. Għal mal-lejl it-temperatura mistennija tinżel 4 gradi Celsius. Għal rapport aktar dettaljat għall-baħħara u s-sajjieda tista tidħol fis-sit TempMalta.com fejn tistgħu taraw it-tbassir tat-temp għall-ħamest ijiem li ġejjin. Se naqralek Taħriġ A għat-tieni u għall-aħħar darba. Qabbel Kolonna A ma Kolonna B. L-ewwel waħda hija lesta. F Kolonna A, f numru wieħed, naqraw: Ir-rapport jibda billi jgħid kif kien F Kolonna B din is-sentenza tkompli it-temp fid-19 t Ottubru. Għalhekk ktibt numru wieħed fil-kaxxa ta ħdejha. Mela s-sentenza sħiħa tiġi: Ir-rapport jibda billi jgħid kif kien it-temp fid-19 t Ottubru. 38

Issa se naqralek Kolonna A u wara naqra Kolonna B. Waqt li qed naqra tista tibda tqabbel iż- żewġ partijiet tas-sentenzi. Kolonna A: Numru tnejn: Numru tlieta: Numru erbgħa: Numru ħamsa: Is-sħab oħxon li tela mal-ħin kien L-ogħla temperatura mkejla mal-jum kienet Xita li tkejlet minn Settembru kienet Kien se jagħmel il-maltemp għax Issa se naqralek Kolonna B: ta 22 grad Celsius. pressjoni għolja u baxxa kienu se jiltaqgħu. 100 millimetru. ġej mill-grigal. ---------- Waqfa ta 3 sekondi ---------- Issa se naqralek Taħriġ B għat-tieni u għall-aħħar darba. Immarka fil-kaxxa t-tajba biex tgħid jekk hux VERU, FALZ jew MA SSEMMIETX. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: It-tbassir kien li l-20 t Ottubru kellu jkun bnazzi u xemxi. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Din Falz. Għalhekk fil-kaxxa għamilt sinjal taħt Falz. Issa se naqralek il-bqija tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Ir-riħ kellu jkun qawwi ħafna mill-grigal. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru tlieta: Kien mistenni li waqt ix-xita jagħmlu xi ħalbiet tas-silġ. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? 39

Numru erbgħa: Is-sajjieda setgħu jaraw tbassir tat-temp aktar dettaljat fuq sit apposta. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru ħamsa: Matul il-lejl il-maltempata kellha tnaqqas u r-riħ jieqaf. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sitta: Il-baħar kellu jkun ftit imqalleb mil-lvant. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? Numru sebgħa: It-temperatura ta matul il-lejl kellha titbaxxa għal 4 gradi. Veru, Falz jew Ma ssemmietx? ---------- Waqfa ta 10 sekondi għal min għadu qed jikteb ---------- Issa għandek minuta biex tiċċekkja Taħriġ A u Taħriġ B ---------- Dan huwa it-tmiem tal-ewwel silta ---------- Issa ngħaddu għat-tieni silta. Nitolbok issib paġna 38. -------------- Waqfa ta 5 sekondi ------------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A, Taħriġ B u Taħriġ Ċ tat-tieni silta. -------------- Waqfa ta 45 sekonda ------------- Issa se naqralek it-tieni silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. Il-Qari tat-tieni Silta: Ġamri: Bonġu, ħbieb. X għandkom bżonn? Missier: Bonġu lilek, Ġamri. Nixtiequ nixtru żewġ għasafar. Jeremy: Jien nixtieqhom b ħafna kuluri u jsaffru ħafna. Ġamri: Ejja ħa nurikom x għandi u ngħidilkom kif tieħdu ħsiebhom. Missier: Mela iftaħ widnejk sew, Jer, ħalli tkun taf x għandek tagħmel. 40

Ġamri: Ara dawn huma l-kanarini. Jgħannu ħafna. Hemm bojod, sofor, ħomor u anke mħalltin. Biss naħseb li għalik li għadek tibda aħjar dawk ta kulur wieħed għax l-oħrajn iridu ħafna attenzjoni. Jeremy: Sbieħ tassew imma jien nixtieqhom b aktar kuluri u mhux daqshekk delikati. Missier: Xi ħbieb semmewli l-amorini. Tista turina xi par? Ġamri: Ersqu l hawn. Din il-guva mimlija bihom. Dawn tassew għandhom ħafna kuluri jgħajtu. Huma ferrieħa u lsienhom dejjem itaqtaq. Għandhom manjieri ħelwin u jitgħallmu ħafna. Biss oqgħod attent għax munqarhom iebes u mgħawweġ apposta biex ikisser iżżerriegħa li jieklu. Iridu gaġġa tal-ħadid għax dik tal-injam igerrmuha f erbat ijiem u jaħarbu. Jeremy: Ara kemm huma sbieħ dawk it-tnejn, Pa! Kemm għandhom aħdar jixgħel qishom highlighter! Nistgħu nagħżlu dawn, pa? Missier: Allura kif irridu nieħdu ħsiebhom? Ġamri: Iħobbu taħlita ta żrieragħ u skalora li ssibha f pakketti mill-petshops kollha. Jeremy: Kull meta għandi nagħtihom jieklu u jixorbu? Ġamri: Kuljum ara li jkollhom ikel u ilma frisk. Il-flixkun jew bieqja tal-ilma għandek dejjem iżżommha nadifa. Missier: Kull meta rridu nnaddfuha l-gaġġa, Ġam? Ġamri: Ejjew araw il-gaġġa tal-amorini. Biex tnaddafha tiġbed dan il-qiegħ il barra u tbattlu. Dan trid tagħmlu kuljum għax iħammġu ftit mhux ħażin. Jeremy: Ġamri, allura jekk taqla l-qiegħ l-għasafar ma jaħarbux? Missier: Le, Jer, għax fuqu hemm xibka tal-ħadid biex l-għasafar ma jirfsux il-ħmieġ u ma joħorġux meta l-qiegħ jinqala. Ġamri: Allura liema par għoġbok ħalli naqbadhom bil-kopp? Jeremy: Għax bil-kopp u mhux b idek, Ġam? Ġamri: Eħ, Jeremy, oqgħod attent għax dawn jistgħu joqorsuk ftit billi munqarhom iebes. Jeremy: Ara Ġamri, dawk il-ħodor li hemm fuq dik l-injama nixtieq. Ġamri: Mela lilhom nagħtik.se npoġġihomlok fil-gaġġa li għażiltu. Ħudu ħsiebhom sewwa. Missier u Jeremy: Grazzi Ġamri. Għentna ħafna. Saħħa. Issa se naqralek Taħriġ A. Imla l-vojt billi tkompli s-sentenzi b informazzjoni mit-taħdita li għadek kemm smajt. L-ewwel waħda hija lesta. 41

Numru wieħed: Jeremy u missieru marru għand Ġamri biex jixtru żewġ għasafar. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Il-kanarini m għoġbuhx lil Jeremy għax. Numru tlieta: Skont Ġamri, l-amorini huma għasafar li għandhom kuluri, manjieri u jitgħallmu malajr. Issa se naqralek Taħriġ B. Aqta linja taħt it-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Minħabba li jgiddmu kollox, Ġamri qal lil Jeremy biex l-amorini jpoġġihom f gaġġa tal- (injam, ħadid, ġebel). It-tweġiba t-tajba hija ħadid. Għalhekk għamilt linja taħt ħadid. Is-sentenza sħiħa hija: Minħabba li jgiddmu kollox, Ġamri qal lil Jeremy biex l-amorini jpoġġihom f gaġġa tal-ħadid. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Jeremy għoġbuh par amorini (ħodor, sofor, koħol) u xtaq jieħu lilhom. Numru tlieta: L-amorini jieklu taħlita ta (skalora u qamħ, żerriegħa u ħobż, skalora u żerriegħa). Numru erbgħa: Jeremy kellu jagħtihom jieklu (kull siegħa, kuljum, kull ġimgħa) lill-amorini. 42

Numru ħamsa: Dawn l-għasafar għandhom munqarhom iebes biex (jigdmu n-nies, igerrmu l-injam, ikissru ż-żerriegħa). Issa se naqralek Taħriġ C. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Il-gaġġa li wriehom Ġamri kien fiha żewġ bibien. qiegħ doppju tal-ħadid. mera mal-ġenb. It-tweġiba t-tajba hija qiegħ doppju tal-ħadid. Għalhekk immarkajt salib ħdejha. Is-sentenza sħiħa hija: Il-gaġġa li wriehom Ġamri kien fiha qiegħ doppju tal-ħadid. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Ġamri qabad l-amorini bil-kopp għax bdew itiru fil-għoli u ma setax jilħaqhom. ried jaqbadhom it-tnejn f daqqa. dawn setgħu jigdmuh xi ftit. Numru tlieta: Ġamri qal lil Jeremy li l-amorini jixorbu minn ġo flixkun jew bieqja tal-ilma. borma tal-ilma. buqar tal-ilma. 43

Numru erbgħa: Jeremy kellu jnaddaf kuljum il-gaġġa tal-amorini għax kienu jħammġu xi ftit. jiżbogħ il-gaġġa ħadra biex taqbel mal-kulur tal-għasafar. jdendel il-gaġġa fil-għoli minħabba l-qtates. -------------- Waqfa ta 30 sekonda għal min għadu qed jikteb ------------- Issa se nerġa naqralek it-tieni silta, għat-tieni darba u l-aħħar darba. Waqt il-qari tista tkompli taħdem l-eżerċizzji. Il-Qari tat-tieni Silta: Ġamri: Bonġu, ħbieb. X għandkom bżonn? Missier: Bonġu lilek, Ġamri. Nixtiequ nixtru żewġ għasafar. Jeremy: Jien nixtieqhom b ħafna kuluri u jsaffru ħafna. Ġamri: Ejja ħa nurikom x għandi u ngħidilkom kif tieħdu ħsiebhom. Missier: Mela iftaħ widnejk sew, Jer, ħalli tkun taf x għandek tagħmel. Ġamri: Ara dawn huma l-kanarini. Jgħannu ħafna. Hemm bojod, sofor, ħomor u anke mħalltin. Biss naħseb li għalik li għadek tibda aħjar dawk ta kulur wieħed għax l-oħrajn iridu ħafna attenzjoni. Jeremy: Sbieħ tassew imma jien nixtieqhom b aktar kuluri u mhux daqshekk delikati. Missier: Xi ħbieb semmewli l-amorini. Tista turina xi par? Ġamri: Ersqu l hawn. Din il-guva mimlija bihom. Dawn tassew għandhom ħafna kuluri jgħajtu. Huma ferrieħa u lsienhom dejjem itaqtaq. Għandhom manjieri ħelwin u jitgħallmu ħafna. Biss oqgħod attent għax munqarhom iebes u mgħawweġ apposta biex ikisser iżżerriegħa li jieklu. Iridu gaġġa tal-ħadid għax dik tal-injam igerrmuha f erbat ijiem u jaħarbu. Jeremy: Ara kemm huma sbieħ dawk it-tnejn, Pa! Kemm għandhom aħdar jixgħel qishom highlighter! Nistgħu nagħżlu dawn, pa? Missier: Allura kif irridu nieħdu ħsiebhom? Ġamri: Iħobbu taħlita ta żrieragħ u skalora li ssibha f pakketti mill-petshops kollha. Jeremy: Kull meta għandi nagħtihom jieklu u jixorbu? Ġamri: Kuljum ara li jkollhom ikel u ilma frisk. Il-flixkun jew bieqja tal-ilma għandek dejjem iżżommha nadifa. 44

Missier: Kull meta rridu nnaddfuha l-gaġġa, Ġam? Ġamri: Ejjew araw il-gaġġa tal-amorini. Biex tnaddafha tiġbed dan il-qiegħ il barra u tbattlu. Dan trid tagħmlu kuljum għax iħammġu ftit mhux ħażin. Jeremy: Ġamri, allura jekk taqla l-qiegħ l-għasafar ma jaħarbux? Missier: Le, Jer, għax fuqu hemm xibka tal-ħadid biex l-għasafar ma jirfsux il-ħmieġ u ma joħorġux meta l-qiegħ jinqala. Ġamri: Allura liema par għoġbok ħalli naqbadhom bil-kopp? Jeremy: Għax bil-kopp u mhux b idek, Ġam? Ġamri: Eħ, Jeremy, oqgħod attent għax dawn jistgħu joqorsuk ftit billi munqarhom iebes. Jeremy: Ara Ġamri, dawk il-ħodor li hemm fuq dik l-injama nixtieq. Ġamri: Mela lilhom nagħtik.se npoġġihomlok fil-gaġġa li għażiltu. Ħudu ħsiebhom sewwa. Missier u Jeremy: Grazzi Ġamri. Għentna ħafna. Saħħa. Issa se naqralek Taħriġ A għat-tieni darba u l-aħħar darba. Imla l-vojt billi tkompli s-sentenzi b informazzjoni mit-taħdita li għadek kemm smajt. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Jeremy u missieru marru għand Ġamri biex jixtru żewġ għasafar. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Il-kanarini m għoġbuhx lil Jeremy għax. Numru tlieta: Skont Ġamri, l-amorini huma għasafar li għandhom kuluri, manjieri u jitgħallmu malajr. Issa se naqralek Taħriġ B għat-tieni darba u l-aħħar darba. Aqta linja taħt it-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Minħabba li jgiddmu kollox, Ġamri qal lil Jeremy biex l-amorini jpoġġihom f gaġġa tal- (injam, ħadid, ġebel). 45

It-tweġiba t-tajba hija ħadid. Għalhekk għamilt linja taħt ħadid. Is-sentenza sħiħa hija: Minħabba li jgiddmu kollox, Ġamri qal lil Jeremy biex l-amorini jpoġġihom f gaġġa tal-ħadid. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Jeremy għoġbuh par amorini (ħodor, sofor, koħol) u xtaq jieħu lilhom. Numru tlieta: L-amorini jieklu taħlita ta (skalora u qamħ, żerriegħa u ħobż, skalora u żerriegħa). Numru erbgħa: Jeremy kellu jagħtihom jieklu (kull siegħa, kuljum, kull ġimgħa) lill-amorini. Numru ħamsa: Dawn l-għasafar għandhom munqarhom iebes biex (jigdmu n-nies, igerrmu l-injam, ikissru ż-żerriegħa). Issa se naqralek Taħriġ Ċ għat-tieni darba u l-aħħar darba. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Il-gaġġa li wriehom Ġamri kien fiha żewġ bibien. qiegħ doppju tal-ħadid. mera mal-ġenb. It-tweġiba t-tajba hija qiegħ doppju tal-ħadid. Għalhekk immarkajt salib ħdejha. Is-sentenza sħiħa hija: Il-gaġġa li wriehom Ġamri kien fiha qiegħ doppju tal-ħadid. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. 46

Numru tnejn: Ġamri qabad l-amorini bil-kopp għax bdew itiru fil-għoli u ma setax jilħaqhom. ried jaqbadhom it-tnejn f daqqa. dawn setgħu jigdmuh xi ftit. Numru tlieta: Ġamri qal lil Jeremy li l-amorini jixorbu minn ġo flixkun jew bieqja tal-ilma. borma tal-ilma. buqar tal-ilma. Numru erbgħa: Jeremy kellu jnaddaf kuljum il-gaġġa tal-amorini għax kienu jħammġu xi ftit. jiżbogħ il-gaġġa ħadra biex taqbel mal-kulur tal-għasafar. jdendel il-gaġġa fil-għoli minħabba l-qtates. -------------- Waqfa ta 30 sekonda għal min għadu qed jikteb ------------- Issa għandek żewġ minuti biex tiċċekkja l-eżerċizzji kollha. Grazzi. L-eżami tas-smigħ spiċċa. Saħħa! 47

IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR IL-ĦIN: 10 minuti KARTA 4 Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux assessjat) L-interlokutur jistaqsi lill-istudent dawn il-mistoqsijiet biex irabbilu ftit kunfidenza u jnaqqaslu t-tensjoni li jista jkollu. Iħajru wkoll jitkellem bla ma jiddejjaq. 1A Lil Student A: Bonġu, x jismek? 1B Lil Student B: Bonġu, x jismek? 2A Lil Student A: Minn fejn inti? 2B Lil Student B: Kemm għandek żmien? 3A Lil Student A: X għamilt sabiħ ilbieraħ wara l-iskola? 3B Lil Student B: X biħsiebek tagħmel illum wara li tispiċċa l-iskola? 4A Lil Student A: Kif tasal l-iskola: bil-mixi jew iwasslek xi ħadd? Min? 4B Lil Student B: X tara int u ġej/ja l-iskola? (tfal oħra, ħwienet, djar ) 5A Lil Student A: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 5B Lil Student B: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-aħħar? 6A Lil Student A: X kien jismu u għaliex għoġbok? 6B Lil Student B: X kien jismu u għaliex għoġbok? 7A Lil Student A: Liema żmien tas-sena jogħġbok l-aktar? Għaliex? 7B Lil Student B: Tieħu gost l-iskola? X jogħġbok l-aktar? 48

Taħriġ 2: L-Intervista (3 minuti) L-Interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru. Lil Student A: Lil Student B: X inhi d-data llum? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. Meta twelidt? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena. L-interlokutur jgħid lil Student A: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar iz-zijiet u l-kuġini. a) Kemm għandek zijiet u kuġini? Semmi tnejn minnhom. b) Tmur għandhom? Kull meta tiltaqa magħhom? ċ) Meta tiltaqgħu x tieħdu gost tagħmlu l-aktar? Għaliex? d) Tixtieq li kellek aktar zijiet u kuġini? Għaliex? L-interlokutur jgħid lil Student B: Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar ix-xogħol li jogħġbok. a) La tikber x tixtieq issir u għaliex? b) Semmili żewġ xogħlijiet oħra li jogħġbuk ukoll u għid għaliex. ċ) Hemm xi xogħol li ma jogħġbokx? Għaliex? d) Taħseb li hemm xi xogħol li hu aktar importanti mill-oħrajn? Għaliex? 49

IL-KRITERJI GÓALL-VALUTAZZJONI TAL-MALTI MITKELLEM Il-vokabularju (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jinqeda biss bi kliem u fra ijiet ba içi filmod kif jesprimi ru u. Idur g al kliem jew fra ijiet b lingwa o ra li mhix il-malti. Ju a firxa wiesg a ta vokabularju li jkun addattat g as-sitwazzjoni partikolari tatta dit. It-ta dit mexxej u l-interazzjoni (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, imma jkun je tie g ajnuna kontinwa. Jaf ikompli ma min qieg ed ikellmu, bla skossi u ming ajr tbatija ejda. Jie u balji morfolo içi u sintattiçi It-twe ibiet mhumiex relevanti minkejja l-g ajnuna li jing ata. Il-korrettezza grammatikali (4 marki) 0-1 - 2-3 - 4 Ir-relevanza tad-diskors (3 marki) 0-1 - 2-3 It-tlissin tal-kliem u l-intonazzjoni tad-diskors (3 marki) Il-kliem huwa mlissen b mod baljat u b influwenza ta lingwa barranija flintonazzjoni. 0-1 - 2-3 Ta ri 3/4 (2 marki) Jinqeda b kostruzzjonijiet morfolo içi u sintattiçi korretti. Jifhem il-mistoqsijiet u/jew l-istruzzjonijiet u jwie eb b mod relevanti. Il-kliem huwa mlissen b mod tajjeb u b intonazzjoni korretta. Dawn il-marki jing ataw skont kriterju partikulari li jkun marbut mat-ta ri 3 u 4 50

IL-MALTI: IS-SMIGĦ IL-KARTA TAL-GĦALLIEM IL-ĦIN: 30 minuta KARTA 4 Merħba tfal! Matul is-sessjoni tas-smigħ se tisma żewġ siltiet. Jekk trid, tista tibda taħdem l-eżerċizzji fil-ktieb li għandek quddiemek waqt li qed tisma l-qari tas-siltiet. Kull silta, flimkien mal-eżerċizzji, se naqrahomlok darbtejn. Issa nitolbok tiftaħ il-ktieb li għandek quddiemek u ssib paġna 53. ---------- Waqfa ta 10 sekondi ---------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A u Taħriġ B tal-ewwel silta. ---------- Waqfa ta 25 sekonda ---------- Issa se naqralek l-ewwel silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. ---------- Waqfa ta 3 sekondi ---------- Il-Qari tal-ewwel Silta: Id-Dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies jixtieq javża biex għalissa ma jinxtrawx aktar prodotti tal-ikel tad-ditta Brodu. Dawn il-prodotti ssibhom fil-ħwienet u supermarkets ewlenin f Malta u f Għawdex. Il-prodotti tad-ditta Brodu jinkludu soppa, brodu u minestra tal-pakkett kif ukoll għaġin u ravjul imsajrin bil-lest. F dawn l-aħħar jiem id-dipartiment irċieva ħafna lmenti mingħand konsumaturi li xtraw dawn il-prodotti u sabuhom ħżiena. Dan minkejja li d-data ta fuq il-pakkett kienet għadha tajba. Saħansitra kien hemm xi nies li laħqu kielu minnhom u kellhom jiddaħħlu l-isptar għall-kura. Uffiċjal tad-dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies kiteb lis-sid tal-kumpanija Brodu dwar din il-problema u talbu spjegazzjoni. Is-sid qal li dan il-każ huwa uniku u ġara bi żball meta ikel imwarrab tqiegħed f pakketti b data tajba u tqassam fil-ħwienet. Huwa wiegħed lill-klijenti li xtraw dawn il-prodotti li se jingħataw flushom lura meta jirritornawhom fl-uffiċċji tal-kumpanija. 51

Filwaqt li aċċerta lid-dipartiment mis-serjetà tal-kumpanija Brodu, is-sid temm jgħid li l-kumpanija qed taħseb ukoll biex tagħti kumpens fi flus lis-sidien tal-ħwienet li sofrew xi ħsara fil-fama tagħhom minħabba dan l-iżball. Issa se naqralek Taħriġ A. Imla l-vojt bil-kelma li toqgħod l-aħjar mill-avviż li għadek kif smajt. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Dan l-avviż huwa maħruġ mid-dipartiment tal-ħarsien ta Saħħet in-nies. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Il-prodotti ħżiena huma tad-ditta. Numru tlieta: Il-prodotti tal-pakkett jinkludu soppa, brodu u. Numru erbgħa: Il-kumpanija tipproduċi wkoll ikel imsajjar bħal għaġin u. Numru ħamsa: In-nies kienu jixtru dawn il-prodotti mill-ħwienet u. Numru sitta: Min laħaq xtara mill-prodotti msemmija kellu jmur bihom fl-uffiċċju tal-kumpanija u jingħata lura. -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------ Issa se naqralek Taħriġ B. Immarka b ċirku t-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. 52

Numru wieħed: Id-Dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies irċieva ilmenti fuq il-prodotti tad-ditta Brodu mingħand a) sidien tal-ħwienet. b) kumpaniji oħra tal-ikel. ċ) konsumaturi li xtraw il-pakketti. It-tweġiba t-tajba hija ċ. Għalhekk immarkajt ċirku madwar l-ittra ċ. Is-sentenza sħiħa hija: Id-Dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies irċieva ilmenti fuq il-prodotti tad-ditta Brodu konsumaturi li xtraw il-pakketti. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Kien hemm nies li kielu minn dawn il-prodotti u a) mietu wara jumejn. b) ddaħħlu l-isptar għall-kura. ċ) qabdithom marda twila. Numru tlieta: Is-sid tal-kumpanija a) skuża ruħu man-nies u spjega x kien l-iżball li sar. b) ma riedx ikellem lill-uffiċjal tad-dipartiment għall-ħarsien Saħħet in-nies. ċ) kien imsiefer u bagħat lil ħaddieħor jitkellem minfloku. Numru erbgħa: Il-kumpanija offriet kumpens fi flus a) lin-nies li xtraw il-prodotti ħżiena. b) lil dawk li mardu minħabba li laħqu kielu mill-prodotti. ċ) lis-sidien tal-ħwienet li sofrew ħsara fil-fama minħabba l-iżball tal-kumpanija. 53

Numru ħamsa: Il-pakketti kienu ħżiena għax a) kienu ilhom merfugħa għand tal-ħwienet. b) kien fihom ikel ħażin f pakketti b data tajba. ċ) kienu tad-ditta Brodu. ------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------- Numru sitta: Dan l-avviż inħareġ biex a) jagħmel riklam ħażin lid-ditta Brodu. b) javża lil tal-ħwienet biex ma jbigħux ikel fil-pakketti. ċ) javża lin-nies biex ma jixtrux prodotti tal-ikel tad-ditta Brodu. ---------- Waqfa ta 10 sekondi għal min għadu qed jikteb ---------- Issa se naqralek is-silta kollha għat-tieni darba. Waqt li qed tisma tista tkompli taħdem u tispiċċa l-eżerċizzji. Il-Qari tal-ewwel Silta: Id-Dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies jixtieq javża biex għalissa ma jinxtrawx aktar prodotti tal-ikel tad-ditta Brodu. Dawn il-prodotti ssibhom fil-ħwienet u supermarkets ewlenin f Malta u f Għawdex. Il-prodotti tad-ditta Brodu jinkludu soppa, brodu u minestra tal-pakkett kif ukoll għaġin u ravjul imsajrin bil-lest. F dawn l-aħħar jiem id-dipartiment irċieva ħafna lmenti mingħand konsumaturi li xtraw dawn il-prodotti u sabuhom ħżiena. Dan minkejja li d-data ta fuq il-pakkett kienet għadha tajba. Saħansitra kien hemm xi nies li laħqu kielu minnhom u kellhom jiddaħħlu l-isptar għall-kura. Uffiċjal tad-dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies kiteb lis-sid tal-kumpanija Brodu dwar din il-problema u talbu spjegazzjoni. Is-sid qal li dan il-każ huwa uniku u ġara bi żball meta ikel imwarrab tqiegħed f pakketti b data tajba u tqassam fil-ħwienet. Huwa wiegħed lill-klijenti li xtraw dawn il-prodotti li se jingħataw flushom lura meta jirritornawhom fl-uffiċċji tal-kumpanija. Filwaqt li aċċerta lid-dipartiment mis-serjetà tal-kumpanija Brodu, is-sid temm jgħid li l-kumpanija qed taħseb ukoll biex tagħti kumpens fi flus lis-sidien tal-ħwienet li sofrew xi ħsara fil-fama tagħhom minħabba dan l-iżball. 54

Se naqralek Taħriġ A għat-tieni u għall-aħħar darba. Imla l-vojt bil-kelma li toqgħod l-aħjar mill-avviż li għadek kif smajt. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Dan l-avviż huwa maħruġ mid-dipartiment tal-ħarsien ta Saħħet in-nies. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Il-prodotti ħżiena huma tad-ditta. Numru tlieta: Il-prodotti tal-pakkett jinkludu soppa, brodu u. Numru erbgħa: Il-kumpanija tipproduċi wkoll ikel imsajjar bħal għaġin u. Numru ħamsa: In-nies kienu jixtru dawn il-prodotti mill-ħwienet u. Numru sitta: Min laħaq xtara mill-prodotti msemmija kellu jmur bihom fl-uffiċċju tal-kumpanija u jingħata lura. -------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------ Issa se naqralek Taħriġ B għat-tieni u għall-aħħar darba. Immarka b ċirku t-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Id-Dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies irċieva ilmenti fuq il-prodotti tad-ditta Brodu mingħand a) sidien tal-ħwienet. c) kumpaniji oħra tal-ikel. ċ) konsumaturi li xtraw il-pakketti. 55

It-tweġiba t-tajba hija ċ. Għalhekk immarkajt ċirku madwar l-ittra ċ. Is-sentenza sħiħa hija: Id-Dipartiment għall-ħarsien ta Saħħet in-nies irċieva ilmenti fuq il-prodotti tad-ditta Brodu konsumaturi li xtraw il-pakketti. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Kien hemm nies li kielu minn dawn il-prodotti u a) mietu wara jumejn. b) ddaħħlu l-isptar għall-kura. ċ) qabdithom marda twila. Numru tlieta: Is-sid tal-kumpanija a) skuża ruħu man-nies u spjega x kien l-iżball li sar. b) ma riedx ikellem lill-uffiċjal tad-dipartiment għall-ħarsien Saħħet in-nies. ċ) kien imsiefer u bagħat lil ħaddieħor jitkellem minfloku. Numru erbgħa: Il-kumpanija offriet kumpens fi flus a) lin-nies li xtraw il-prodotti ħżiena. b) lil dawk li mardu minħabba li laħqu kielu mill-prodotti. ċ) lis-sidien tal-ħwienet li sofrew ħsara fil-fama minħabba l-iżball tal-kumpanija. Numru ħamsa: Il-pakketti kienu ħżiena għax a) kienu ilhom merfugħa għand tal-ħwienet. b) kien fihom ikel ħażin f pakketti b data tajba. ċ) kienu tad-ditta Brodu. ------------- Waqfa ta 3 sekondi ------------- 56

Numru sitta: Dan l-avviż inħareġ biex a) jagħmel riklam ħażin lid-ditta Brodu. b) javża lil tal-ħwienet biex ma jbigħux ikel fil-pakketti. ċ) javża lin-nies biex ma jixtrux prodotti tal-ikel tad-ditta Brodu. ---------- Waqfa ta 10 sekondi għal min għadu qed jikteb ---------- Issa għandek minuta biex tiċċekkja Taħriġ A u Taħriġ B. ---------- Dan huwa t-tmiem tal-ewwel silta ---------- Issa ngħaddu għat-tieni silta. Nitolbok issib paġna 54. -------------- Waqfa ta 5 sekondi ------------- Għandek ftit ħin biex tara u taqra Taħriġ A, Taħriġ B u Taħriġ Ċ tat-tieni silta. -------------- Waqfa ta 45 sekonda ------------- Issa se naqralek it-tieni silta. Waqt il-qari tista tibda taħdem l-eżerċizzji. Il-Qari tat-tieni Silta: Kont ilni ma mmur mixja twila. Għalhekk jum minnhom, bla kliem u bla sliem, erħejtilha lejn ta Xaqqa. Wara siegħa mixi spiċċajt quddiem ir-razzett taz-zija Grezz u z-ziju Ton. Il-bieb tarremissa, mibrux u biż-żebgħa mqaxxra, kien magħluq. Illum ir-razzett jinsab mitluq. Poġġejt bilqiegħda fuq ġebla u serraħt rasi fuq idejja. Ftakart meta kont żgħir u malfamilja tiegħi konna nispiċċaw il-ħarġa tal-ħadd għand iz-zijiet. Kont inkun l-ewwel wieħed li ninżel mill-karozza biex niġbed il-ġebbieda li tiftaħ il-bieb tar-remissa. Tinżel żewġ tarġiet u ssib żewġt ikmamar. L-ewwel waħda mimlija silla u tiben. Fl-oħra jittawwal iż-żiemel l-abjad jistedinni ninbxu. F nofs il-bitħa kien hemm bir bil-ħerża magħluqa u barmil wiċċu l isfel. L-ewwel kamra li ssib kienet dik fejn jorqdu z-zijiet. Niftakar liz-zija Grezz, mara mdaħħla fiż-żmien, dejjem fis-sodda. Fuq rasha fil-għoli, kellha kwadru kbir ta kurċifiss u patri jżomm ras ta mewt f idu. Taħt il-kwadru kuruna kbira tal-għadam imdendla miftuha. In-naħa l-oħra tal-kamra kien hemm is-sodda taz-ziju Ton, dejjem imħarbta bil-kutri maqlugħin. 57

Ommi u missieri kienu jintilfu jitkellmu maz-zijiet filwaqt li jien u ħuti konna mmorru nkiss inkiss fil-maqjel. L-hena tagħna nitfgħu l-biċċiet tal-ħobż lill-fniek u lin-nagħaġ. Imma l-aktar li konna ninbxu kienu l-papri li kienu jqajmu storbju sħiħ bl-għajjat u t-tferfir ta gwinħajhom. Meta z-ziju u missieri jindunaw kienu jiġu għalina. Missieri kien iħarsilna bl-ikrah imma z-ziju kien jgħidlu, Irħilhom, dewk mhux tfol! filwaqt li jmur iġibilna x nixorbu mill-kċina. Din kienet kmajra dejqa u twila bis-saqaf kollu ġmied għax iz-ziju kien iżomm l-ispiritiera għolja. Mhux l-ewwel darba li marret għajnu bih bil-borma fuq in-nar u ħaraq kollox. Kellu friġġ tal-pitrolju li meta taħdem tagħmel ħsejjes kbar. Friskatur ikħal kien dejjem mimli blilma frisk minn fuq il-bir biex jitlaħalħu t-tazzi. Fil-kċina tolqtok riħa taqsam ta kafè tattisjir. Qomt u ħarist lejn il-bieb. Minkejja li ma dħaltx ġewwa, xorta rnexxieli nerġa ngħix ilmemorji sbieħ ta tfuliti. Issa se naqralek Taħriġ A. Imla l-vojt fejn meħtieġ biex toħloq stampa ta kif kienet il-kamra tas-sodda taz-zijiet. Fuq is-sodda taz-zija fil-għoli kien hemm kwadru ta kurċifiss u patri jżomm ras ta f idu. Taħt il-kwadru kuruna kbira tal- imdendla miftuħa. 58

Iz-zija Grezz kienet mara mdaħħla fiż- u dejjem fis-sodda. Is-sodda taz-ziju Ton dejjem imħarbta bil- maqlugħa. Issa se naqralek Taħriġ B. Imla l-vojt ta dawn is-sentenzi billi ddaħħal kelma jew kliem li smajt fil-qari. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Iz-zijiet tal-awtur kien jisimhom Grezz u Toni. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Illum ir-razzett taz-zijiet jinsab u l-bieb ta barra kollu żebgħa. Numru tlieta: L-awtur jiftakar li kif tidħol fir-remissa kont issib il-kamra mimlija bis- 59

u fl-oħra kien hemm dejjem jittawwal. Issa se naqralek Taħriġ Ċ. Aqta linja taħt it-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: F nofs il-bitħa taz-zijiet kien hemm (ġebla, bir, maqjel). It-tweġiba t-tajba hija bir. Għalhekk għamilt linja taħt bir. Is-sentenza sħiħa hija: F nofs il-bitħa taz-zijiet kien hemm bir. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: L-awtur u ħutu kienu jħobbu jinbxu (lin-nies, lill-fniek, lill-papri) li kienu jagħmlu storbju sħiħ. Numru tlieta: Fil-kċina l-awtur baqa jiftakar ir-riħa qawwija (tal-brodu, tal-kafè tat-tisjir, talpitrolju tal-friġġ). -------------- Waqfa ta 30 sekonda għal min għadu qed jikteb ------------- Issa se nerġa naqralek it-tieni silta, għat-tieni darba u l-aħħar darba. Waqt il-qari tista tkompli taħdem l-eżerċizzji. Il-Qari tat-tieni Silta: Kont ilni ma mmur mixja twila. Għalhekk jum minnhom, bla kliem u bla sliem, erħejtilha lejn ta Xaqqa. Wara siegħa mixi spiċċajt quddiem ir-razzett taz-zija Grezz u z-ziju Ton. Il-bieb tarremissa, mibrux u biż-żebgħa mqaxxra, kien magħluq. Illum ir-razzett jinsab mitluq. Poġġejt bilqiegħda fuq ġebla u serraħt rasi fuq idejja. Ftakart meta kont żgħir u malfamilja tiegħi konna nispiċċaw il-ħarġa tal-ħadd għand iz-zijiet. Kont inkun l-ewwel wieħed 60

li ninżel mill-karozza biex niġbed il-ġebbieda li tiftaħ il-bieb tar-remissa. Tinżel żewġ tarġiet u ssib żewġt ikmamar. L-ewwel waħda mimlija silla u tiben. Fl-oħra jittawwal iż-żiemel l-abjad jistedinni ninbxu. F nofs il-bitħa kien hemm bir bil-ħerża magħluqa u barmil wiċċu l isfel. L-ewwel kamra li ssib kienet dik fejn jorqdu z-zijiet. Niftakar liz-zija Grezz, mara mdaħħla fiż-żmien, dejjem fis-sodda. Fuq rasha fil-għoli, kellha kwadru kbir ta kurċifiss u patri jżomm ras ta mewt f idu. Taħt il-kwadru kuruna kbira tal-għadam imdendla miftuha. In-naħa l-oħra tal-kamra kien hemm is-sodda taz-ziju Ton, dejjem imħarbta bil-kutri maqlugħin. Ommi u missieri kienu jintilfu jitkellmu maz-zijiet filwaqt li jien u ħuti konna mmorru nkiss inkiss fil-maqjel. L-hena tagħna nitfgħu l-biċċiet tal-ħobż lill-fniek u lin-nagħaġ. Imma l-aktar li konna ninbxu kienu l-papri li kienu jqajmu storbju sħiħ bl-għajjat u t-tferfir ta gwinħajhom. Meta z-ziju u missieri jindunaw kienu jiġu għalina. Missieri kien iħarsilna bl-ikrah imma z-ziju kien jgħidlu, Irħilhom, dewk mhux tfol! filwaqt li jmur iġibilna x nixorbu mill-kċina. Din kienet kmajra dejqa u twila bis-saqaf kollu ġmied għax iz-ziju kien iżomm l-ispiritiera għolja. Mhux l-ewwel darba li marret għajnu bih bil-borma fuq in-nar u ħaraq kollox. Kellu friġġ tal-pitrolju li meta taħdem tagħmel ħsejjes kbar. Friskatur ikħal kien dejjem mimli blilma frisk minn fuq il-bir biex jitlaħalħu t-tazzi. Fil-kċina tolqtok riħa taqsam ta kafè tattisjir. Qomt u ħarist lejn il-bieb. Minkejja li ma dħaltx ġewwa, xorta rnexxieli nerġa ngħix ilmemorji sbieħ ta tfuliti. Issa se naqralek Taħriġ A għat-tieni darba u l-aħħar darba. Imla l-vojt fejn meħtieġ biex toħloq stampa ta kif kienet il-kamra tas-sodda taz-zijiet. Fuq is-sodda taz-zija fil-għoli kien hemm kwadru ta kurċifiss u patri jżomm ras ta f idu. 61

Taħt il-kwadru kuruna kbira tal- imdendla miftuħa. Iz-zija Grezz kienet mara mdaħħla fiż- u dejjem fis-sodda. Is-sodda taz-ziju Ton dejjem imħarbta bil- maqlugħa. Issa se naqralek Taħriġ B għat-tieni darba u l-aħħar darba. Imla l-vojt ta dawn is-sentenzi billi ddaħħal kelma jew kliem li smajt fil-qari. L-ewwel waħda hija lesta. Numru wieħed: Iz-zijiet tal-awtur kien jisimhom Grezz u Toni. Issa ngħaddu għall-kumplament tas-sentenzi u tista taħdimhom. Numru tnejn: Illum ir-razzett taz-zijiet jinsab 62