Ta Cumbo kienu nies mill-aħjar, sinjuri, nobbli, qalbhom tajba, u dħulin ma kulħadd. Il-Leġġenda tal-għarusa tal-mosta Meħuda minn kitba ta Pawlu Mizzi b disinji ta George Apap Pubblikazzjoni Klabb Kotba Maltin Kienu jgħixu f torri kbir maqtugħ għalih il barra mir-raħal tal-mosta. Magħhom kellhom lil binthom Marjanna, tifla l-ġmiel tagħha. U għadd ta qaddejja, fosthom Ħaġġi, ilsir Tork, li kienu xtrawh u tawh ilħelsien. Ħaġġi kien sar, għalhekk, qaddej fidil. U lil Marjanna kien iħobbha tassew. Jum wieħed Toni Manduca, żagħżugħ tad-dejma, xeħet għajnejh fuq Marjanna u xtaq jeħodha b għarusa tiegħu. Missierha feraħ b dan u ftiehmu. Ħaġġi sewwed qalbu ħafna. Darba, bla kliem u bla sliem, ħareġ mit-torri u ma reġax lura aktar. Sab
xprunara u salpa magħha baxx baxx lejn it-turkija. F inqas minn sena, iżda, Ħaġġi kien mill-ġdid f Malta. Din id-darba ma għadd ta furbani Torok. Niżlu l-art u rħewlha lejn il-mosta. Dik il-ħabta, fit-torri ta Cumbo, kienu qed iħejju għall-festa tat-tieġ. Marjanna tħit, il-qaddejja jżejnu, u Toni jiġri l hawn u l hinn jistieden qraba u ħbieb. Billejl Ħaġġi mar ma sħabu lejn ittorri u ħabbat il-bieb. Min? staqsa l-markiż Cumbo minn ġewwa. Jien, Toni, l-għarus ta Marjanna, wieġeb Ħaġġi minn barra b leħen maħnuq. Il-Markiż tħasseb u qatt ma basar x kien qed jistennieh. Fetaħ. 9
Bilkemm, iżda, laħaq bexxaq il-bieb li Ħaġġi ma qabiżx fuqu. Imbagħad, b ħeffa ta tigra feroċi tela fuq, ħataf lil Marjanna u telaq biha l barra qisu għafrit. L-għada filgħodu l-aħbar tal-ħtif ta Marjanna ġriet ma Malta kollha. Toni tnikket mhux ftit u ħalef li ma joqgħodx kwiet qabel isib lillgħarusa tiegħu. 7
F Malta, iżda, ma sabha mkien. Għalhekk, xedd libsa ta Tork, u telaq lejn it-turkija. Fittex minn hawn u għarrex minn hemm, fl-aħħar sar jaf li Marjanna kienet fil-palazz tas-sultan. Darba, waqt li Toni kien għaddej qrib dal-palazz, sema min jgħanni. Inħasad. Kienet Marjanna. U bla ma qagħad jaħseb x seta jiġri hu wkoll wieġeb b għanja oħra. Marjanna dlonk għarfitu u xirfet fittieqa. Bilkemm emmnet lil għajnejha. Kien Toni tagħha tassew. 3 L-għada għarrfet lil bint is-sultan. Din kellha qalbha tajba u kienet tħobbha. Għadritha u wegħditha li tgħinha tmur mal-maħbub tagħha.
Dak il-lejl Toni reġa lura jgħanni taħt it-tieqa bħal qabel. Marjanna fehmet x ried jgħidilha. Libset ta paġġ u bl-għajnuna ta bint is-sultan ħarġet inkiss inkiss mill-palazz u ħarbet. Ftit il bogħod sabet lil Toni jistennieha. Kemm ferħu u tgħannqu! 11
13 Raddew ħajr l Alla u bla telf ta żmien ġrew lejn ix-xatt. Hemm sabu mirkeb, telgħu fuqu, u waqt li kulħadd kien rieqed, ħallew iċ-ċimi u qaddfu bil-mod il barra. Sakemm ħarġu mill-port qalbhom ħabbtet sitta sitta. Bilkemm ħadu nifs. Beżgħu li seta jarahom xi ħadd u jixlihom. Imma Alla kien magħhom. U kif sabu ruħhom fil-beraħ, tellgħu l-qlugħ u rħewlha lejn Malta.
Kemm tiftakar? Min kienu ta Cumbo? bdiewa mill-mosta nies g onja u nobbli furbani tal-ba ar Lil min kienet sa tiωωewwe Marjanna? lil bin is-sultan lil Óa i lil Toni Manduca Fejn kien adha Óa i lil Marjanna? it-turkija fit-torri Cumbo fil-kampanja Għal aktar leġġendi żuru s-sit: https://www.midseabooks.com/publications_ overview.aspx?catid=267 Kif re a sabha Toni lil Marjanna? g ax libes ta Tork g ax semag ha tg anni g ax mar it-turkija G aliex lil bint is-sultan Toni ma nesieha qatt? g ax kienet sabi a g ax kellha qalbha tajba g ax kienet sinjura 19
Hjiel mill-istorja ta Malta Óbit tal-furbani Misilmin fuq il-mosta Fl-1526 il-kursar Mislem Sinan abat g al g arrieda fuq il-mosta. Il-Maltin dakinhar ma stennewhomx. U ud minnhom kienu g allfesta tat-tie ta bint wie ed nobbli mir-ra al, o rajn kienu reqdin u l-biçça l-kbira bla armi. G alhekk, afna minnhom ew maqbuda u me uda lsiera lejn il-barberija. Fost in-nies maqbuda kien hemm l-g arusa, niesha, u xi addara. Ftit wara g add kbir minn dawk maqbuda kienu ew mifdija, imma kienu t allsu g alihom somom kbar ta flus tant li jing ad li fil-mosta g al bosta snin wara ma kontx tilma g ajr niket u faqar. MaΩ-Ωmien din l-istorja saret le enda u fl- 1878 ÌuΩè Muscat Azzopardi kiteb rumanz fuqha. Fl-1904 Annibale Preca are ukoll il-ballata tag ha fil-ktieb tieg u Malta Cananea. Il-Leggenda tal-gharusa tal-mosta